News Releases

It-Tabelli tal-Provvista u l-Użu: 2019

NR 233/2024
Data tal-Ħruġ: 06 December 2024

It-Tabelli tal-Provvista u l-Użu (SUT) juru l-valuri tat-tranżazzjonijiet tal-prodotti għall-ekonomija nazzjonali mqassma skont it-tip ta’ prodott u industrija. It-tabelli juru l-istruttura tal-ispejjeż tal-produzzjoni, u d-dħul iġġenerat fil-proċess tal-produzzjoni; il-flussi ta’ oġġetti u servizzi magħmula fl-ekonomija nazzjonali; u l-flussi ta’ oġġetti u servizzi bejn l-ekonomija domestika u l-bqija tad-dinja.
Smart,Logistics,And,Transportation.,Concept,,Businessman,Use,Tablet,And,Analyzing

It-Tabelli tal-Provvista u l-Użu (SUT) jagħtu stampa dettaljata tal-provvista ta’ oġġetti u servizzi mill-produzzjoni domestika u l-importazzjoni kif ukoll mill-użu ta’ oġġetti u servizzi għall-konsum intermedju u l-użu finali (konsum, formazzjoni taʼ kapital gross, esportazzjoni). Dawn huma miġbura għal 216-il prodott u 95 industrija.

Għall-għanjiet tal-pubblikazzjoni, intgħażel livell għoli ta’ aggregazzjoni minħabba obbligi ta’ kunfidenzjalità. It-tabelli huma ppreżentati skont il-klassifika tan-NACE fejn l-industriji u l-prodotti huma miġbura fi 18-il kategorija (Annessi 1 u 2). Għal skopijiet ta’ riċerka, it-tabelli jistgħu jiġu miftuħa f’44 kategorija.

It-tabella tal-provvista (Tabella nru 1) turi s-sors tal-valur totali tal-provvista ta’ oġġetti u servizzi bil-prezzijiet tax-xerrejja, skont il-prodott, fl-ekonomija Maltija. Fl-2019, is-sehem tal-produzzjoni domestika fil-provvista totali bil-prezzijiet tax-xerrejja kien ta’ 66.4 fil-mija. Is-sehem tal-importazzjoni kien ta’ 30.7 fil-mija, filwaqt li s-sehem tat-taxxi netti (it-taxxi fuq il-prodotti wara li tnaqqsu s-sussidji fuq il-prodotti) kien ta’ 2.9 fil-mija.

Ċart nru 1 tagħti aktar dettalji dwar is-sehem tal-produzzjoni domestika u tal-importazzjoni fil-provvista totali, bi prezzijiet bażiċi skont il-prodott.

Ċart nru 1. Il-provvista totali skont il-prezzijiet bażiċi, bil-prodott

No Data Found

It-tabella tal-użu bil-prezzijiet tax-xerrejja (Tabella nru 2) turi kif il-provvista ta’ kull prodott intużat fl-ekonomija skont l-użu ewlieni. Il-kategoriji ta’ użu huma l-konsum intermedju, il-konsum finali tal-households, l-istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu lill-households (NPISH) u l-gvern ġenerali, il-formazzjoni ta’ kapital gross u l-esportazzjoni.

Ċart nru 2 turi kif il-prodotti bil-prezzijiet tax-xerrejja huma mqassma skont it-tip ta’ użu. Il-provvista ta’ prodotti agrikoli (prodotti A) intużat l-aktar bħala konsum intermedju ta’ prodotti u servizzi magħmulin lokalment (43.0 fil-mija), bit-tieni u t-tielet l-aktar użu importanti jkunu l-esportazzjoni (31.3 fil-mija) u l-konsum finali (27.5 fil-mija). L-użu ta’ dawn il-prodotti fil-formazzjoni ta’ kapital gross kien limitat (-1.8 fil-mija), l-aktar minħabba tibdil fl-inventarji.

L-użu ewlieni tal-provvista ta’ prodotti industrijali (prodotti B sa F) kien ukoll il-konsum intermedju (39.1 fil-mija), bil-bqija mifrux bejn l-esportazzjoni (22.8 fil-mija), il-konsum finali (22.7 fil-mija) u l-formazzjoni ta’ kapital gross (15.4 fil-mija).

Il-provvista tas-servizzi (prodotti G sa U) intużat l-aktar bħala konsum intermedju (42.1 fil-mija), segwita mill-esportazzjoni (35.8 fil-mija). L-użu l-aktar importanti li jmiss huwa l-konsum finali (19.5 fil-mija), filwaqt li l-formazzjoni ta’ kapital gross kellha rwol limitat (2.6 fil-mija).

Ċart nru 2. L-użu totali skont il-prezzijiet tax-xerrejja, bil-prodott

No Data Found

Il-kompilazzjoni tal-prezzijiet u l-volumi fi ħdan qafas ta’ kontabilità tat-tabelli tal-provvista u l-użu tippermetti li jinkiseb it-tkabbir ekonomiku f’termini reali u l-inflazzjoni fil-livell settorjali tal-ekonomija totali. Barra minn hekk, il-bidliet fil-prezzijiet u t-tkabbir fil-volum jistgħu jinkisbu għall-prodotti u l-industriji, u l-kategoriji tad-domanda finali. Dan joffri l-opportunità li titwettaq analiżi dettaljata, bħal dik relatata mal-produttività.

Methodological Notes

1. The Supply and Use Tables (SUT) relate to the reference year of 2019. They are consistent with the main aggregates published in news release 159/2024.

2. The SUT are in line with the European System of Accounts (ESA) 2010 Manual (ISBN 978-92-79-31242-7). This system of accounts is mandatory for all EU Member States. The accounts are subject to audit by the European Court of Auditors and Eurostat’s GNI Committee to ensure reliability, comparability and exhaustiveness. The SUT for Malta are entirely consistent with the requirements for both current prices and previous year’s prices outlined in the ESA of 2010. The compilation and balancing procedures implemented to produce these tables follow those recommended by the Eurostat Manual of Supply, Use and Input-Output Tables, 2008 edition.

 
3. SUT are compiled at a detailed level of 216 products and 95 industries. Industries are classified using the NACE Rev. 2 classification whereas the CPA 2008 classification is used for products. For dissemination purposes, the SUT tables are grouped at NACE and CPA section level of 18 categories.
 
Users can access data with a level of aggregation of 64 industries and 64 products from Eurostat’s database or request further details from the National Statistics Office (NSO).
 
4. In order to compile SUT, the NSO makes use of various sources, mainly business surveys conducted by the NSO and other administrative sources. The NSO compiles SUT both at current and previous year’s prices.
 
5. Data for 2019 should be considered as final.
 

6. The ESA 2010 GNI Inventory provides a detailed explanation of sources and methods used for estimating GNI in Malta. It is the basis for Eurostat’s assessment of the quality and exhaustiveness of GNI data and their compliance with ESA 2010 in the context of the GNI for own resources purposes. The inventory is a reference document that is updated to reflect the latest methodology in place. Reference to the compilation of SUT is available in Chapter 6. The inventory is available on the NSO website.

7. References to this news release are to be cited appropriately.
 
8. More information relating to this news release may be accessed at:
 

9. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage

10. A detailed news release calendar is available online.

11. For more information please submit a request for information through the online form

request form.

It-Tabelli tal-Provvista u l-Użu: 2019  

NR 233/2024
Data tal-Ħruġ: 06 December 2024

Smart,Logistics,And,Transportation.,Concept,,Businessman,Use,Tablet,And,Analyzing
  • Is-sehem tal-produzzjoni domestika fil-provvista totali bi prezzijiet tax-xerrejja kien ta’ 66.4 fil-mija. Is-sehem tal-importazzjoni kien ta’ 30.7 fil-mija, filwaqt li s-sehem tat-taxxi netti (it-taxxi fuq il-prodotti wara li tnaqqas is-sussidji fuq il-prodotti) kien ta’ 2.9 fil-mija.
  • Il-provvista ta’ prodotti agrikoli ntużat l-aktar bħala konsum intermedju ta’ oġġetti u servizzi magħmulin lokalment (43.0 fil-mija), l-esportazzjoni (31.3 fil-mija) u l-konsum finali (27.5 fil-mija).
  • L-użu ewlieni tal-provvista tal-prodotti industrijali kien ukoll il-konsum intermedju (39.1 fil-mija), bil-bqija jkun mifrux bejn l-esportazzjoni (22.8 fil-mija), il-konsum finali (22.7 fil-mija) u l-formazzjoni taʼ kapital gross (15.4 fil-mija).
  • Il-provvista tas-servizzi ntużat l-aktar bħala konsum intermedju (42.1 fil-mija), segwita mill-esportazzjoni (35.8 fil-mija).

It-Tabelli tal-Provvista u l-Użu: 2019

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content