Il-Prodott Domestiku Gross (PDG): K4/2025
Fir-rabaʼ kwart tal-2025, il-Prodott Domestiku Gross (PDG) tal-ekonomija Maltija rreġistra rata taʼ tkabbir pożittiva taʼ 6.4 fil-mija fʼtermini reali, fuq bażi annwali.
Id-deflatur tal-PDG żdied bʼ1.1 fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena taʼ qabel. Dan ifisser tnaqqis taʼ 1.3 punti perċentwali meta mqabbel mar-rata sena għal sena li kienet irrekordjata fit-tielet kwart tal-2025.
| K4 2024 | K1 2025 | K2 2025 | K3 2025 | K4 2025 | ||
| Il-Prodott Domestiku Gross (nominali) | € 000 | 5,854,435 | 5,784,311 | 6,119,933 | 6,376,340 | 6,296,620 |
| Id-Dħul Nazzjonali Gross (nominali) | € 000 | 5,094,969 | 5,159,613 | 5,479,032 | 5,775,456 | 5,673,952 |
| Il-Prodott Domestiku Gross (deflatur) | 2020=100 | 120.7 | 117.9 | 120.9 | 120.9 | 122.0 |
| Il-Prodott Domestiku Gross ras għal ras (nominali) | € | 10,211 | 10,009 | 10,519 | 10,903 | 10,720 |
| Id-Dħul Nazzjonali Gross ras għal ras (nominali) | € | 8,886 | 8,928 | 9,417 | 9,876 | 9,660 |
Il-PDG mill-aspett tal-produzzjoni
Il-PDG jitkejjel billi jingħadd il-Valur Miżjud Gross (VMG) tal-ekonomija mad-differenza bejn it-Taxxi u s-sussidji fuq il-prodotti. Il-VMG huwa d-differenza bejn il-produzzjoni u l-konsum intermedju ta’ kull attività tal-ekonomija.
Matul ir-rabaʼ kwart tal-2025, il-VMG kiber bi 3.9 fil-mija fʼtermini reali meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2024.
L-Attivitajiet tas-Servizzi (Taqsimiet tan-NACE minn G sa U) u l-Agrikoltura u s-sajd (Taqsima tan-NACE A) irreġistraw kontribut pożittiv ta’ 4.3 u 0.1 punti perċentwali, rispettivament, għar-rata tat-tkabbir tal-VMG f’termini reali. L-Industrija (Taqsimiet tan-NACE minn B sa F) kellha kontribut negattiv ta’ 0.5 punti perċentwali.
It-tkabbir fis-Servizzi kien dovut l-aktar għar-rati tat-tkabbir fʼdawn l-oqsma: il-Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi (19.9 fil-mija), l-Informazzjoni u komunikazzjoni (8.8 fil-mija) u t-Trasport u ħażna (10.4 fil-mija).
| K4 2024 | K1 2025 | K2 2025 | K3 2025 | K4 2025 | ||
| Il-Valur Miżjud Gross | pp | 3.4 | 4.4 | 3.1 | 2.8 | 3.8 |
| L-Agrikoltura u s-Sajd1 | pp | -0.3 | -0.1 | -0.1 | -0.3 | 0.1 |
| L-Industrija | pp | 0.6 | 0.1 | 0.4 | 0.2 | -0.5 |
| Is-Servizzi | pp | 3.0 | 4.4 | 2.8 | 2.9 | 4.2 |
| It-Taxxi mingħajr is-sussidji fuq il-prodotti | pp | -0.6 | -1.2 | -0.6 | 1.0 | 2.6 |
1 Il-proċess li jwassal għal figuri f’termini reali fuq livell settorjali, f’każijiet fejn in-numri jkunu negattivi, jista’ juri xejriet erratiċi. Għaldaqstant, f’każijiet bħal dawn tinħadem biss il-kontribuzzjoni għat-tkabbir tal-PDG.
Nota: Il-kontribuzzjonijiet jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.
Il-PDG mill-aspett tan-nefqa
Il-PDG jiġi kkalkulat ukoll billi jingħaddu flimkien in-Nefqa fuq il-konsum finali, il-Formazzjoni ta’ kapital gross, u l-Esportazzjoni netta.
Id-domanda domestika kellha sehem pożittiv taʼ 3.2 punti perċentwali fuq ir-rata tat-tkabbir tal-PDG fʼtermini reali meta mqabbla mal-istess perjodu tas-sena taʼ qabel. Id-domanda esterna kellha sehem pożittiv taʼ 3.2 punti perċentwali.
Fir-raba’ kwart tal-2025, in-Nefqa fuq il-konsum finali kibret b’4.0 fil-mija fʼtermini reali. Dan kien dovut għaż-żieda taʼ 3.1 fil-mija fin-nefqa tal-konsum finali tal-Households u ż-żieda taʼ 6.3 fil-mija fin-nefqa tal-konsum finali tal-Gvern Ġenerali. L-NPISHs1 naqsu bi 3.0 fil-mija.
Il-Formazzjoni taʼ kapital fiss gross żdiedet b’0.7 fil-mija fʼtermini reali.
Fʼtermini reali, l-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-merkanzija u s-servizzi telgħu b’6.1 fil-mija u bi 3.9 fil-mija, rispettivament.
1 Istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu l-households.
| K4 2024 | K1 2025 | K2 2025 | K3 2025 | K4 2025 | ||
| In-Nefqa fuq il-Konsum Finali | pp | 2.9 | 2.9 | 2.3 | 2.2 | 2.6 |
| Il-Privat | pp | 2.2 | 1.7 | 1.3 | 1.6 | 1.3 |
| Il-Gvern | pp | 0.8 | 1.2 | 1.0 | 0.6 | 1.2 |
| Il-Formazzjoni taʼ Kapital Gross | pp | -0.6 | 0.0 | 0.7 | 0.5 | 0.6 |
| Assi Fissi | pp | -0.4 | -0.6 | 0.3 | 0.1 | 0.1 |
| Inventarji u Oġġetti ta’ Valur | pp | -0.2 | 0.6 | 0.4 | 0.4 | 0.5 |
| L-Esportazzjoni tal-Merkanzija u s-Servizzi | pp | 6.9 | 0.9 | 7.9 | 5.3 | 7.4 |
| L-Importazzjoni tal-Merkanzija u s-Servizzi | pp | 6.5 | 0.6 | 8.4 | 4.2 | 4.1 |
Nota: Il-kontribuzzjonijiet jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.
Il-PDG mill-aspett tad-dħul
Il-PDG jiġi kkalkulat ukoll permezz tad-dħul, li huwa magħmul mill-Kumpens tal-impjegati, il-Qligħ gross mill-operat tal-intrapriżi u t-Taxxi netti fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni.
Meta mqabbla mar-rabaʼ kwart tal-2024, iż-żieda taʼ €442.2 miljun fil-PDG fʼtermini nominali kienet magħmula miż-żieda taʼ €100.7 miljun fil-Kumpens tal-impjegati, miż-żieda taʼ €140.0 miljun fil-Qligħ mill-operat tal-intrapriżi u l-Introjtu mħallat gross u miż-żieda taʼ €201.5 miljun fʼTaxxi netti fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni.
| K4 2024 | K1 2025 | K2 2025 | K3 2025 | K4 2025 | ||
| Il-Kumpens tal-impjegati | pp | 7.0 | 4.2 | 4.3 | 3.3 | 1.7 |
| L-Agrikultura u s-Sajd | pp | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 |
| L-Industrija | pp | 0.3 | 0.1 | 0.3 | 0.2 | 0.4 |
| Is-Servizzi | pp | 6.7 | 4.0 | 4.1 | 3.1 | 1.3 |
| Il-Qligħ mill-Operat tal-Intrapriżi u l-Introjtu Mħallat Gross | pp | 0.2 | 1.6 | 1.4 | 1.6 | 2.4 |
| It-Taxxi netti fuq il-Produzzjoni | pp | 1.2 | 0.1 | -0.6 | 1.4 | 3.4 |
Nota: Il-kontribuzzjonijiet jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.
Id-Dħul Nazzjonali Gross (DNG)
Id-Dħul Nazzjonali Gross (DNG) huwa kejl differenti mill-PDG minħabba dħul barrani nett relatat mal-Kumpens tal-impjegati, Introjtu mill-proprjetà u Taxxi netti fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni.
Meta jkunu kkunsidrati l-effetti tal-introjtu u t-taxxa mħallsa u rċevuta mir-residenti lejn u mill-bqija tad-dinja, id-DNG f’termini nominali għar-rabaʼ kwart tal-2025 huwa stmat li ammonta għal €5.7 biljuni.
Tables
Tables
Methodological Notes
1. The chain-linked volume indices have been re-referenced to 2020=100 (Tables 6 and 8).
2. Data in this news release is unadjusted. Seasonally adjusted data is available in the table (namq_10_gdp) accessible here.
7. The ESA 2010 GNI Inventory provides a detailed explanation of sources and methods used for estimating GNI in Malta. It is the basis for the Eurostat assessment of the quality and exhaustiveness of GNI data and their compliance with ESA 2010 in the context of the GNI for own resources purposes. The Inventory is a reference document that is kept up-to-date to reflect the latest methodology in place. The GNI Inventory is available online.
8. More information relating to this news release may be accessed at:
9. The data contained in this release is subject to revision. For an updated time-series which includes past data, please refer to the NSO Statistical Database.
10. A detailed news release calendar is available online.
11. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
12. For further assistance send your request through our online request form.
Il-Prodott Domestiku Gross (PDG): K4/2025
- Fir-raba’ kwart tal-2025, il-Prodott Domestiku Gross (PDG) kiber b’6.4 fil-mija f’termini reali.
- Id-domanda domestika kkontribwiet bʼmod pożittiv għat-tkabbir tal-PDG f’termini reali (3.2 punti perċentwali).
- Il-kummerċ barrani wkoll kellu kontribut pożittiv għat-tkabbir tal-PDG f’termini reali (3.2 punti perċentwali).
- Id-deflatur tal-PDG telaʼ b’1.1 fil-mija meta mqabbel mar-raba’ kwart tal-2024.
