Il-Prodott Domestiku Gross Reġjonali: 2024
- Stimi għall-2024 juru li sehem ir-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna fil-PDG nazzjonali kien taʼ 4.3 fil-mija.
- Fl-2024, il-VMG bi prezzijiet bażiċi fir-reġjuni ta’ Malta u, Għawdex u Kemmuna żdied bʼ10.4 fil-mija u 8.7 fil-mija, rispettivament, fuq l-2023.
- Fl-2024, il-PDG ras għal ras fir-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna kien ta’ 59.8 fil-mija meta mqabbel mal-livell nazzjonali, filwaqt li dak tar-reġjun ta’ Malta kien ta’ 103.0 fil-mija.
- Meta mqabbla mar-reġjun ta’ Malta, l-ekonomija ta’ Għawdex u Kemmuna tintgħaraf minn proporzjon ogħla ta’ attivitajiet ekonomiċi li jirriżultaw mill-Amministrazzjoni pubblika u d-difiża; is-sigurtà soċjali obbligatorja; l-Edukazzjoni; u l-Attivitajiet tas-saħħa tal-bniedem u ħidma soċjali (Taqsimiet tan-NACE O, P u Q).
Il-Prodott Domestiku Gross Reġjonali: 2024
Il-Prodott Domestiku Gross Reġjonali: 2024
Fl-2024, il-VMG bi prezzijiet bażiċi fir-reġjuni ta’ Malta, u Għawdex u Kemmuna kien stmat €20,479.9 u €919.9-il miljun rispettivament; li jirrifletti żidiet korrispondenti ta’ 10.4 u 8.7 fil-mija fuq l-2023 (Tabella nru 1). Ċart nru 1 turi analiżi tal-kontribuzzjonijiet għall-VMG nazzjonali bl-industrija (A*10/11) u r-reġjun (NUTS 3).
Ċart nru 1. Sehem ir-reġjuni għall-VMG (B.1g) bl-industrija A*10/11 u r-reġjun (NUTS 3)
Nota: Għal tagħrif dwar il-klassifikazzjonijiet tan-NACE Rev. 2, li jidhru fʼdin iċ-ċart, ara nota nru 10 fil-metodoloġija.
Ir-reġjun taʼ Malta
Fl-2024, l-industriji kollha rreġistraw żidiet fil-VMG meta mqabblin mas-sena taʼ qabel. L-oqsma tal-Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi; it-trasport u l-ħażna; l-attivitajiet ta’ akkomodazzjoni u servizzi tal-ikel (Taqsimiet tan-NACE G, H u I) ammontaw għall-akbar sehem tal-VMG bi 18.2 fil-mija. Dawn l-industriji kellhom tkabbir taʼ 11.7 fil-mija tal-VMG meta mqabblin mal-2023. L-industriji tal-Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi; l-Attivitajiet ta’ servizz amministrattiv u ta’ sostenn (Taqsimiet tan-NACE M u N) ikkontribwew għat-tieni l-akbar sehem tal-VMG bi 17.4 fil-mija (Tabella nru 1, Ċart nru 2).
Ċart nru 2. Is-sehem perċentwali tal-industriji għall-VMG bl-industrija A*10/11 u r-reġjun (NUTS 3)
Nota: Għal tagħrif dwar il-klassifikazzjonijiet tan-NACE Rev. 2, li jidhru fʼdin iċ-ċart, ara nota nru 10 fil-metodoloġija.
Ir-reġjun taʼ Għawdex u Kemmuna
Fl-2024, l-industriji kollha rreġistraw żidiet fil-VMG meta mqabblin mas-sena taʼ qabel. L-oqsma tal-Amministrazzjoni pubblika u d-difiża; is-sigurtà soċjali obbligatorja; l-Edukazzjoni; l-Attivitajiet tas-saħħa tal-bniedem u l-ħidma soċjali (Taqsimiet tan-NACE O, P u Q) kienu jirrappreżentaw l-akbar sehem tal-VMG b’20.7 fil-mija u rreġistraw żieda ta’ 14.0 fil-mija fuq l-2023. L-industriji li jinkludu l-Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi; it-Trasport u l-ħażna; l-Attivitajiet ta’ akkomodazzjoni u ta’ servizz tal-ikel (Taqsimiet tan-NACE G, H u I) kienu jirrappreżentaw it-tieni l-akbar sehem tal-VMG bi 18.4 fil-mija u rreġistraw tkabbir ta’ 11.5 fil-mija fuq l-2023 (Tabella nru 1, Ċart nru 2).
Il-Prodott Domestiku Gross Reġjonali
Fl-2024, il-PDG bil-prezzijiet tas-suq fir-reġjuni ta’ Malta, u Għawdex u Kemmuna kien stmat taʼ €22,104.4 miljuni u €992.9 miljun rispettivament, li jikkorrispondu għal 95.6 u 4.3 fil-mija tal-PDG nazzjonali bil-prezzijiet tas-suq. Matul l-2024, il-PDG ras għal ras bil-prezzijiet tas-suq żdied fiż-żewġ reġjuni. Il-PDG ras għal ras bil-prezzijiet tas-suq għar-reġjun ta’ Malta bħala persentaġġ taʼ dak nazzjonali kien ta’ 103.0 fil-mija filwaqt li dak tar-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna kien ta’ 59.8 fil-mija. Il-PDG reġjonali ras għal ras ma jirriflettix id-dħul disponibbli għall-households privati ta’ kull reġjun rispettiv, iżda huwa strettament relatat mal-attivitajiet ekonomiċi prevalenti f’kull wieħed mir-reġjuni (Tabella nru 2, Ċart nru 3).
Ċart nru 3. Il-PDG reġjonali, ras għal ras, bil-prezzijiet tas-suq (NUTS 3)
L-Impjiegi
Fl-2024, l-industriji kollha fir-reġjun ta’ Malta rreġistraw żidiet fl-impjiegi meta mqabblin mas-sena ta’ qabel. L-akbar żidiet perċentwali rriżultaw fl-attivitajiet ekonomiċi relatati mal-Attivitajiet tal-proprjetà immobbli (Taqsima tan-NACE L); u l-Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi; it-Trasport u l-ħażna; l-Attivitajiet ta’ akkomodazzjoni u ta’ servizz tal-ikel (Taqsimiet tan-NACE G, H u I), li rreġistraw tkabbir ta’ 10.0 fil-mija u 5.2 fil-mija rispettivament (Tabella nru 3).
Fir-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna, l-industriji kollha rreġistraw żidiet fl-impjiegi matul l-2024, għajr l-attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi; l-Attivitajiet ta’ servizz amministrattiv u ta’ sostenn (Taqsimiet tan-NACE M u N). L-akbar żieda kienet irreġistrata fl-attività ekonomika relatata mal-Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni (Taqsima tan-NACE K) bʼrata ta’ tkabbir ta’ 18.5 fil-mija (Tabella nru 3).
Methodological Notes
1. All data in this news release is in line with the European System of Accounts (ESA 2010) (ISBN 978-92-79-31242-7) and the manual on Regional Accounts Methods (ISBN 978-92-79-32357-7). The European System of National and Regional Accounts is an internationally compatible accounting framework for a systematic and detailed description of a total economy (whether this is a region, a country, or a group of countries), its components, and its relations with other total economies. Regional accounts are a regional specification of the corresponding accounts of the total economy.
2. The estimates of the national Gross Value Added (GVA) correspond to the news release Gross Domestic Product: Q2/2024 – NR159/2024 for 2000-2019 and Gross Domestic Product: Q3/2025 – NR220/2025 for 2020-2024. Data in this news release, Regional Gross Domestic Product: 2024, should be considered as final up till 2020 and provisional for 2021 to date.
3. GVA estimates in this news release are based on the Production Approach. The estimates of regional GVA at basic prices using the Production Approach is equivalent to the difference between output at basic prices and intermediate consumption at purchasers’ prices of industries physically located in each of the respective regions. Regional GDP is defined as regional GVA plus taxes less subsidies on products. Regional GDP is not a measure of income or financial well-being but strictly relates to the economic activity prevailing in a particular region.
| NUTS 0 | NUTS 1 | NUTS 2 | NUTS 3 | |
| MALTA | MT | MT0 | MT00 | |
| Malta | MT001 | |||
| Gozo and Comino | MT002 | |||
| Extra-Regio | MTZ | MTZZ | MTZZZ |
9. Statistics in this news release for reference years 2020, 2021 and 2022 should be interpreted in the context of the COVID-19 situation.
12. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
