Il-Vjolenza Domestika: 2024
- Fl-2024, 3,798 persuna rrapportaw jew użaw is-servizzi li hemm għal dawk mġarrbin mill-vjolenza domestika.
- Meta mqabblin mal-2023, il-persuni li għamlu użu minn dawn is-servizzi żdiedu b’5.7 fil-mija fl-2024.
- In-nisa ammontaw għal 76.0 fil-mija tal-persuni li għamlu użu mis-servizzi tal-vjolenza domestika.
- Matul l-2024, 535 persuna użaw is-servizzi li hemm għall-aggressuri – 93.6 fil-mija kienu rġiel.
Il-Vjolenza Domestika: 2024
Il-Vjolenza Domestika: 2024
Fl-2024, ftit aktar minn tliet kwarti tal-persuni li kienu qegħdin jagħmlu użu mis-servizzi taʼ għajnuna għall-vjolenza domestika kienu nisa (76.0 fil-mija), filwaqt li 24.0 fil-mija kienu rġiel. Il-biċċa l-kbira tagħhom (57.5 fil-mija) użaw xi servizz minnhom, kien xʼkien, darba biss, 21.4 fil-mija użaw servizz wieħed jew aktar għal darbtejn, u 21.1 fil-mija użaw servizz wieħed jew aktar għal tliet darbiet jew aktar. 44.9 fil-mija tan-nisa użaw servizz minnhom, kien xʼkien, aktar minn darba, meta mqabblin ma’ 35.0 fil-mija tal-irġiel (Tabella nru 1, Ċart nru 1).
Ċart nru 1. L-għadd taʼ persuni li użaw is-servizzi tal-vjolenza domestika, bis-sess
Noti:
1. Iċ-ċifri jirreferu għall-għadd kollu taʼ persuni individwali li kienu qegħdin jużaw is-servizzi matul iż-żmien taʼ riferenza (ara Tabella nru 1, u noti nri 3 u 5 fil-metodoloġija).
2. Is-Servizzi inklużi: Dar Emmaus, Dar Merħba Bik, Dar Santa Bakhita, it-Taqsima tal-Vjolenza Domestika (DVU) (Aġenzija Appoġġ), is-Servizzi tas-Saħħa tal-Emerġenza (A&E), Għabex, Il-Milja, il-Korp tal-Pulizija, Victim Support Agency, u Victim Support Malta.
Tabella nru 2 tagħti tagħrif dwar il-każijiet irreġistrati maʼ entitajiet li jipprovdu s-servizzi varji fʼdan il-qasam. Il-każijiet magħdudin fi ħdan u bejn is-servizzi jistgħu jinvolvu lill-istess persuna għal aktar minn darba. Fl-2024, kienu rreġistrati bʼkollox 6,768 każ mal-entitajiet varji li jagħtu s-servizzi lill-persuni li kienu qegħdin iġarrbu l-vjolenza domestika. Fl-2024, bħas-snin taʼ qabel, is-servizzi ewlenin użati mill-persuni li kienu qegħdin iġarrbu l-vjolenza domestika kienu t-Taqsima tal-Vjolenza Domestika (DVU) fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ (2,987 każ reġistrat) u l-Korp tal-Pulizija, li rċieva 2,379 rapport fis-sena taʼ riferenza (Tabella nru 2).
Id-distrett tan-Nofsinhar tal-Port irreġistra l-akbar użu tas-servizzi offruti mit-Taqsima tal-Vjolenza Domestika, bi 12-il utent tas-servizz mara għal kull 1,000 resident mara u 2.6 utenti tas-servizz irġiel għal kull 1,000 resident raġel. Dan id-distrett irreġistra wkoll l-ogħla rata ta’ rapporti ta’ vjolenza domestika, b’10.2 rapporti minn nisa għal kull 1,000 resident mara u 3.3 rapporti minn irġiel għal kull 1,000 resident raġel. B’kuntrast, id-distrett t’Għawdex u Kemmuna rrapporta l-iżgħar rati kemm ta’ dawk li jużaw is-servizz kif ukoll ta’ rapporti ta’ vjolenza domestika għal kull 1,000 resident (Mapep nri 1 u 2).
Mappa nru 1. L-għadd ta’ każijiet individwali rreġistrati mat-Taqsima tal-Vjolenza Domestika tal-Aġenzija Appoġġ, bid-distrett tar-residenza ta’ dawk li użaw is-servizz (rata għal kull 1,000 persuna residenti)
Mappa nru 2. L-għadd ta’ każijiet individwali rreġistrati mal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, bid-distrett tal-inċident (rata għal kull 1,000 persuna residenti)
Noti:
1. Każijiet individwali huma rreġistrati mill-fornitur tas-servizz kull darba li persuna taċċessa s-servizz matul fis-sena ta’ riferenza. Għalhekk, iċ-ċifri jinkludu persuni li jagħmlu użu mis-servizzi aktar minn darba.
2. Id-data rreġistrata mit-Taqsima tal-Vjolenza Domestika tal-Aġenzija Appoġġ tinkludi d-distrett ta’ residenza tal-utent tas-servizz.
3. Id-data rreġistrata mid-Dipartiment tal-Pulizija tinkludi d-distrett tal-inċident irrappurtat.
4. Ir-rati huma msejsin fuq stimi tal-popolazzjoni ta’ nofs is-sena li jistgħu jkunu riveduti.
Ċart nru 2. It-taqsim tal-każijiet individwali rreġistrati mal-Korp tal-Pulizija u l-entitajiet li jipprovdu s-servizzi, bis-servizz u l-grupp tal-età tal-persuni li esperjenzaw vjolenza domestika
1 Ix-xelters jinkludu Dar Emmaus, Dar Merħba Bik, Dar Santa Bakhita, Għabex u Il-Milja. Ara nota nru 1 fil-metodoloġija.
Nota: Il-każijiet individwali huma rreġistrati mal-entitajiet li jipprovdu s-servizz kull darba li xi ħadd jidħol fis-servizz matul is-sena taʼ riferenza. Għaldaqstant, iċ-ċifri jinkludu persuni li jkunu użaw is-servizzi aktar minn darba.
Tabella nru 3 taqsam il-każijiet irreġistrati maʼ entitajiet li jipprovdu s-servizzi tal-vjolenza domestika bil-gruppi tal-età taʼ dawk li jkunu użaw is-servizz. Fl-2024, 29.3 fil-mija tal-każijiet kollha rreġistrati mas-servizzi varji kienu jinvolvu persuni li kellhom bejn it-30 u d-39 sena, filwaqt li 24.7 fil-mija tal-każijiet kienu jinvolvu persuni taʼ 50 sena u aktar (Tabella nru 3, Ċart nru 2).
Il-biċċa l-kbira, jew 83.4 fil-mija, kienu jinvolvu persuni taʼ nazzjonalità Maltija (Tabella nru 4). Is-servizzi bl-akbar għadd taʼ utenti barranin kienu x-xelters tal-vjolenza domestika bʼ36.7 fil-mija, u s-servizzi tas-saħħa tal-emerġenza bi 30.3 fil-mija (Ċart nru 3).
Ċart nru 3. It-taqsim tal-każijiet individwali rreġistrati mal-Korp tal-Pulizija u l-entitajiet li jipprovdu s-servizzi, biċ-ċittadinanza taʼ dawk li kienu qegħdin jużaw is-servizz
1 Ix-xelters jinkludu Dar Emmaus, Dar Merħba Bik, Dar Santa Bakhita, Għabex u Il-Milja. Ara nota nru 1 fil-metodoloġija.
Nota: Il-każijiet individwali huma rreġistrati mal-entitajiet li jipprovdu s-servizz kull darba li xi ħadd jidħol fis-servizz matul is-sena taʼ riferenza. Għaldaqstant, iċ-ċifri jinkludu persuni li jkunu użaw is-servizzi aktar minn darba.
Tabella nru 5 turi t-tipi ta’ vjolenza rrapportati f’każijiet irreġistrati mas-servizzi ta’ vjolenza domestika, bl-utenti jkunu jistgħu jirrapportaw aktar minn tip wieħed ta’ vjolenza, ħlief għal rapporti rreġistrati mal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta. Kważi tliet kwarti tal-każijiet (73.8 fil-mija) irrappurtati mill-fornituri differenti tas-servizzi kienu jinvolvu vjolenza psikoloġika, filwaqt li 42.2 fil-mija kienu jinvolvu vjolenza fiżika. 13.8 fil-mija tal-każijiet kollha rrapportati kienu jinvolvu vjolenza sesswali, ekonomika, u/jew forma oħra ta’ vjolenza (Tabella nru 5).
Din l-istqarrija tal-aħbarijiet tittratta ukoll is-servizzi mmirati lejn l-aggressuri tal-vjolenza domestika. Iċ-ċifri tal-2024 jinkludu l-programm ‘Stop!’ u s-servizz ‘Child to Parent Violence’, li t-tnejn huma mogħtijin mill-Aġenzija Appoġġ, id-Dipartiment tal-Probation u l-Parole, u l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi. Il-biċċa l-kbira ta’ dawk li użaw dawn is-servizzi kienu rġiel, bi ‘Stop!’, id-Dipartiment tal-Probation u l-Parole, u l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi jirreġistraw aktar minn 94 fil-mija tal-utenti tas-servizz tagħhom bħala aggressuri rġiel. Is-servizz taċ-‘Child to Parent Violence’ ra l-akbar numru ta’ utenti nisa tas-servizz bi ftit anqas minn waħda minn kull ħamsa (17.4 fil-mija). Ħarsa lejn l-għadd waħdani ta’ persuni li għamlu użu mis-servizzi mmirati lejn l-aggressuri, kienu x’kienu, turi li 535 individwu użaw servizz wieħed jew aktar matul l-2024 (Tabella nru 6, Ċart nru 4).
Ċart nru 4. It-taqsim tal-persuni li kienu qegħdin jużaw is-servizzi għall-aggressuri, bis-sess
Nota: Iċ-ċifri totali jirrappreżentaw l-għadd ta’ persuni individwali rreġistrati fis-servizz rispettiv, u għalhekk, il-persuni li jaċċessaw servizzi differenti jintgħaddu aktar minn darba.
Tables
Tables
Methodological Notes
• Police reports (Map 2): Number of cases registered by location where incident occurred per 1,000 mid-year resident population.
