Il-Kontijiet Ekonomiċi għall-Biedja: 2025

PDF Aqsam
Abbona għall-aħħar aħbarijiet

Il-Punti ewlenin

  • Fl-2025, il-produzzjoni totali tas-settur agrikolu lokali naqset bʼ0.1 fil-mija meta mqabbla ma’ dik imkejla fis-sena ta’ qabel u laħqet il-valur taʼ €141.8 miljun.
  • Il-konsum intermedju tal-ispejjeż ewlenin imħallsa mis-settur tul il-proċessi varji tal-produzzjoni telgħu bʼ0.9 fil-mija għal total ta’ €87.9 miljun fl-2025.
  • Il-valur miżjud gross tas-settur agrikolu naqas b’1.7 fil-mija biex laħaq it-€53.9 miljun.

Il-Kummentarju

Sa tmiem l-2025, il-valur totali tal-produzzjoni agrikola kien stmat li naqas bʼ0.1 fil-mija meta mqabbel mal-2024; filwaqt li l-valur miżjud gross naqas b’1.7 fil-mija.

Ċifri proviżorji dwar il-valur tal-produzzjoni agrikola lokali mibjugħa matul l-2025 juru li din kienet ta’ €141.8 miljun, tnaqqis ta’ 0.1 fil-mija fuq l-2024. B’kuntrast, il-konsum intermedju mħallas mill-azjendi agrikoli li joperaw fil-qasam żdied bʼ0.9 fil-mija għal €87.9 miljun. B’hekk, il-valur miżjud gross naqas b’1.7 fil-mija fuq is-sena ta’ qabel biex laħaq it-€53.9 miljun. Barra minn hekk, l-ispiża marbuta mad-diprezzament tal-mezzi tal-kapital fiss li ġew użati mill-bdiewa għall-qligħ tagħhom naqset bʼ0.6 fil-mija għal €7.1 miljuni, filwaqt li n-nefqa fuq il-pagi żdiedet b’10.6 fil-mija biex laħqet id-€9.5 miljuni.

Għal dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna finanzjarja mogħtija lis-settur matul is-sena taʼ riferenza, it-total ta’ assistenza li ngħatat kemm mill-programmi ffinanzjati mill-UE kif ukoll mill-fondi tal-Gvern żdiedet bʼ4.7 fil-mija, minn €27.4 miljun fl-2024 għall-€28.7 miljun fl-2025. Minkejja din iż-żieda, il-qligħ operattiv nett tas-settur naqas bʼ0.7 fil-mija għal €66.0 miljun. Meta jitqies id-dħul nett negattiv ta’ €1.0 miljun, li hu marbut mal-użu taʼ proprjetà agrikola u li kien imħallas mill-azjendi agrikoli matul l-2025, id-dħul intraprenditorjali nett li kien irreġistrat minn dan is-settur huwa stmat li naqas bʼ0.7 fil-mija għal €65.0 miljun (Tabella nru 1, Ċarts nri 1 u 2).

Output / Intermediate / GVA
Net entrepreneurial income – Agriculture

It-tnaqqis fil-valur tal-produzzjoni agrikola ġie minn valur iżjed baxx tal-biegħa ta’ prodotti tal-laħam u ta’ ħaxix u frott, li naqsu b’1.8 fil-mija u b’0.2 fil-mija, rispettivament. Min-naħa l-oħra, il-valur tal-biegħa ta’ prodotti miksuba minn attivitajiet sekondarji tal-istess azjendi u taʼ prodotti miksuba mill-annimali żdied bi 2.8 fil-mija u b’1.4 fil-mija (Tabella nru 2 u Ċart nru 3).

Min-naħa tal-infiq, il-konsum intermedju mħallas mill-azjendi agrikoli rreġistra infiq ogħla fuq spejjeż varji, fuq it-tkabbir ta’ ħaxix u frott, u fuq spejjeż marbuta mal-enerġija u l-fjuwil, li telgħu bi 3.2 fil-mija, bi 2.7 fil-mija u b’1.0 fil-mija, rispettivament. Bil-maqlub ta’ dawn, l-ispiża fuq il-magħlef tal-bhejjem naqset b’0.8 fil-mija (Tabella nru 3 u Ċart nru 4).

Tables

Methodological Notes

1.      The data published in this release is based on the manual for the Economic Accounts for Agriculture.

2.      Data on the generated output of agriculture is collected from various sources. Both the civil abattoir and the private slaughterhouses provide monthly slaughtering statistics by type of animal. The Malta Food Agency provides data on the volume and wholesale value of fruit and vegetables sold by the farmer, the Rural Affairs Department provides administrative data on the activity of wineries, whereas the Agriculture and Rural Payment Agency provides data on subsidies. Separately, the NSO collects statistical data through an annual census on the quantity and value of tomatoes picked for processing, while it also makes use of other available data sources for the estimation of some other specific variables in this release.

3.      Data on intermediate consumption is based on compilations whose sources are administrative records and input price indices that are collected on a quarterly basis from the retail businesses that cater for the agricultural sector.

4.      The Economic Accounts and the other economic indicators published in this release refer to a complete calendar year.

5.      The data in this release is provisional and subject to revision. Updates are carried out annually in respect of a rolling two-year period.

6.      Definitions:

●  Output represents the total value of agricultural produce generated through agricultural activity over an entire calendar year period.

● Intermediate consumption represents the value of specifically classified goods and services used as inputs in agricultural production processes, with the exception of some specific items which, by methodology, are classified elsewhere.

● Gross value added of the agricultural activity is the value of output less intermediate consumption by all the agricultural holdings before deducting any incurred gross fixed capital consumption (i.e. depreciation of fixed assets).

● Net entrepreneurial income measures the net operating surplus of the agricultural holding with the addition of any net property income (i.e. after adding and deducting any transactions such as rents and interest).

7.      More information relating to this news release may be accessed at:

Metadata
Statistical concepts

8.      A detailed news release calendar is available online.

9.    References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

10.    For further assistance send your request through our online request form.

 
Skip to content