Il-Kontijiet Mhux Finanzjarji Annwali bis-Setturi Istituzzjonali: 2021-2025

PDF Aqsam
Abbona għall-aħħar aħbarijiet
Data,Analysis.,Pen,With,Notebook,On,Business,And,Financial,Report.

Il-Punti ewlenin

  • L-għoti ta’ self nett tal-ekonomija nazzjonali meta mqabbel mal-bqija tad-dinja kien ta’ €1,778 miljun fl-2025, meta mqabbel mat-teħid ta’ self nett ta’ €221 miljun fl-2024.
  • Id-dħul nazzjonali gross laħaq il-€21,730 miljun fl-2025, u d-dħul disponibbli nazzjonali gross kien ta’ €21,299 miljun.
  • Ir-rata ta’ tfaddil tal-households kienet stmata għal 19.2 fil-mija tad-dħul disponibbli gross tagħhom fl-2025, meta mqabbla ma’ 18.2 fil-mija fl-2024.
  • Il-valur miżjud bil-prezzijiet bażiċi żdied b’6.0 fil-mija f’termini nominali fl-2025. It-tkabbir tal-ekonomija ġie l-aktar mis-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji, li l-valur miżjud tiegħu żdied b’7.6 fil-mija u kkontribwixxa 4.7 punti perċentwali għaż-żieda rreġistrata.

Il-Kummentarju

L-istimi tal-PDG ġew riveduti skont iċ-ċiklu ta’ reviżjoni regolari, li jirrifletti prinċipalment l-integrazzjoni tat-Tabelli tal-Provvista u l-Użu tal-2021 u l-2022, ir-riżultati parzjali mill-istħarriġ tal-Istatistika Strutturali tan-Negozju tal-2024, id-data amministrattiva aġġornata, ir-rakkomandazzjonijiet mill-proċessi ta’ verifika tal-GNI u tal-EDP, u metodoloġija mtejba tad-deflatur tal-FISIM. Aktar informazzjoni tinsab fl-Avviż ta’ Tagħrif għall-Istampa tas-17 ta’ Awwissu 2026.

Stimi proviżorji juru li l-għoti ta’ self nett tal-ekonomija nazzjonali meta mqabbel mal-bqija tad-dinja kien ta’ €1,778 miljun fl-2025, meta mqabbel mat-teħid ta’ self nett ta’ €221 miljun fl-2024. Il-valur miżjud bil-prezzijiet bażiċi żdied b’6.0 fil-mija f’termini nominali u kien ġej l-iżjed mis-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji, li kkontribwixxa 4.7 punti perċentwali għaż-żieda rreġistrata. Ir-rata ta’ tfaddil tal-households kienet stmata għal 19.2 fil-mija tad-dħul disponibbli gross, żieda mit-18.2 fil-mija fl-2024.

Fl-2025, l-ekonomija marret minn teħid ta’ self nett ta’ €221 miljun fl-2024 għall-għoti ta’ self nett ta’ €1,778 miljun fl-2025, li jirrappreżenta titjib ta’ €1,999 miljun. Il-moviment minn teħid ta’ self nett fl-2024 għall-għoti ta’ self nett fl-2025 kien ġej l-iżjed minn:

• Surplus akbar fil-kummerċ tal-prodotti u s-servizzi (+ €510 miljuni);
• Tnaqqis sinifikanti fid-defiċit fuq id-dħul primarju u sekondarju (+ €1,438 miljun); u
• Trasferimenti kapitali netti ogħla riċevibbli (+ €58 miljun).

Dan it-titjib wassal għal bidla pożittiva fil-valur nett dovut għat-tfaddil u t-trasferimenti kapitali ta’ €1,885 miljun u fl-aħħar mill-aħħar, wassal għall-għoti ta’ self nett ta’ €1,778 miljun fl-2025, li juri li l-ekonomija nazzjonali saret sors nett ta’ riżorsi finanzjarji lill-bqija tad-dinja.

It-titjib fil-pożizzjoni tal-għoti ta’ self nett tal-ekonomija kien xprunat primarjament minn:

• Bidla fid-direzzjoni fis-settur tal-korporazzjonijiet finanzjarji (+ €1,315-il miljun);
• Għoti akbar ta’ self nett tal-households (+ €372 miljun); u

• Tnaqqis fis-self nett meħud mill-gvern (+ €309 miljuni).


Dawn l-iżviluppi pożittivi kkumpensaw b’mod aktar minn suffiċjenti għat-tnaqqis irreġistrat fis-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji (-€35 miljun). B’hekk, l-ekonomija ħadet xejra oħra,  minn debitur nett fil-konfront tal-bqija tad-dinja fl-2024, għal kreditur nett fl-2025.

L-entrati ta’ bbilanċjar maħruġin mis-sekwenza sħiħa tal-kontijiet mhux finanzjarji tal-ekonomija nazzjonali huma ppreżentati f’Tabella nru 1. 

Rappreżentazzjoni aktar dettaljata tal-ekonomija nazzjonali qiegħda f’Tabella nru 2, filwaqt li t-tqassim dettaljat tal-bqija tad-dinja qiegħed f’Tabella nru 9.

Tabella nru 1 turi l-kontribut ta’ kull settur istituzzjonali għall-għoti u t-teħid tas-self nett.

Is-saħħa tat-tkabbir ekonomiku 

Fl-2025, il-valur miżjud bil-prezzijiet bażiċi ġġenerat mill-ekonomija nazzjonali kiber b’6.0 fil-mija f’termini nominali meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.

Kienu rreġistrati żviluppi pożittivi fil-biċċa l-kbira tas-setturi istituzzjonali. It-tkabbir fl-ekonomija kien ġej, b’mod partikolari, mis-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji, li l-valur miżjud tiegħu żdied b’7.6 fil-mija, u kkontribwixxa 4.7 punti perċentwali għaż-żieda rreġistrata fl-2025. Is-settur tal-households, li jinkludi intrapriżi mhux inkorporati u ħaddiema li jaħdmu għal rashom, irreġistra tkabbir ta’ €94 miljun jew 2.9 fil-mija fil-valur miżjud, li ssarraf f’kontribuzzjoni ta’ 0.4 punti perċentwali għat-tkabbir ġenerali. Il-valur miżjud iġġenerat mill-attività tal-gvern ġenerali żdied b’7.9 fil-mija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel u wassal għal kontribuzzjoni ta’ punt perċentwali fit-tkabbir ġenerali. Is-settur tal-korporazzjonijiet finanzjarji rreġistra tnaqqis marġinali ta’ 0.7 fil-mija fil-valur miżjud, u naqqas it-tkabbir ġenerali b’0.1 punti perċentwali. Bl-istess mod, il-valur miżjud iġġenerat minn istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu lill-households (NPISHs) naqas b’9.8 fil-mija, u naqqas it-tkabbir ġenerali b’0.1 punti perċentwali.

Highcharts Chart

Il-korporazzjonijiet mhux finanzjarji 

Il-valur miżjud gross iġġenerat minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji żdied b’7.6 fil-mija fl-2025 meta mqabbel mal-2024. Il-kumpens pagabbli lill-impjegati tela’ b’9.0 fil-mija, filwaqt li l-qligħ operattiv gross u d-dħul imħallat żdied b’6.6 fil-mija. Għaldaqshekk, is-sehem tal-qligħ operattiv gross u d-dħul imħallat tas-settur fil-valur miżjud gross tiegħu naqas minn 55.7 fil-mija fl-2024 għal 55.2 fil-mija fl-2025. Is-sehem tal-kumpens tal-impjegati tas-settur fl-ekonomija kien ta’ 61.6 fil-mija.

Wara li tqies il-bilanċ nett tad-dħul mill-proprjetà, inklużi l-imgħaxijiet, id-dividendi u flussi oħra tad-dħul mill-proprjetà, il-bilanċ tad-dħul gross primarju żdied bi 18.1 fil-mija, minn €3,114-il miljun fl-2024 għal €3,678 miljun fl-2025, wara titjib ta’ €75 miljun fid-dħul nett mill-proprjetà.

It-tfaddil gross tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji żdied bi 19.2 fil-mija, minn €2,391 miljun fl-2024 għal €2,849 miljun fl-2025. Il-flussi rreġistrati fid-distribuzzjoni sekondarja tal-kont tad-dħul ikkontribwew punt perċentwali għal din iż-żieda, prinċipalment minħabba żieda ta’ €136 miljun fit-taxxi kurrenti fuq id-dħul u l-ġid. It-tfaddil gross u l-bilanċ pożittiv tat-trasferimenti kapitali netti kienu biżżejjed biex jiffinanzjaw il-formazzjoni tal-kapital gross u l-akkwisti netti ta’ assi mhux finanzjarji mhux prodotti, u b’hekk is-settur baqa’ f’pożizzjoni ta’ għoti ta’ self nett, minkejja t-tnaqqis ta’ €35 miljun fl-għoti ta’ self nett meta mqabbel mal-2024 (Tabella nru 3).

Ir-rata ta’ investiment tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji, imkejla bħala l-formazzjoni ta’ kapital gross relattiv għall-valur miżjud gross, baqgħet ġeneralment stabbli għal 18.3 fil-mija kemm fl-2024 kif ukoll fl-2025. Il-proporzjon ta’ awtofinanzjament tas-settur, ikkalkulat bħala t-tfaddil gross maqsum bil-formazzjoni tal-kapital gross żdied għal 1.2, li juri li t-tfaddil gross qabeż il-formazzjoni tal-kapital gross b’madwar 20 fil-mija (Tabella nru 10).

Investment vs Gross Operating Surplus

Il-korporazzjonijiet finanzjarji

Fl-2025, il-valur miżjud gross tal-korporazzjonijiet finanzjarji naqas b’0.7 fil-mija meta mqabbel mal-2024, u niżel minn €1,906 miljuni għal €1,893 miljun. Il-qligħ operattiv gross u d-dħul imħallat naqsu wkoll bi 8.6 fil-mija, minn €1,006 miljuni għal €919-il miljun. Il-kumpens pagabbli lill-impjegati żdied bi 8.7 fil-mija, minn €894 miljun għal €971 miljun, u ammonta għal 9.2 fil-mija tal-kumpens kollu tal-impjegati fl-ekonomija.

Il-bilanċ nett tad-dħul mill-proprjetà tas-settur tjieb ħafna tul l-2025. Filwaqt li d-dħul riċevibbli mill-proprjetà żdied bi €391 miljun, id-dħul pagabbli għall-proprjetà naqas b’€1,068 miljun, bir-riżultat li l-bilanċ tad-dħul gross primarju tela’ minn -€232 miljun fl-2024 għal €1,140 miljun fl-2025, titjib ta’ €1,372 miljun.

L-evoluzzjoni tal-flussi rreġistrati fid-distribuzzjoni sekondarja tal-kont tad-dħul, inklużi t-taxxi fuq id-dħul, il-kontribuzzjonijiet soċjali u l-benefiċċji, u trasferimenti kurrenti oħra, wasslet biex id-dħul disponibbli gross tas-settur jitla’ minn -€1,184 miljun fl-2024 għal €39 miljun fl-2025. Dan it-titjib xprunat prinċipalment mill-irkupru qawwi fid-dħul primarju, li aktar milli patta għaż-żieda fil-ħruġ ta’ trasferimenti kurrenti oħra u għal livell għoli kontinwu ta’ taxxi fuq id-dħul pagabbli mis-settur.

Iż-żieda fid-dħul gross disponibbli tas-settur, flimkien mat-tnaqqis fl-aġġustament għall-bidla fl-intitolament għall-pensjoni fir-rigward ta’ fondi tal-pensjonijiet ma’ klijenti mhux residenti, ikkontribwew għal żieda ta’ €1,332 miljun fit-tfaddil gross.

Il-formazzjoni tal-kapital gross mill-korporazzjonijiet finanzjarji laħqet it-€354 miljun fl-2025, żieda ta’ €18-il miljun fuq is-sena ta’ qabel. Wara li jitqiesu t-trasferimenti kapitali u l-akkwisti netti ta’ assi mhux finanzjarji mhux prodotti, is-settur irreġistra teħid ta’ self nett ta’ €7 miljuni, meta mqabbel mal-€1,321 miljun fl-2024. Dan jirrappreżenta titjib sostanzjali fil-qagħda finanzjarja tas-settur u kien wieħed mill-kontributuri ewlenin għat-tisħiħ tal-qagħda tal-għoti tas-self nett fl-ekonomija kollha fl-2025 (Tabella nru 4).

Il-gvern ġenerali 

Il-valur miżjud gross tal-gvern ġenerali żdied b’7.9 fil-mija fl-2025 meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, u minn €2,618-il miljun tela’ għal €2,825 miljun. Il-kumpens pagabbli lill-impjegati żdied bi 8.1 fil-mija, u laħaq l-€2,411-il miljun, u kien ta’ 22.8 fil-mija tal-kumpens kollu lill-impjegati fl-ekonomija.

Id-dħul disponibbli gross tas-settur tal-amministrazzjoni pubblika żdied b’9.7 fil-mija, minn €4,325 miljun fl-2024 għal €4,746 miljun fl-2025. Megħjun minn din iż-żieda, it-tfaddil gross tjieb minn €433 miljun fl-2024 għal €527 miljun fl-2025. Dan it-titjib inkiseb minkejja żieda ta’ 8.4 fil-mija fin-nefqa finali tal-konsum, li minn €3,893 miljun telgħet għal €4,219-il miljun.

Il-formazzjoni ta’ kapital gross mill-amministrazzjoni pubblika kienet ta’ €741 miljun fl-2025, u baqgħet ġeneralment stabbli meta mqabbla mas-€742 miljun fl-2024. Meta jitqiesu t-trasferimenti kapitali u l-akkwisti netti ta’ assi mhux finanzjarji mhux prodotti, is-settur irreġistra teħid ta’ self nett ta’ €506 miljuni fl-2025, meta mqabbel mat-€815-il miljun tal-2024. Dan juri titjib qawwi fil-qagħda finanzjarja tal-amministrazzjoni pubblika, li kien ġej minn dħul disponibbli ogħla, tfaddil aktar b’saħħtu u tnaqqis fil-bilanċ negattiv tal-kont kapitali (Tabella nru 5).

Saving vs Net lending

L-unitajiet domestiċi (Households)

L-unitajiet domestiċi jinkludu individwi jew gruppi ta’ individwi li l-funzjoni ewliena tagħhom hija l-konsum, u li jipproduċu oġġetti u servizzi mhux finanzjarji għall-użu finali tagħhom biss. L-użu finali proprju huwa marbut ma’ servizzi relatati mad-djar okkupati mis-sidien u servizzi domestiċi magħmula minn impjegati mħallsa. Is-settur tal-unitajiet domestiċi jinkludi wkoll sidien li jaħdmu għal rashom u sħubijiet mingħajr status legali, minbarra dawk ittrattati bħala kważi korporazzjonijiet, u li huma produtturi tas-suq. 

Il-valur miżjud gross iġġenerat mill-qasam tal-unitajiet domestiċi żdied bi 2.9 fil-mija fl-2025 meta mqabbel mas-sena ta’ qabel u tela minn €3,281 miljun għal €3,375 miljun. Is-surplus operattiv gross naqas b’6.8 fil-mija, minn €1,296 miljun għal €1,208 miljun. Min-naħa l-oħra, id-dħul imħallat, li jirrappreżenta d-dħul ta’ min jaħdem għal rasu, żdied b’9.9 fil-mija, minn €1,595 miljun għal €1,753 miljun. Il-kumpens tal-impjegati mħallas mill-households żdied għal €441 miljun, li jirrappreżenta 4.2 fil-mija tal-kumpens kollu tal-impjegati fl-ekonomija.

Il-bilanċ tad-dħul primarju gross żdied bi €878 miljun, minn €13,861 miljun fl-2024 għal €14,739 miljun fl-2025. Din iż-żieda kienet ġejja l-aktar minn żieda ta’ €800 miljun f’kumpens riċevibbli tal-impjegati u żieda ta’ €70 miljun fi qligħ operattiv gross u dħul imħallat. Dawn l-iżviluppi ġew parzjalment ikkumpensati minn deterjorament fil-bilanċ nett tad-dħul mill-proprjetà minħabba li d-dħul riċevibbli mill-proprjetà naqas minn €1,812-il miljun għal €1,699 miljun (Tabella nru 6).

Ir-rata ta’ tfaddil tal-households żdiedet minn 18.2 fil-mija fl-2024 għal 19.2 fil-mija fl-2025. F’termini nominali, id-dħul disponibbli gross għal kull ras żdied b’4.1 fil-mija fl-2025, filwaqt li d-dħul disponibbli gross f’termini reali għal kull ras żdied b’4.5 fil-mija. Dawn segwew rati ta’ tkabbir ta’ 11.6 fil-mija u 7.9 fil-mija, rispettivament, fl-2024 (Tabella nru 10).

L-investiment tal-households, imkejjel mill-formazzjoni tal-kapital gross, kien ta’ €976 miljun fl-2025 meta mqabbel mad-€918-il miljun fl-2024. Ir-rata ta’ investiment tal-households kienet ta’ 7.4 fil-mija tad-dħul disponibbli gross, tista’ tgħid l-istess bħas-7.4 fil-mija tas-sena ta’ qabel.

Wara li kienu meqjusin it-trasferimenti kapitali u l-akkwisti netti ta’ assi mhux finanzjarji mhux prodotti, il-households irreġistraw għoti ta’ self nett ta’ €2,143 miljun fl-2025, meta mqabbel mal-€1,771 miljun fl-2024. Dan juri l-kapaċità ta’ finanzjament b’saħħitha kontinwa tas-settur tal-unitajiet domestiċi (Tabella nru 6).

Highcharts Example

Istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu lill-unitajiet domestiċi (NPISH) 

Fl-2025, il-valur miżjud gross iġġenerat mis-settur tal-NPISH naqas b’9.8 fil-mija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, u niżel minn €279 miljun għal €252 miljun. Dan it-tnaqqis kien prinċipalment dovut għal kumpens aktar baxx tal-impjegati, li naqas minn €261 miljun fl-2024 għal €233 miljun fl-2025. Il-livell ogħla ta’ kumpens tal-impjegati rreġistrat fl-2024 irrifletta parzjalment l-impatt ta’ ftehimiet kollettivi ġodda, b’ mod partikulari fl-edukazzjoni, inklużi ħlasijiet marbutin mal-arretrati. Sehem il-kumpens tas-settur tal-impjegati fl-ekonomija kien ta’ 2.2 fil-mija.

Id-dħul gross disponibbli tas-settur laħaq l-€430 miljun fl-2025, li jfissru żieda ta’ 2.5 fil-mija fuq is-sena ta’ qabel. Dan it-titjib kien attribwibbli l-aktar għal żieda ta’ Є14-il miljun fit-trasferimenti kurrenti netti riċevibbli, li aktar milli kkumpensaw għat-tnaqqis fid-dħul nett mill-proprjetà. B’kuntrast ma’ dan, id-dħul disponibbli gross aġġustat kien affettwat mill-iżviluppi fit-trasferimenti soċjali mhux fi flus. Il-kumpens aktar baxx tal-impjegati fl-2025, wara l-livell ogħla rreġistrat fl-2024 parzjalment minħabba l-arretrati, ikkontribwixxa għal produzzjoni aktar baxxa tal-NPISH u, għaldaqstant, għal tnaqqis fit-trasferimenti soċjali fi flus mogħtijin lill-households.

Dan l-iżvilupp deher ukoll fin-nefqa finali tal-konsum tal-NPISH, li naqset b’€29 miljun fl-2025. Id-dħul disponibbli gross żdied, filwaqt li n-nefqa tal-konsum finali naqset, it-tfaddil gross tela’ minn €31 miljun fl-2024 għal €70 miljun fl-2025. Għaldaqstant, din il-bidla għandha titqies parzjalment fil-kuntest tan-nefqa ogħla rreġistrata fl-2024, inkluż l-impatt tal-arretrati, aktar milli biss bħala żieda fil-qagħda tat-tfaddil tas-settur.

L-investiment mill-NPISH kien ta’ €18-il miljun fl-2025, ftit ogħla mis-€17-il miljun irreġistrati fl-2024. Wara li jitqies il-bilanċ tat-trasferimenti kapitali u l-akkwisti netti ta’ assi mhux finanzjarji mhux prodotti, is-settur irreġistra għoti ta’ self nett ta’ €54 miljun fl-2025, meta mqabbel mal-€15-il miljun fl-2024. Dan jirrifletti titjib fil-pożizzjoni tal-għoti ta’ self nett tas-settur (Tabella nru 7).

Tables

Definitions of the terms used in these tables are available in the Glossary

Methodological Notes

1. The objective of the annual non-financial accounts for the institutional sectors is to analyse the economic relationships between the institutional units that form the national economy (non-financial corporations (S.11), financial corporations (S.12), general government (S.13), households (S.13) and non-profit institutions serving households (S.15)) and between them and the rest of the world in an ordered series of accounts that describe each phase of economic process (production and creation of income, distribution and redistribution, final consumption, savings and asset accumulation). These results are prepared in compliance with the conceptual and regulatory framework established by the European System of National and Regional Accounts (ESA 2010), approved by the Regulation (EU) 549/2013, of the European Parliament and of the Council, of 21 May. More information on the sequence of non-financial account is available in ESA 2010, Chapter 8.

2. In February 2025, the National Statistics Office (NSO), published the Non-financial Annual Sector Accounts (ASA) Inventory. It aims to provide a comprehensive overview of the national compilation procedures of annual non-financial accounts by institutional sector according to the European System of National and Regional Accounts (ESA 2010). An updated version as at October 2026 is now available.

3. The results are disseminated online 90 days following the end of the reference year (t+90 days, being t the reference year). These results are consistent with the quarterly non-financial accounts for the institutional sectors compiled at t+85 following the end of the reference year (t+85 days, being t the reference quarter). In case of Malta, quarterly non-financial accounts are only compiled for S.1, S.2 and S.13. The rest of the sectors are voluntary for countries whose GDP at current prices represents less than 1 per cent of the corresponding Union total. The 1 per cent threshold is calculated as a moving average based on the latest three available years. The quarterly non-financial accounts for the institutional sectors dataset is available online. This calendar is compatible with the requirements for availability of national accounts results established by Regulation (EU) 549/2013 on the European System of National and Regional Accounts 2010.

4. Data in this news release are consistent with the Gross Domestic Product: Q2/2026 news release published on 27 August 2026 and  should be considered provisional for 2023 to date. A press information notice published on 17 August provides an overview of updates applied from 2020 onwards in main aggregates and ASA.

5.  Compared to the previous release which covered reference years 1995 to 2024, the following enhancements have been done:

          •  Change in the methodology applied to transfers into and out of pension funds. “Transfers in” are recorded as D.61 (D.75 in the case of non-resident clients), while “transfers out” are now recorded as D.62 (D.75 in the case of non-resident clients). The treatment is neutral in the non-financial accounts (B.9 = 0), as transactions recorded under D.61 uses are offset by corresponding transactions under D.8 resources. The methodology has been further refined to incorporate the recording of transfers out under D.62 and D.75 for resident and non-resident clients, respectively. Reference years 2012–2020 will be updated as part of the next benchmark revision.

          •  Inclusion of intra-household transfers under other current transfers (D.75), using EU-SILC data, from reference year 2021 onwards. This treatment increases the level of D.75 transactions but is neutral with respect to gross saving and net lending/net borrowing. Reference years 1995–2020 will be updated as part of the next benchmark revision.

          •  Inclusion of non-market output of S.121 in Other current transfers (D.75) in line with ESA 2010 § 14.16. Reference years 1995-2020 will be updated in the next benchmark revision.

Integration of a new data source for Acquisitions less disposals of non-produced assets (NP) as from 2021 onwards with counterparty transactions shown in S.11, S.12 and S.2. Reference years 1995-2020 will be updated in the next benchmark revision.

6.   Revisions to net lending (+)/net borrowing (-)

Revisions compared with the previous release affected the level and, in some cases, the sign of net lending/net borrowing (B.9) across several institutional sectors. For S.1 and S.2, revisions mainly reflected updates to Balance of Payments (BOP) statistics affecting primary income, following the incorporation of updated administrative information, together with revisions to NP arising from the integration of new data sources. For S.12, revisions were mainly attributable to updates to primary income variables in BOP statistics. For S.15, the revision in 2024 primarily reflected routine updates to data sources underlying other current transfers (D.7).

Revisions to S.14 reflected a combination of factors. These included revisions to primary income, together with updates to other current transfers (D.7), particularly for 2021 and 2022, as well as the alignment of the sectoral allocation of current taxes on income and wealth with Government Finance Statistics (GFS). Further revisions resulted from updated estimates of household final consumption expenditure (HFCE).

As a result, the classification between net lending and net borrowing changed for several reference years. S.1 changed from net lending to net borrowing in 2022 and 2024; S.11 from net lending to net borrowing in 2022; S.12 from net borrowing to net lending in 2023; S.15 from net borrowing to net lending in 2024; and S.2 from net borrowing to net lending in 2022 and 2024.

7. A more detailed breakdown of annual non-financial accounts by the institutional sectors and by variable is available online. Calculations are performed using the full underlying values prior to rounding, while figures presented in this news release are rounded for publication purposes. Consequently, calculations based on the published figures may differ slightly from the reported results. Any such differences are attributable solely to rounding and do not represent inconsistencies in the underlying data or calculations.

8. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

9. More information relating to this news release may be accessed at:

 
10.  A detailed news release calendar is available online.
 
11. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
 
12. For further assistance send your request through our online request form.
Skip to content