Il-Vjolenza Domestika: 2025

PDF Aqsam
Man Being Physically Abusive Towards Family, Sexual abuse , Stop violence, Women

Il-Punti ewlenin

  • Fl-2025, 3,843 persuna rrapportaw li għaddew minn vjolenza domestika jew użaw servizzi li hemm fʼdan il-qasam.
  • Mill-persuni li għamlu użu minn servizzi għal dawk għaddejjin minn vjolenza domestika, 74.0 fil-mija kienu nisa.
  • Matul l-2025, 622 persuna użaw servizzi li hemm għall-aggressuri, li 93.1 fil-mija minnhom kienu rġiel.

Il-Kummentarju

Fl-2025, 3,843 persuna rrappurtaw li ġarrbu vjolenza domestika jew li għamlu użu mis-servizzi li hemm fʼdan il-qasam. Minnhom, 74.0 fil-mija kienu nisa.

Fl-2025, ftit inqas minn tliet kwarti tal-persuni li kienu qegħdin jagħmlu użu mis-servizzi taʼ għajnuna għall-vjolenza domestika kienu nisa (74.0 fil-mija), filwaqt li 26.0 fil-mija kienu rġiel. Il-biċċa l-kbira tagħhom (55.4 fil-mija) użaw xi servizz minnhom, kien xʼkien, darba biss, 23.8 fil-mija użaw servizz wieħed jew aktar għal darbtejn, u 20.8 fil-mija użaw servizz wieħed jew aktar għal tliet darbiet jew aktar. 45.9 fil-mija tan-nisa użaw servizz minnhom, kien xʼkien, aktar minn darba, meta mqabblin ma’ 40.9 fil-mija tal-irġiel (Tabella nru 1, Ċart nru 1).

Domestic violence services by sex

Noti:

  1. Iċ-ċifri jirreferu għall-għadd kollu taʼ persuni individwali li kienu qegħdin jużaw is-servizzi matul iż-żmien taʼ riferenza (ara Tabella nru 1, u noti nri 3 u 6 fil-metodoloġija).
  2. Is-Servizzi inklużi: Dar Emmaus, Dar Merħba Bik, Dar Santa Bakhita, it-Taqsima tal-Vjolenza Domestika (DVU) (Aġenzija Appoġġ), is-Servizzi tas-Saħħa tal-Emerġenza (A&E), Għabex, Il-Milja, il-Korp tal-Pulizija, id-Dipartiment tal-Kura Primarja, Victim Support Agency, u Victim Support Malta.

Tabella nru 2 tagħti tagħrif dwar il-każijiet irreġistrati maʼ entitajiet li jipprovdu s-servizzi varji fʼdan il-qasam. Il-każijiet magħdudin fi ħdan u bejn is-servizzi jistgħu jinvolvu lill-istess persuna għal aktar minn darba. Fl-2025, kienu rreġistrati bʼkollox 6,946 każ mal-entitajiet varji li jagħtu s-servizzi lill-persuni li kienu qegħdin iġarrbu l-vjolenza domestika. Fl-2025, bħas-snin taʼ qabel, is-servizzi ewlenin użati mill-persuni li kienu qegħdin iġarrbu l-vjolenza domestika kienu t-Taqsima tal-Vjolenza Domestika (DVU) fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ (2,913-il każ reġistrat) u l-Korp tal-Pulizija, li rċieva 2,357 rapport fis-sena taʼ riferenza (Tabella nru 2).

Id-distrett tan-Nofsinhar tal-Port irreġistra l-akbar użu tas-servizzi offruti mit-Taqsima tal-Vjolenza Domestika, bi 11.7-il utent tas-servizz mara għal kull 1,000 resident mara u bi 2.8 utenti tas-servizz irġiel għal kull 1,000 resident raġel. Dan id-distrett irreġistra wkoll l-ogħla rata ta’ rapporti ta’ vjolenza domestika mal-Korp tal-Pulizija, b’9.4 rapporti minn nisa għal kull 1,000 resident mara u bi 3.3 rapporti minn irġiel għal kull 1,000 resident raġel. B’kuntrast, id-distrett t’Għawdex u Kemmuna rrapporta l-iżgħar rati ta’ dawk li jużaw is-servizz tal-Aġenzija Appoġġ għal kull 1,000 resident. Kemm id-distrett t’Għawdex u Kemmuna kif ukoll id-distrett tat-Tramuntana tal-Port kellhom l-aktar rati baxxi ta’ rapporti ta’ vjolenza domestika rreġistrati mal-Korp tal-Pulizija għal kull 1,000 resident (Mappa 1 u Mappa 2).

Mappa nru 1. L-għadd ta’ każijiet individwali rreġistrati mat-Taqsima tal-Vjolenza Domestika tal-Aġenzija Appoġġ, bid-distrett tar-residenza ta’ dawk li użaw is-servizz (rata għal kull 1,000 persuna residenti)

Mappa nru 2. L-għadd ta’ każijiet individwali rreġistrati mal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, bid-distrett tal-inċident (rata għal kull 1,000 persuna residenti)

Noti:

 

  1. Każijiet individwali huma rreġistrati mill-fornitur tas-servizz kull darba li persuna taċċessa s-servizz matul fis-sena ta’ riferenza. Għalhekk, iċ-ċifri jinkludu persuni li jagħmlu użu mis-servizzi aktar minn darba.
  2. Id-data rreġistrata mit-Taqsima tal-Vjolenza Domestika tal-Aġenzija Appoġġ tinkludi d-distrett ta’ residenza tal-utent tas-servizz.
  3. Id-data rreġistrata mid-Dipartiment tal-Pulizija tinkludi d-distrett tal-inċident irrappurtat.
  4. Ir-rati huma msejsin fuq stimi tal-popolazzjoni ta’ nofs is-sena li jistgħu jkunu riveduti.
Chart 2

¹Is-servizzi tas-saħħa jinkludu ċ-ċentri tas-saħħa u l-bereġ tad-Dipartiment tal-Kura Primarja, u d-dipartimenti tal-emerġenza tal-Isptar Mater Dei u tal-Isptar Ġenerali taʼ Għawdex.
2 Ix-xelters jinkludu Dar Emmaus, Dar Merħba Bik, Dar Santa Bakhita, Għabex, u Il-Milja. Ara nota nru 1 tal-metodoloġija.
Nota: Każijiet individwali jiġu rreġistrati mill-fornitur tas-servizz kull darba li persuna taċċessa s-servizz matul is-sena ta’ riferenza. Għalhekk iċ-ċifri jinkludu persuni li jagħmlu użu mis-servizzi aktar minn darba.

Tabella nru 3 taqsam il-każijiet irreġistrati maʼ entitajiet li jipprovdu s-servizzi tal-vjolenza domestika bil-gruppi tal-età taʼ dawk li jkunu użaw is-servizz. Fl-2025, 28.5 fil-mija tal-każijiet kollha rreġistrati mas-servizzi varji kienu jinvolvu persuni li kellhom bejn it-30 u d-39 sena, filwaqt li 24.1 fil-mija tal-każijiet kienu jinvolvu persuni taʼ 50 sena u aktar (Tabella nru 3, Ċart nru 2).

Il-biċċa l-kbira jew 82.0 fil-mija, kienu jinvolvu persuni taʼ nazzjonalità Maltija (Tabella nru 4). Is-servizzi bl-akbar għadd taʼ utenti barranin kienu x-xelters tal-vjolenza domestika bi 42.1 fil-mija, u Victim Support Malta bʼ24.2 fil-mija (Ċart nru 3).

Highcharts Tooltip — Chart 3 (No Total)

1 Is-servizzi tas-saħħa jinkludu ċ-ċentri tas-saħħa u l-bereġ tad-Dipartiment tal-Kura Primarja, u d-dipartimenti tal-emerġenza tal-Isptar Mater Dei u tal-Isptar Ġenerali taʼ Għawdex.
2 Ix-xelters jinkludu Dar Emmaus, Dar Merħba Bik, Dar Santa Bakhita, Għabex u Il-Milja. Ara nota nru 1 fil-metodoloġija.
Nota: Il-każijiet individwali huma rreġistrati mal-entitajiet li jipprovdu s-servizz kull darba li xi ħadd jidħol fis-servizz matul is-sena taʼ riferenza. Għaldaqstant, iċ-ċifri jinkludu persuni li jkunu użaw is-servizzi aktar minn darba.

Tabella nru 5 turi t-tipi ta’ vjolenza rrapportati f’każijiet irreġistrati mas-servizzi ta’ vjolenza domestika, bl-utenti jkunu jistgħu jirrapportaw aktar minn tip wieħed ta’ vjolenza, ħlief għal rapporti rreġistrati mal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta. Kważi tliet kwarti tal-każijiet (72.8 fil-mija) irrappurtati mill-fornituri differenti tas-servizzi kienu jinvolvu vjolenza psikoloġika, filwaqt li 45.7 fil-mija kienu jinvolvu vjolenza fiżika. 10.6 fil-mija tal-każijiet kollha rrapportati kienu jinvolvu vjolenza sesswali, ekonomika, u/jew forma oħra ta’ vjolenza (Tabella nru 5).

Din l-istqarrija tal-aħbarijiet tittratta wkoll is-servizzi mmirati lejn l-aggressuri tal-vjolenza domestika. Iċ-ċifri tal-2025 jinkludu l-programm ‘Stop!’ u s-servizz ‘Child to Parent Violence’, li t-tnejn li huma mogħtijin mill-Aġenzija Appoġġ, id-Dipartiment tal-Probation u l-Parole, u l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi. Il-biċċa l-kbira ta’ dawk li użaw dawn is-servizzi kienu rġiel, bi ‘Stop!’, id-Dipartiment tal-Probation u l-Parole, u l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi jirreġistraw aktar minn 93 fil-mija tal-utenti tas-servizz tagħhom bħala rġiel. Is-servizz taċ-‘Child to Parent Violence’ ra l-akbar numru ta’ utenti nisa tas-servizz bi ftit anqas minn kwart (21.9 fil-mija). Ħarsa lejn l-għadd waħdani ta’ persuni li għamlu użu mis-servizzi mmirati lejn l-aggressuri, kienu x’kienu, turi li 622 individwu użaw servizz wieħed jew aktar matul l-2025 (Tabella nru 6, Ċart nru 4).

Chart 4 — Gender by Service Provider (100% Stacked)

Nota: Iċ-ċifri totali jirrappreżentaw l-għadd ta’ persuni individwali rreġistrati fis-servizz rispettiv, u għalhekk, il-persuni li jaċċessaw servizzi differenti jintgħaddu aktar minn darba.

Tables

Methodological Notes

1. The sources of data referenced in this news release are:
• Aġenzija Appoġġ: The national agency for children and families which promotes their well-being through psycho-social welfare services. Information about both parents and children who make use of the service is recorded. Furthermore, cases of minors receiving child protection interventions by the Child Protection Services offering protection to vulnerable children and adolescents under the age of eighteen years may be recorded as a Child Protection case and not included in this data.
 
• Child to Parent Violence Service: A service offered by Aġenzija Appoġġ, this programme is aimed at children who are abusive towards their parents or primary caregivers. The service aims to bring all members of the family towards the available support services, and provide support through social workers or other professionals to address the safety and protection of each family member. Data are included from 2022 onwards.
 
• Correctional Services Agency (CSA): The CSA works within the criminal justice system implementing the Courts’ decisions as regulated by the Prisons Act (Cap. 260 of the Laws of Malta). The CSA is responsible for the Corradino Correctional Facility, the Forensic Unit at Mount Carmel Hospital, and the Centre of Residential Restorative Service. Alongside implementing the Courts’ decisions, the CSA aims to provide programmes to help inmates address offending behaviour, and to prepare inmates for re-integration into the community as responsible citizens. Data provided in this news release refers to persons under the care of the CSA during the reference year.
 
• Dar Santa Bakhita: A second stage shelter providing accommodation and assistance to women and children who have experienced domestic or gender-based violence. Data on children accompanying their guardians and using this service are included from 2023.
 
• Dar Merħba Bik: An emergency shelter providing immediate short-term accommodation and support for women and children who have experienced domestic violence. Data on children accompanying their guardians and using this service are included from 2023.
 
• Dar Emmaus: A residential shelter for victims of domestic violence in Gozo. The shelter also caters to families and homeless persons who are in need of support. It aims to provide individualised support services, helping users deal with any applicable social issues. Data are included from 2022 onwards.
 
• Department of Probation and Parole (DPP): The DPP offers a service within the criminal justice system and works in collaboration with the Judiciary, law enforcement, various agencies and Government departments, amongst others. The DPP aims at enhancing community safety by reducing recidivism through the implementation of restorative justice measures and the use of community-based sanctions such as probation and parole.
 
• Emergency Health Services (A&E): Data on patient injuries is collected and provided by emergency departments across Malta and Gozo. This includes information from Mater Dei Hospital and Gozo General Hospital and exclude private hospitals/clinics and private healthcare practitioners.
 
• Għabex: An emergency shelter providing immediate short-term accommodation and support for women and children experiencing violence within the family, in intimate relationships or from human trafficking. Both adults and children who attend the shelter are recorded as separate service users.
 
• Il-Milja: Formally known as Dar Qalb ta’ Ġesu. Il-Milja is a second stage shelter which provides long-term accommodation and support for women and children in order to prepare them for independent living after experiencing domestic violence. Data on children accompanying their guardians and using this service is not available and only data on adults is provided. Data are included from 2017 onwards.
 
• Malta Police Force: The Malta Police Force statistics section collects and provides data on all reports of domestic violence that have been made with them and registered in the National Police System (NPS). Individuals, including children, involved in a domestic violence report are recorded as separate victims. Data is recorded by the Malta Police Force based on reports registered within the NPS which captures the Police Incident Reporting System (PIRS). This system collects information on all police reports filed at police districts and stations throughout Malta and Gozo. The system records cases based on the main crime category of the report, i.e. the crime that is associated with the gravest penalty as established by relative legislation.
 
• Primary HealthCare: Primary HealthCare provides public primary health care services in the community, primarily through 10 Health Centres and 54 Community Clinics, with all services being free of charge. Data on patient injuries are collected centrally in an anonymised form and exclude private clinics and private healthcare practitioners. Data are included from 2025 onwards.
 
• Stop!: This service, previously known as the Managing Abusive Behaviour Service, is offered by Aġenzija Appoġġ. This is a service set up to assist the abusive partner in intimate relationships to become aware of, understand and change their behaviour.
 
• Victim Support Agency: Established under Legal Notice 418 of 2020, the Victim Support Agency provides necessary support and assistance to victims. This includes providing emotional support and guidance, providing information about the victims’ cases, accompanying victims in Court, and providing information on the release of related offenders from prison. A multidisciplinary and multiagency approach is promoted to ensure continuity of service to the victim. Data are included from 2023 onwards.
 
• Victim Support Malta: A non-governmental organisation which provides support and assistance to victims of crime. Information provided in this regard covers those persons benefiting from services provided by Victim Support Malta for reasons of domestic violence. Currently this service is provided to persons experiencing domestic violence and aged 18 and over. Some of the data was not available from VSM for reference year 2020 as further noted in the respective tables.
 
2. Definitions of the types of violence:
 
• Domestic violence: All acts or omissions, including verbal, physical, sexual, psychological or economical violence causing physical and, or moral harm or suffering, including threats of such acts or omissions, coercion, or arbitrary deprivation of liberty, that occur within a family and, or in an intimate relationship, whether or not the perpetrator resides or has resided in the same residence with the victim, and shall also include children who are witnesses of violence within a family and, or an intimate relationship, as described in Cap. 581 of the Laws of Malta.
 
• Gender-based violence: All acts or omissions that are directed against a person because of their gender, that result in, or are likely to result in, physical, sexual, psychological or economic harm or suffering, including threats of such acts, coercion or arbitrary deprivation of liberty, whether occurring in public or in private life, as described in Cap. 581 of the Laws of Malta.
 
• Physical violence: Any act which causes physical harm as a result of unlawful physical force such as bodily harm or deprivation of liberty, as described in Articles 214-222 and 251 of Cap. 9 of the Laws of Malta.
 
• Psychological violence: Any act which causes psychological harm to an individual such as coercion or harassment, as described in Article 251 of Cap. 9 of the Laws of Malta.
 
• Sexual violence: Any sexual act performed on an individual without their consent such as rape or sexual assault, as described in Articles 198-209 of Cap. 9 of the Laws of Malta.
 
• Economic violence: Any act or behaviour which causes economic harm to an individual such as restricting access to finances, as described in Article 251 of Cap. 9 of the Laws of Malta.
 
• Other acts of violence: Any other act or behaviour, not elsewhere classified and registered with the different service providers in the area. Other forms of violence include stalking, neglect, deprivation of liberty, exploitation and human trafficking.
 
3. Measuring unit:
 
• Persons (Tables 1 and 6): Unique persons who made use of any services in the area during the reference period. Following a harmonisation exercise (refer to methodological note 5) all the cases registered with the Malta Police Force and different service providers are analysed and, in the case of persons making use of services more than once, such persons are counted only once. Figures across reference periods may include persons who have been included as victims or perpetrators during previous years.
 
• Cases (Tables 2 – 5): All individual cases registered at the respective service within the reference period. Persons who make use of the services may be counted more than once within or across services.
 
• Rate:
• Domestic Violence Unit (Map 1): Number of cases registered by victim’s location of residence per 1,000 mid-year resident population.
• Police reports (Map 2): Number of cases registered by location where incident occurred per 1,000 mid-year resident population.
 
4. Sex is a core demographic variable, serving as a key indicator to highlight gender disparities. As stated in the guidelines on standardised key social variables in official statistics, “sex” refers to the biological and physiological characteristics defining a person as male or female. Where such information is unavailable, it may be supplemented by the relevant administrative records or by the variable “self-declared sex” collected from social surveys. Administrative data related to civil processes typically reflects the registered sex with National Authorities, in accordance with the Gender Identity, Gender Expression, and Sex Characteristics Act (Cap. 540). This includes any updates to the registered sex. In the context of this news release, “sex” refers to the declared information provided by the respective service provider registering the service user. Regarding data provided by the Malta Police Force, “sex” refers to the information registered within the national administrative register.
 
5. Coverage: Data within this news release is produced in calendar years, i.e. from the 1 January to the 31 December.
 
6. Harmonisation: To compute the total number of persons experiencing domestic violence, the data provided from the different stakeholders is analysed and harmonised to identify unique persons who have been found to make use of one or more services in the area of domestic violence during the year under review.
 
7. Confidentiality: As with all the data collected and processed by the NSO, data is governed by the provisions of the Malta Statistics Authority Act (XXIV of 2000). This Act emphasises both the NSO’s right to collect and process private and personal information for statistical purposes, while binding the NSO to refrain from providing any identifiable information to third parties.
 
8.  Comparability over time: Comparisons over time should be interpreted with caution because the coverage of the data has changed:
Data from 2023 onwards include the Victim Support Agency (VSA) as a new service, and improved coverage of accompanying minors using shelter services.
• Data from 2023 onwards include the Victim Support Agency (VSA) as a new service, and improved coverage of accompanying minors using shelter services.
• Data from 2025 onwards also include Primary HealthCare as a new data source, covering public health centres and community clinics in addition to the emergency departments at Meter Dei Hospital and Gozo General Hospital.
• These changes improve the data coverage but create breaks in series in 2023 and 2025. Consequently, changes between affected years may reflect both actual changes in service use and changes in data coverage and should not be interprted as stricly like-for-like comparisons.
 
9. More information relating to this news release may be accessed at:
 
10. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
 
11. A detailed news release calendar is available online.
 
12. For further assistance send your request through our online request form.
Skip to content