Stqarrijiet tal-aħbarijiet

Il-Prodott Domestiku Gross (PDG): K3/2025

NR 220/2025
Data tal-Ħruġ: 27 taʼ Novembru 2025
Data tal-Għeluq: 21 taʼ Novembru 2025

Stimi proviżorji juru li, fit-tielet kwart tal-2025, il-Prodott Domestiku Gross (PDG) ammonta għal €6.3 biljuni, żieda taʼ €343.4 miljun, jew 5.7 fil-mija, meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2024. Fʼtermini reali, l-PDG tela’ bi 3.0 fil-mija.
Gross Domestic Product (GDP) improvement concept. Businessman draw accelerating line of growing gdp.

Fit-tielet kwart tal-2025, il-Prodott Domestiku Gross (PDG) tal-ekonomija Maltija rreġistra rata taʼ tkabbir pożittiva taʼ 3.0 fil-mija fʼtermini reali, fuq bażi annwali.

Id-deflatur tal-PDG żdied bi 2.6 fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena taʼ qabel. Dan jirrappreżenta żieda taʼ 0.2 punti perċentwali meta mqabbel mar-rata sena għal sena li kienet irrekordjata fit-tieni kwart tal-2025.

Tabella nru 1. Għażla ta’ indikaturi

K3 2024 K4 2024 K1 2025 K2 2025 K3 2025
Il-Prodott Domestiku Gross (nominali) € 000 6,001,985 5,858,287 5,782,643 6,116,733 6,345,376
Id-Dħul Nazzjonali Gross (nominali) € 000 5,335,173 5,098,684 5,157,624 5,490,775 5,742,973
Il-Prodott Domestiku Gross (deflatur) 2020=100 117.5 117.6 117.7 120.6 120.6
Il-Prodott Domestiku Gross ras għal ras (nominali) 10,519 10,217 10,006 10,513 10,851
Id-Dħul Nazzjonali Gross ras għal ras (nominali) 9,350 8,893 8,924 9,437 9,820
Ċart nru 1. Il-Prodott Domestiku Gross

Ir-rati tat-tkabbir fuq bażi annwali

Drag to view in full

Il-PDG mill-aspett tal-produzzjoni

Il-PDG jitkejjel billi jingħadd il-Valur Miżjud Gross (VMG) tal-ekonomija mad-differenza bejn it-Taxxi u s-sussidji fuq il-prodotti. Il-VMG huwa d-differenza bejn il-produzzjoni u l-konsum intermedju ta’ kull attività tal-ekonomija.

Matul it-tielet kwart tal-2025, il-VMG kiber bi 2.3 fil-mija fʼtermini reali meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2024.

L-Industrija (Taqsimiet tan-NACE minn B sa F) u l-Attivitajiet tas-Servizzi (Taqsimiet tan-NACE minn G sa U) irreġistraw kontribut pożittiv ta’ 0.2 u 2.4 punti perċentwali, rispettivament, għar-rata tat-tkabbir tal-VMG f’termini reali. L-Agrikoltura u s-sajd (Taqsima tan-NACE A) kellhom kontribut negattiv ta’ 0.2 punti perċentwali.

It-tkabbir fis-Servizzi kien dovut l-aktar għar-rati tat-tkabbir fʼdawn l-oqsma: l-Attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u tal-ikel (12.4 fil-mija), il-Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi (4.9 fil-mija) u l-Attivitajiet taʼ servizz amministrattiv u taʼ sostenn (4.5 fil-mija).

Tabella nru 2. Il-produzzjoni, is-sehem fit-tkabbir tal-PDG f’termini reali

K3 2024 K4 2024 K1 2025 K2 2025 K3 2025
Il-Valur Miżjud Gross pp 5.0 3.4 4.4 2.9 2.1
   L-Agrikoltura u s-Sajd1 pp 1.1 -0.3 -0.1 -0.1 -0.2
   L-Industrija pp 0.8 0.6 0.1 0.4 0.1
   Is-Servizzi pp 3.2 3.1 4.4 2.7 2.2
It-Taxxi mingħajr is-sussidji fuq il-prodotti pp 0.9 2.0 -0.8 -0.2 0.9

1 Il-proċess li jwassal għal figuri f’termini reali fuq livell settorjali, f’każijiet fejn in-numri jkunu negattivi, jista’ juri xejriet erratiċi.  Għaldaqstant, f’każijiet bħal dawn tinħadem biss il-kontribuzzjoni għat-tkabbir tal-PDG.
Nota: Il-kontribuzzjonijiet jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.

Il-PDG mill-aspett tan-nefqa

Il-PDG jiġi kkalkulat ukoll billi jingħaddu flimkien in-Nefqa fuq il-konsum finali, il-Formazzjoni ta’ kapital gross, u l-Esportazzjoni netta.

Id-domanda domestika kellha sehem pożittiv taʼ 1.6 punti perċentwali fuq ir-rata tat-tkabbir tal-PDG fʼtermini reali meta mqabbla mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Id-domanda esterna kellha sehem pożittiv taʼ 1.5 punti perċentwali.

Fit-tielet kwart tal-2025, in-Nefqa fuq il-konsum finali kibret bi 2.5 fil-mija fʼtermini reali. Dan kien dovut l-aktar għaż-żieda taʼ 3.2 fil-mija fin-nefqa tal-konsum finali tal-Households u ż-żieda taʼ 0.8 fil-mija fin-nefqa tal-konsum finali tal-Gvern Ġenerali. L-NPISHs1 naqsu bʼ0.9 fil-mija.

Il-Formazzjoni taʼ kapital fiss gross naqset b’1.4 fil-mija fʼtermini reali.

Fʼtermini reali, l-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-merkanzija u s-servizzi telgħu bi 3.9 fil-mija u bi 3.1 fil-mija, rispettivament.

1Istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu l-households.

Tabella nru 3. In-nefqa, is-sehem fit-tkabbir tal-PDG fʼtermini reali

K3 2024 K4 2024 K1 2025 K2 2025 K3 2025
In-Nefqa fuq il-Konsum Finali pp 3.3 5.7 3.1 2.6 1.5
   Il-Privat pp 1.6 2.7 1.7 1.3 1.4
   Il-Gvern pp 1.8 3.0 1.4 1.3 0.1
Il-Formazzjoni taʼ Kapital Gross pp 1.3 -0.5 -0.1 0.7 0.1
   Assi Fissi pp 1.5 -0.3 -0.7 0.3 -0.3
   Inventarji u Oġġetti ta’ Valur pp -0.2 -0.2 0.6 0.4 0.4
L-Esportazzjoni tal-Merkanzija u s-Servizzi pp 5.4 6.8 1.0 7.9 4.5
L-Importazzjoni tal-Merkanzija u s-Servizzi pp 4.1 6.5 0.4 8.5 3.1

Nota: Il-kontribuzzjonijiet jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.

Il-PDG mill-aspett tad-dħul

Il-PDG jiġi kkalkulat ukoll permezz tad-dħul, li huwa magħmul mill-Kumpens tal-impjegati, il-Qligħ mill-operat tal-intrapriżi u t-Taxxi netti fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni.

Meta mqabbla mat-tielet kwart tal-2024, iż-żieda taʼ €343.4 miljun fil-PDG fʼtermini nominali kienet magħmula miż-żieda taʼ €166.5 miljun fil-Kumpens tal-impjegati, miż-żieda taʼ €97.7 miljuni fil-Qligħ mill-operat tal-intrapriżi u l-Introjtu mħallat gross u miż-żieda taʼ €79.3 miljun fʼTaxxi netti fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni.

Tabella nru 4. Id-dħul, is-sehem fit-tkabbir tal-PDG fʼtermini nominali

K3 2024 K4 2024 K1 2025 K2 2025 K3 2025
Il-Kumpens tal-impjegati pp 4.9 7.1 4.2 4.3 2.8
   L-Agrikultura u s-Sajd pp 0.0 0.0 0.0 0.0 0.0
   L-Industrija pp 0.3 0.3 0.1 0.2 0.2
   Is-Servizzi pp 4.6 6.8 4.1 4.0 2.6
Il-Qligħ mill-Operat tal-Intrapriżi u l-Introjtu Mħallat Gross pp 3.8 0.1 1.7 1.5 1.6
It-Taxxi netti fuq il-Produzzjoni pp 0.5 1.2 0.2 -0.6 1.3

Nota: Il-kontribuzzjonijiet jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.

Id-Dħul Nazzjonali Gross (DNG)

Il-DNG huwa kejl differenti mill-PDG minħabba dħul barrani nett relatat mal-Kumpens tal-impjegati, Introjtu mill-proprjetà u Taxxi netti fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni.

Meta jkunu kkunsidrati l-effetti tal-introjtu u t-taxxa mħallsa u rċevuta mir-residenti lejn u mill-bqija tad-dinja, id-DNG f’termini nominali għat-tielet kwart tal-2025 huwa stmat li ammonta għal €5.7 biljuni.

Methodological Notes

1. The chain-linked volume indices have been re-referenced to 2020=100 (Tables 6 and 8).

2. Data in this news release is unadjusted. Seasonally adjusted data is available in the table (namq_10_gdp) accessible here.

 
3. Data in this news release are in line with the European System of Accounts (ESA) 2010 manual (ISBN 978-92-79-31242-7). This system of accounts is mandatory for all EU Member States. The accounts are subject to audit by the European Court of Auditors and Eurostat’s GNI Committee to ensure reliability, comparability and exhaustiveness.
 
4. Gross Domestic Product (GDP) is an estimate of the value of goods and services at market prices produced in the economy over a period of time. The GDP is estimated in nominal terms using the production approach, aggregating the output of the various productive sectors net of the cost of intermediate inputs. The expenditure approach is reconciled with the production approach both in nominal and volume terms. GDP in volume terms excludes the effects of price inflation on market prices. The income approach shows how GDP is distributed into compensation of employees, operating surplus of enterprises and taxes on production and imports net of subsidies.
 
5. Data in this news release should be considered as provisional for 2021 to date. The Census of Aquaculture and Tuna Farming 2024 was integrated.
 
6. Data users must be aware that the industrial activities of General government are spread over 21 different NACE categories (at A88 division) and include local councils and extra-budgetary units that are financially dependent on the government. Public administration and defence; compulsory social security (NACE 84) is the largest category in terms of gross value added.
 

7. The ESA 2010 GNI Inventory provides a detailed explanation of sources and methods used for estimating GNI in Malta. It is the basis for the Eurostat assessment of the quality and exhaustiveness of GNI data and their compliance with ESA 2010 in the context of the GNI for own resources purposes. The Inventory is a reference document that is kept up-to-date to reflect the latest methodology in place. The GNI Inventory is available online.

8. More information relating to this news release may be accessed at:

 

9. The data contained in this release is subject to revision. For an updated time-series which includes past data, please refer to the Statistical Indicators for this domain

10.  A detailed news release calendar is available online.

11. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

12. For further assistance send your request through our online request form.

Il-Prodott Domestiku Gross (PDG): K3/2025

NR 220/2025
Data tal-Ħruġ: 27 taʼ Novembru 2025
Data tal-Għeluq: 21 taʼ Novembru 2025

Gross Domestic Product (GDP) improvement concept. Businessman draw accelerating line of growing gdp.
  • Fit-tielet kwart tal-2025, il-Prodott Domestiku Gross (PDG) kiber bi 3.0 fil-mija f’termini reali.
  • Id-domanda domestika kkontribwiet bʼmod pożittiv għat-tkabbir tal-PDG f’termini reali (1.6 punti perċentwali).
  • Il-kummerċ barrani kellu kontribut pożittiv għat-tkabbir tal-PDG f’termini reali (1.5 punti perċentwali).
  • Id-deflatur tal-PDG telaʼ bi 2.6 fil-mija meta mqabbel mat-tielet kwart tal-2024.

Il-Prodott Domestiku Gross (PDG): K3/2025

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content