Stqarrijiet tal-aħbarijiet

Il-Prodott Domestiku Gross (PDG): K1/2026

NR 095/2026
Data tal-Ħruġ: 28 taʼ Mejju 2026
Data tal-Għeluq: 25 taʼ Mejju 2026

Stimi proviżorji juru li, fl-ewwel kwart tal-2026, il-Prodott Domestiku Gross (PDG) ammonta għal €6.2 biljuni, żieda taʼ €402.2 miljuni, jew 7.0 fil-mija, meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2025. Fʼtermini reali, l-PDG tela’ bi 3.9 fil-mija.
Wood letter of GDP abbreviation with hand writing definition

Fl-ewwel kwart tal-2026, il-Prodott Domestiku Gross (PDG) tal-ekonomija Maltija rreġistra rata taʼ tkabbir pożittiva taʼ 3.9 fil-mija fʼtermini reali, fuq bażi annwali.

Id-deflatur tal-PDG żdied bi 3.0 fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena taʼ qabel. Dan ifisser żieda taʼ 2.0 punti perċentwali meta mqabbel mar-rata sena għal sena li kienet irrekordjata fir-rabaʼ kwart tal-2025.

Tabella nru 1. Għażla ta’ indikaturi
K1 2025 K2 2025 K3 2025 K4 2025 K1 2026
Il-Prodott Domestiku Gross (nominali) € 000 5,781,342 6,117,333 6,380,106 6,299,131 6,183,498
Id-Dħul Nazzjonali Gross (nominali) € 000 5,156,503 5,475,494 5,774,811 5,695,423 5,573,516
Il-Prodott Domestiku Gross (deflatur) 2020=100 117.9 120.9 120.9 122.0 121.5
Il-Prodott Domestiku Gross ras għal ras (nominali) 10,004 10,514 10,910 10,724 10,474
Id-Dħul Nazzjonali Gross ras għal ras (nominali) 8,923 9,411 9,875 9,696 9,440
Drag to view in full

Il-PDG mill-aspett tal-produzzjoni

Il-PDG jitkejjel billi jingħadd il-Valur Miżjud Gross (VMG) tal-ekonomija mad-differenza bejn it-Taxxi u s-sussidji fuq il-prodotti. Il-VMG huwa d-differenza bejn il-produzzjoni u l-konsum intermedju ta’ kull attività tal-ekonomija.

Matul l-ewwel kwart tal-2026, il-VMG kiber bi 3.7 fil-mija fʼtermini reali meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2025.

L-Attivitajiet tas-Servizzi (Taqsimiet tan-NACE minn G sa U) u l-Industrija (Taqsimiet tan-NACE minn B sa F) irreġistraw kontribut pożittiv ta’ 3.5 u 0.3 punti perċentwali, rispettivament, għar-rata tat-tkabbir tal-VMG f’termini reali. L-Agrikoltura u s-sajd (Taqsima tan-NACE A) kellhom kontribut negattiv ta’ 0.1 punti perċentwali.

It-tkabbir fis-Servizzi kien dovut l-aktar għar-rati tat-tkabbir fʼdawn l-oqsma: l-Informazzjoni u komunikazzjoni (5.3 fil-mija), l-Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni (9.0 fil-mija), u l-Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi (4.7 fil-mija).

 

Tabella nru 2. Il-produzzjoni, is-sehem fit-tkabbir tal-PDG f’termini reali
K1 2025 K2 2025 K3 2025 K4 2025 K1 2026
Il-Valur Miżjud Gross pp 4.5 3.2 3.0 3.9 3.4
   L-Agrikoltura u s-Sajd1 pp -0.1 -0.1 -0.3 0.1 -0.1
   L-Industrija pp 0.1 0.4 0.1 -0.5 0.3
   Is-Servizzi pp 4.4 3.0 3.2 4.4 3.2
It-Taxxi mingħajr is-sussidji fuq il-prodotti pp -1.4 -0.7 0.8 2.5 0.4

1 Il-proċess li jwassal għal figuri f’termini reali fuq livell settorjali, f’każijiet fejn in-numri jkunu negattivi, jista’ juri xejriet erratiċi. Għaldaqstant, f’każijiet bħal dawn tinħadem biss il-kontribuzzjoni għat-tkabbir tal-PDG.
Nota: Il-kontribuzzjonijiet jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.

Il-PDG mill-aspett tan-nefqa

Il-PDG jiġi kkalkulat ukoll billi jingħaddu flimkien in-Nefqa fuq il-konsum finali, il-Formazzjoni ta’ kapital gross, u l-Esportazzjoni netta.

Id-domanda domestika kellha sehem pożittiv taʼ 3.6 punti perċentwali fuq ir-rata tat-tkabbir tal-PDG fʼtermini reali meta mqabbla mal-istess perjodu tas-sena taʼ qabel. Id-domanda esterna kellha sehem pożittiv taʼ 0.3 punti perċentwali.

Fl-ewwel kwart tal-2026, in-Nefqa fuq il-konsum finali kibret b’5.0 fil-mija fʼtermini reali. Dan kien dovut għaż-żieda taʼ 3.8 fil-mija fin-nefqa tal-konsum finali tal-Households u ż-żieda taʼ 8.5 fil-mija fin-nefqa tal-konsum finali tal-Gvern Ġenerali. In-nefqa tal-NPISHs1 żdiedet b’0.4 fil-mija.

Il-Formazzjoni taʼ kapital fiss gross żdiedet bi 3.6 fil-mija fʼtermini reali.

Fʼtermini reali, l-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-merkanzija u s-servizzi telgħu b’4.9 fil-mija u b’5.6 fil-mija, rispettivament.

1 Istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu l-households.

Tabella nru 3. In-nefqa, is-sehem fit-tkabbir tal-PDG fʼtermini reali
K1 2025 K2 2025 K3 2025 K4 2025 K1 2026
In-Nefqa fuq il-Konsum Finali pp 2.8 2.1 2.5 2.4 3.1
   Il-Privat pp 1.7 1.3 1.9 1.6 1.6
   Il-Gvern pp 1.2 0.8 0.6 0.8 1.5
Il-Formazzjoni taʼ Kapital Gross pp 0.0 0.7 0.5 0.7 0.5
   Assi Fissi pp -0.6 0.4 0.2 0.2 0.6
   Inventarji u Oġġetti ta’ Valur pp 0.6 0.3 0.3 0.5 -0.1
L-Esportazzjoni tal-Merkanzija u s-Servizzi pp 0.9 8.0 5.1 7.3 5.6
L-Importazzjoni tal-Merkanzija u s-Servizzi pp 0.6 8.4 4.3 3.9 5.3

Nota: Il-kontribuzzjonijiet jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.

Il-PDG mill-aspett tad-dħul

Il-PDG jiġi kkalkulat ukoll permezz tad-dħul, li huwa magħmul mill-Kumpens tal-impjegati, il-Qligħ gross mill-operat tal-intrapriżi u t-Taxxi netti fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni.

Meta mqabbla mal-ewwel kwart tal-2025, iż-żieda taʼ €402.2 miljuni fil-PDG fʼtermini nominali kienet magħmula miż-żieda taʼ €232.5 miljun fil-Kumpens tal-impjegati, miż-żieda taʼ €98.2 miljun fil-Qligħ mill-operat tal-intrapriżi u l-Introjtu mħallat gross u miż-żieda taʼ €71.4 miljun fʼTaxxi netti fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni.

Tabella nru 4. Id-dħul, is-sehem fit-tkabbir tal-PDG fʼtermini nominali
K1 2025 K2 2025 K3 2025 K4 2025 K1 2026
Il-Kumpens tal-impjegati pp 4.3 4.4 3.4 1.8 4.0
   L-Agrikultura u s-Sajd pp 0.0 0.0 0.0 0.0 0.0
   L-Industrija pp 0.2 0.3 0.3 0.4 0.4
   Is-Servizzi pp 4.1 4.1 3.1 1.4 3.7
Il-Qligħ mill-Operat tal-Intrapriżi u l-Introjtu Mħallat Gross pp 1.5 1.4 1.7 2.4 1.7
It-Taxxi netti fuq il-Produzzjoni pp 0.1 -0.7 1.2 3.3 1.2

Nota: Il-kontribuzzjonijiet jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.

Id-Dħul Nazzjonali Gross (DNG)

Id-Dħul Nazzjonali Gross (DNG) huwa kejl differenti mill-PDG minħabba dħul barrani nett relatat mal-Kumpens tal-impjegati, Introjtu mill-proprjetà u Taxxi netti fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni.

Meta jkunu kkunsidrati l-effetti tal-introjtu u t-taxxa mħallsa u rċevuta mir-residenti lejn u mill-bqija tad-dinja, id-DNG f’termini nominali għall-ewwel kwart tal-2026 huwa stmat li ammonta għal €5.6 biljuni.

Methodological Notes

1. The chain-linked volume indices have been re-referenced to 2020=100 (Tables 6 and 8).

2. Data in this news release is unadjusted. Seasonally adjusted data is available in the table (namq_10_gdp) accessible here.

 
3. Data in this news release are in line with the European System of Accounts (ESA) 2010 manual (ISBN 978-92-79-31242-7). This system of accounts is mandatory for all EU Member States. The accounts are subject to audit by the European Court of Auditors and Eurostat’s GNI Committee to ensure reliability, comparability and exhaustiveness.
 
4. Gross Domestic Product (GDP) is an estimate of the value of goods and services at market prices produced in the economy over a period of time. The GDP is estimated in nominal terms using the production approach, aggregating the output of the various productive sectors net of the cost of intermediate inputs. The expenditure approach is reconciled with the production approach both in nominal and volume terms. GDP in volume terms excludes the effects of price inflation on market prices. The income approach shows how GDP is distributed into compensation of employees, operating surplus of enterprises and taxes on production and imports net of subsidies.
 
5. Data in this news release should be considered as provisional for 2021 to date. 
 
6. Data users must be aware that the industrial activities of General government are spread over 21 different NACE categories (at A88 division) and include local councils and extra-budgetary units that are financially dependent on the government. Public administration and defence; compulsory social security (NACE 84) is the largest category in terms of gross value added.
 

7. The ESA 2010 GNI Inventory provides a detailed explanation of sources and methods used for estimating GNI in Malta. It is the basis for the Eurostat assessment of the quality and exhaustiveness of GNI data and their compliance with ESA 2010 in the context of the GNI for own resources purposes. The Inventory is a reference document that is kept up-to-date to reflect the latest methodology in place. 

8. More information relating to this news release may be accessed at:

 

9. The data contained in this release is subject to revision. For an updated time-series which includes past data, please refer to the NSO Statistical Database

10.  A detailed news release calendar is available online.

11. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

12. For further assistance send your request through our online request form.

Il-Prodott Domestiku Gross (PDG): K1/2026

NR 095/2026
Data tal-Ħruġ: 28 taʼ Mejju 2026
Data tal-Għeluq: 25 taʼ Mejju 2026

Wood letter of GDP abbreviation with hand writing definition
  • Fl-ewwel kwart tal-2026, il-Prodott Domestiku Gross (PDG) kiber bi 3.9 fil-mija f’termini reali.
  • Id-domanda domestika kkontribwiet bʼmod pożittiv għat-tkabbir tal-PDG f’termini reali (3.6 punti perċentwali).
  • Il-kummerċ barrani wkoll kellu kontribut pożittiv għat-tkabbir tal-PDG f’termini reali (0.3 punti perċentwali).
  • Id-deflatur tal-PDG telaʼ bi 3.0 fil-mija meta mqabbel mal-ewwel kwart tal-2025.

Il-Prodott Domestiku Gross (PDG): K1/2026

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content