Stqarrijiet tal-aħbarijiet

Il-Passiġġieri tal-Vapuri tal-Kruċieri: K2/2026

NR 129/2026
Data tal-Ħruġ: 22 taʼ Lulju 2026

Fit-tieni kwart tal-2026, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri tal-kruċieri laħaq il-256,369, daqs kemm kien hemm fl-istess perjodu tas-sena taʼ qabel.
Luxury,Cruise,Ship,Sailing,To,Port,On,Sunrise

Fit-tieni kwart tal-2026, żaru Malta 126 vapur tal-kruċieri, żieda ta’ tlieta meta mqabblin mal-istess perjodu taʼ sena qabel. Il-passiġġieri li għaddew minn Malta sabiex komplew il-vjaġġ tagħhom lejn xi mkien ieħor kienu jagħmlu l-maġġoranza assoluta tat-traffiku kollu, u laħqu l-208,068 (81.2 fil-mija). Bħala medja, kull bastiment li kien irmiġġat f’Malta ġarr 2,035 passiġġier, 49 inqas mis-sena ta’ qabel (Tabella nru 1).

Il-passiġġieri mill-Istati Membri tal-UE kienu jgħoddu 43.5 fil-mija tat-traffiku kollu. Is-swieq ewlenin kienu dak Taljan li laħaq 11.0 fil-mija tal-passiġġieri kollha, segwit minn dak Ġermaniż bʼ7.7 fil-mija tal-passiġġieri. L-għadd sħiħ ta’ passiġġieri minn pajjiżi mhux tal-UE laħaq il-144,795. Mill-passiġġieri kollha, is-suq tar-Renju Unit laħaq 24.8 fil-mija, filwaqt li 15.0 fil-mija kienu ġejjin mill-Istati Uniti (Tabella nru 1).

Il-passiġġieri nisa laħqu 55.1 fil-mija tat-total. L-akbar ammont taʼ passiġġieri kienu fl-età taʼ bejn is-60 u d-79  sena (43.3 fil-mija). Warajhom, kien hemm dawk li kienu fl-età taʼ bejn l-40 u d-59 sena (27.1 fil-mija) (Tabella nru 1).

Jannar-Ġunju 2026

Fl-ewwel nofs tas-sena 2026, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri laħaq it-321,616, li 44.1 fil-mija minnhom kienu ġejjin minn pajjiżi tal-UE (Tabella nru 2).

Il-biċċa l-kbira tal-passiġġieri kienu nisa u ammontaw għal 175,798, jew 54.7 fil-mija tat-total. Fost il-gruppi tal-età, l-akbar grupp taʼ passiġġieri kellhom bejn is-60 u d-79 sena, u laħqu l-134,098 (41.7 fil-mija). Warajhom, kien hemm il-passiġġieri li kellhom bejn l-40 u d-59 sena, li laħqu 87,152 (27.1 fil-mija) (Tabella nru 2).

Kien hemm 159 żjara taʼ vapuri tal-kruċieri fl-ewwel żewġ kwarti tas-sena 2026, bʼmedja taʼ 2,023 passiġġier fʼkull waħda, apparagun tal-154 żjara u medja taʼ 2,214-il passiġġier fʼkull waħda fis-sena 2025 (Tabella nru 2).

Methodological Notes

1. The data in this release is compiled on the basis of administrative records supplied by Transport Malta.
 
2. Cruise liners calling at both Malta and Gozo during a single voyage are recorded as one cruise liner call.
 
3. The majority of passengers embarking on cruise liners from Malta generally end their trip at the same destination. Embarkations are therefore not included in total traffic figures, in order to avoid double counting. This measure was adopted as from News Release no. 079/2013, dated 23 April 2013. The referred news release also includes figures for 2011 and 2012.
 
4. For clarity, embarkation figures for the period under review are being provided:
Embarkations 2024 2025 2026
April–June 50,271 45,762 46,944
January–June 53,443 49,435 48,029

5. Definitions:
 
  • Cruise passenger traffic: comprises transit passengers and passengers who land in Malta.
  • Embarkations: comprise all cruise passengers who are either Maltese or who are foreigners who arrive in Malta by other means of transport.
  • Transit passengers: comprise all cruise passengers who arrive in and leave Malta on the same cruise ship.
  • Landed passengers: comprise all cruise passengers who arrive in Malta on a cruise ship and leave by other means of transport, or alternatively, stay in Malta.
  • Passengers staying overnight: comprise passengers who spend at least one night in the Maltese Islands, either onboard the cruise ship or on land.
  • Average number of passengers per vessel: computed by dividing total cruise passenger traffic by the number of cruise liner calls.
 

6. A detailed news release calendar is available online.

7. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

8. For further assistance send your request through our online request form.

Il-Passiġġieri tal-Vapuri tal-Kruċieri: K2/2026

NR 129/2026
Data tal-Ħruġ: 22 taʼ Lulju 2026

Luxury,Cruise,Ship,Sailing,To,Port,On,Sunrise
  • Fit-tieni kwart tal-2026, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri tal-kruċieri laħaq il-256,369, daqs kemm kien hemm fl-istess perjodu tas-sena taʼ qabel.
  • Fl-istess perjodu, 126 vapur tal-kruċieri żaru pajjiżna, li huma żieda ta’ tlieta meta mqabblin mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel.
  • Ir-Renju Unit, l-Istati Uniti u l-Italja kienu t-tlitt iswieq ewlenin fit-tieni kwart tal-2026.
  • Fl-ewwel nofs tas-sena 2026, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri laħaq it-321,616, tnaqqis taʼ 5.7 fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu fis-sena li għaddiet.
  • Fl-ewwel żewġ kwarti tas-sena 2026, 159 vapur tal-kruċieri żaru pajjiżna, li huma żieda ta’ ħamsa meta mqabblin mal-istess perjodu tas-sena taʼ qabel.

Il-Passiġġieri tal-Vapuri tal-Kruċieri: K2/2026

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content