Stqarrijiet tal-aħbarijiet

In-Nefqa tal-Gvern Ġenerali bil-Funzjoni Tagħha: 2024

NR 236/2025
Data tal-Ħruġ: 18 taʼ Diċembru 2025

Fl-2024, il-Ħarsien soċjali kien fiċ-ċentru tan-nefqa tal-gvern u kien jgħodd mas-26.1 fil-mija tan-nefqa sħiħa tal-Gvern Ġenerali. Huwa kien segwit min-nefqiet fuq l-Affarijiet ekonomiċi u s-Saħħa.

Din l-istqarrija tal-aħbarijiet tagħti tagħrif dwar il-klassifikazzjoni tal-funzjonijiet tal-Gvern (COFOG), li hija l-metodoloġija użata biex tkun analizzata l-istruttura tan-nefqa tal-gvern.

Fl-2024, in-nefqa sħiħa tal-Gvern Ġenerali żdiedet b’€1,154.3 miljun fuq l-2023 biex laħqet it-€8,640.6 miljun. Il-Ħarsien soċjali kienet in-neqfa ewliena u laħqet l-€2,258.5 miljun, żieda ta’ €259.9 miljun fuq l-2023, biż-żieda ewlenija rrappurtata fil-benefiċċji soċjali (€185.2 miljun).

B’kollox, intefqu €1,753.2 miljun fuq l-Affarijiet ekonomiċi, żieda ta’ €267.8 miljun fuq l-2023. Dan inkluda l-€156.0 miljun mogħtija lil-linja nazzjonali tal-ajru bħala sehem il-Gvern, li minflok kienu kklasifikati bħala trasferimenti kapitali. Intefqu wkoll €235.3 miljun f’sussidji u €115.0-il miljun oħra fuq l-infrastruttura tal-enerġija. L-infiq sħiħ fuq is-Saħħa kien ta’ €1,155.2 miljun. Dan kien segwit mill-infiq fuq is-Servizzi pubbliċi ġenerali u l-Edukazzjoni, li ammontaw għal €1,146.3 miljun u €1,092.1 miljun, rispettivament.

Iż-żieda fin-nefqa fuq is-Servizzi pubbliċi ġenerali kienet ġejja l-aktar minn nefqiet ogħla fuq il-konsum intermedju (€50.9 miljun), id-dħul mill-Proprjetà (€50.9 miljun) u trasferimenti kurrenti oħra (€50.5 miljun). In-nefqa fuq l-Edukazzjoni kibret b’€229.0 miljun, it-tielet l-akbar żieda, u kienet ġejja l-aktar miż-żieda fil-Kumpens tal-impjegati (€126.6 miljun), li rriżultat mill-ftehim kollettiv ġdid f’dan il-qasam (Tabelli nri 1 u 4).

Fl-2024, l-akbar biċċa min-nefqa tal-Gvern Ġenerali marret fuq il-Ħarsien soċjali bʼsehem taʼ 26.1 fil-mija tan-nefqa sħiħa, tnaqqis taʼ 0.6 taʼ punt perċentwali fuq l-2023. Wara dan kien hemm l-Affarijiet ekonomiċi (20.3 fil-mija), is-Saħħa (13.4 fil-mija), is-Servizzi pubbliċi ġenerali (13.3 fil-mija), u l-Edukazzjoni (12.6 fil-mija). Id-Difiża u l-Akkomodazzjoni u l-kumditajiet tal-komunità kellhom l-inqas sehem min-nefqa kollha, b’1.4 u 1.7 fil-mija, rispettivament (Tabella nru 2).

Bħal fis-snin ta’ qabel, analiżi tan-nefqa tal-Gvern Ġenerali skont il-funzjoni għall-2024 turi li biċċa kbira tan-nefqa tal-gvern kienet magħmula fuq il-Kumpens tal-impjegati (25.8 fil-mija), il-Benefiċċji soċjali fi flus jew għamliet oħrajn (21.2 fil-mija), il-Konsum intermedju (19.8 fil-mija) u l-Formazzjoni tal-kapital gross (8.5 fil-mija) (Tabella nru 4).

Tabella nru 5 taqsam fid-dettall in-nefqa tal-Gvern Ġenerali billi teżamina l-funzjoni tat-tieni livell tal-klassifikazzjoni COFOG. L-akbar sehem tan-nefqa tal-gvern intefaq fuq ix-Xjuħija (€1,366.4 miljun), li tirrappreżenta 15.8 fil-mija tan-nefqa kollha tal-Gvern Ġenerali. Dan kien segwit min-nefqa fuq is-Servizzi tal-isptar, li laħqet €646.4 miljun, jew 56.0 fil-mija, tan-nefqa kollha fuq is-Saħħa. Barra minn hekk, parti konsiderevoli mill-infiq tal-Gvern Ġenerali mar fuq it-Trasport (€636.6 miljun), li kien segwit min-nefqa ta’ €617.0-il miljun u €430.0 miljun fuq Organi eżekuttivi u leġiżlattivi, Affarijiet finanzjarji, fiskali u esterni, u Fjuwil u enerġija, rispettivament.

Ċart nru 1. In-nefqa tal-Gvern Ġenerali bil-funzjoni tagħha: 2020-2024

fʼeluf tal-ewro

Highcharts Column Chart
Drag to view in full

Ċart nru 2: In-nefqa tal-Gvern Ġenerali bil-funzjoni tagħha bħala % tan-nefqa kollha

Industrial Production Chart

Methodological Notes

1. All data in this news release are in line with the European System of Accounts (ESA) 2010 Manual (ISBN 978-92-79-31242-7) and the COFOG classifications as published in the Government Finance Statistics Manual 2014 (ISBN 978-1-49834-376-3). These methodologies are mandatory for all EU Member States.
 
2. Member States are requested to transmit the data in this news release twelve months after the end of the reference period.
 
3. Data in this news release provides information about expenditure of the General Government sector divided into the main COFOG (Classification of the Functions of Government) categories and ESA 2010 categories.
 
4. The Classification of the Functions of Government (COFOG) classifies government expenditure into ten main categories (divisions known as the ‘COFOG 1st level’ breakdown): general public services; defence; public order and safety; economic affairs; environmental protection; housing and community affairs; health; recreation, culture and religion; education; social protection. These divisions are further broken down into ‘groups’ (COFOG 2nd level).
 
5. Figures may not add up due to rounding.
 
6. All data in this release should be considered as provisional and therefore subject to revision.
 
7. More information relating to this news release may be accessed at:
 

Sources and Methods 
Metadata 
Statistical Database 

8. A detailed news release calendar is available online.

9. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

10. For further assistance send your request through our online request form.

  
 
 

In-Nefqa tal-Gvern Ġenerali bil-Funzjoni Tagħha: 2024

NR 236/2025
Data tal-Ħruġ: 18 taʼ Diċembru 2025

  • Fl-2024, il-ħarsien soċjali baqaʼ fiċ-ċentru tan-nefqa tal-gvern u rrappreżenta 26.1 fil-mija tan-nefqa sħiħa tal-Gvern Ġenerali. Warajh, kien hemm in-nefqiet fuq l-Affarijiet ekonomiċi u s-Saħħa.
  • Fl-2024, in-nefqa sħiħa tal-Gvern Ġenerali żdiedet b’€1,154.3 miljun fuq l-2023 biex laħqet it-€8,640.6 miljun. Meta mifhuma bhala persentaġġ tal-PDG, in-nefqa fl-2024 kienet taʼ 37.4 fil-mija; żieda mill-35.8 fil-mija tal-2023.
  • Il-tliet taqsimiet ewlenin tan-nefqa fl-2024 kienu l-kumpens lill-impjegati (25.8 fil-mija), il-benefiċċji soċjali fi flus jew għamliet oħrajn (21.2 fil-mija) u l-konsum intermedju (19.8 fil-mija).
  • Fl-2024, l-akbar sehem min-nefqa tal-gvern marret għax-Xjuħija (€1,366.4 miljun), is-Servizzi tal-isptar (€646.4 miljun) u t-Trasport (€636.6 miljun).

In-Nefqa tal-Gvern Ġenerali bil-Funzjoni Tagħha: 2024

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content