Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Settembru 2025
- FʼSettembru 2025, Malta rreġistrat żbilanċ kummerċjali taʼ €307.8 miljuni.
- Matul Settembru 2025, l-importazzjoni naqset bi €43.6 miljun, filwaqt li l-esportazzjoni naqset bi €8.0 miljuni, fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel.
- Fl-ewwel disaʼ xhur tal-2025, l-importazzjoni tal-merkanzija mill-Unjoni Ewropea (UE) kienet taʼ €4,368.5 miljun (62.3 fil-mija tal-importazzjoni kollha).
- Matul il-perjodu Jannar-Settembru 2025, l-importazzjoni rreġistrat żieda ewlenija mill-Olanda, u tnaqqis ewlieni mill-Italja. Min-naħa l-oħra, iż-żieda ewlenija fl-esportazzjoni kienet lejn it-Turkija, mentri t-tnaqqis ewlieni kien lejn l-Istati Uniti.
Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Settembru 2025
Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Settembru 2025
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Settembru 2025
Fʼdin l-Istqarrija tal-Aħbarijiet qed jingħata tagħrif dwar il-kummerċ kollu tal-merkanzija sad-data tal-għeluq imsemmija. Ċifri proviżorji juru li, fʼSettembru 2025, kien irreġistrat defiċit taʼ €307.8 miljuni meta mqabbel mad-defiċit taʼ €343.4 miljun taʼ Settembru 2024. L-importazzjoni kienet taʼ €768.3 miljun, filwaqt li l-esportazzjoni kienet taʼ €460.5 miljun, li jiġu tnaqqis taʼ €43.6 miljun fl-importazzjoni u tnaqqis taʼ €8.0 miljuni fl-esportazzjoni, meta mqabbla mal-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
It-tnaqqis fl-importazzjoni kienet ġej l-aktar mill-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€41.1 miljun) u mit-Tranżazzjonijiet u prodotti mixxellanji (€12.0-il miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqisiet ewlenin dehru fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€34.5 miljun), fl-Oġġetti mixxellanji tal-manifattura (15.2-il miljun) u fit-Tranżazzjonijiet u prodotti mixxellanji (€10.2 miljuni). Min-naħa l-oħra, żdiedet l-esportazzjoni tal-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€31.9 miljun) u tal-Kimika (€13.4-il miljun) (Tabella nru 3).
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Jannar-Settembru 2025
Fl-ewwel disaʼ xhur tas-sena, id-defiċit naqas bʼ€278.4 miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel, u laħaq it-€3,619.4-il miljun. L-importazzjoni kienet taʼ €7,009.7 miljuni, filwaqt li l-esportazzjoni laħqet it-€3,390.2 miljun. Dan fisser tnaqqisiet taʼ €641.5 miljun u €363.0 miljun, rispettivament, fuq l-istess żmien tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1). Importazzjoni aktar baxxa dehret l-aktar fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€421.1 miljun) u fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€297.7 miljun). Min-naħa l-oħra, kien hemm żieda fl-importazzjoni tal-Kimika (€115.1-il miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqisiet ewlenin kienu fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€177.4 miljun) u fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€170.1 miljun) (Tabella nru 3).
Ċart nru 1. Il-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija: Data taʼ kull tliet xhur
Il-merkanzija kienet, fil-biċċa l-kbira tagħha, miġjuba mill-Unjoni Ewropea (62.3 fil-mija) u mill-Asja (19.2 fil-mija). Simili għas-sitwazzjoni tal-importazzjoni, l-akbar numri tal-esportazzjoni kienu rreġistrati lejn l-Unjoni Ewropea (36.9 fil-mija) u l-Asja (12.4 fil-mija). L-akbar żieda fl-importazzjoni ġiet mill-Olanda (€133.3 miljun), filwaqt li l-importazzjoni mill-Italja rreġistrat l-akbar tnaqqis (€167.2 miljun). L-esportazzjoni lejn it-Turkija rreġistrat l-akbar żieda (€79.5 miljun), filwaqt li dik lejn l-Istati Uniti kellha l-akbar tnaqqis (€117.0-il miljun) (Tabella nru 4).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Settembru 2025
FʼSettembru, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi kien jgħodd €138.2 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €157.3 miljun li kien irreġistrat fl-istess xahar tal-2024. L-importazzjoni u l-esportazzjoni kienu jiswew €437.8 miljun u €299.6 miljun, rispettivament, u bʼhekk kien hemm tnaqqis taʼ 5.8 fil-mija fl-importazzjoni u tnaqqis taʼ 2.5 fil-mija fl-esportazzjoni fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Jannar-Settembru 2025
Fl-ewwel disaʼ xhur tal-2025, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jeskludi xi oġġetti speċifiċi kiber bʼ€103.4 miljuni meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel biex laħaq l-€2,137.6 miljun. L-importazzjoni żdiedet bʼ0.5 fil-mija, filwaqt li l-esportazzjoni naqset bi 3.7 fil-mija, rispettivament, biex laħqu l-€4,263.0 miljun u l-€2,125.4 miljun (Tabella nru 1).
Ċart nru 2. Il-kummerċ tal-merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1 - Data taʼ kull tliet xhur
Ċart nru 3. It-tibdil perċentwali fil-kummerċ tal-merkanzija
Tqabbil mal-istess xahar taʼ sena qabel
Ċart nru 4. It-taqsim perċentwali tal-kummerċ sħiħ tal-merkanzija bil-gruppi ewlenin tal-prodotti
Settembru 2025
Ċart nru 5. It-taqsim perċentwali tal-kummerċ tal-merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1 bil-kontinent/reġjun
Settembru 2025
1 Id-data teskludi Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (Kapitlu 27), Inġenji tal-Ajru, Inġenji tal-Ispazju, u Partijiet Tagħhom (Kapitlu 88) u Bastimenti, Dgħajjes u Strutturi li jżommu f’Wiċċ l-Ilma (Kapitlu 89). Ara n-nota metodoloġika nru 8.
Nota: It-totali jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.
Tables
Tables
Methodological Notes
i. The Intrastat Supplementary Declaration that traders in merchandise goods must submit in respect of arrivals (imports) and dispatches (exports) of goods from and to the Member States of the European Union (EU) in compliance with Subsidiary Legislation 406.08, and
ii. The Customs Declarations for imports from and exports to countries that are not Member States of the EU.
14. The data contained in this release is subject to revision. For an updated time-series which includes past data, please refer to the Statistical Indicators for this domain.
15. A detailed news release calendar is available online.
16. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
17. For further assistance send your request through our online request form.
