News Releases

It-Tagħlim tal-Ingliż bħala Lsien Barrani: 2023

NR092/2024
Data tal-Ħruġ: 20 taʼ Mejju 2024

Fl-2023, l-għadd taʼ studenti barranin li attendew korsijiet mill-iskejjel illiċenzjati għat-Tagħlim tal-Ilsien Ingliż (ELT) kien taʼ 78,567, żieda taʼ 21,892 fuq l-2022.
Learning,Speaking,And,Teaching,English,With,British,Flag,Abstract,Background

Il-maġġoranza tal-istudenti li marru xi kors tal-ilsien Ingliż fʼMalta ġew mill-Italja (27.8 fil-mija), mill-Ġermanja (10.4 fil-mija) u minn Franza (9.0 fil-mija). Bʼkollox, 73.9 fil-mija tal-istudenti ġew minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) (Tabella nru 1).

Il-parti l-kbira tal-istudenti tal-ELT kellhom 15-il sena jew anqas u kienu jammontaw għal 28.3 fil-mija tal-istudenti kollha li marru dawn il-korsijiet. Studenti taʼ 50 sena jew aktar kienu ftit u kienu jgħoddu 6,080. L-istudenti femminili kienu aktar minn dawk maskili u kienu jgħoddu 61.9 fil-mija tal-istudenti kollha tal-ELT (Tabella nri 2 u 3, Ċart nru 1).

Ċart nru 1. L-istudenti barranin jattendu korsijiet¹ fl-iskejjel tal-ELT, bil-grupp tal-età u s-sess

No Data Found

Drag to view in full

1 Xi korsijiet saru mill-bogħod.

Bi 17.1 fil-mija tal-għadd kollu tas-sena, Lulju kien ix-xahar meta l-iskejjel tal-ELT kellhom l-akbar attendenzi. Dan kien segwit mix-xhur taʼ Awwissu u Marzu li kellhom 13.4 fil-mija u 10.5 fil-mija tal-attendenzi kollha, rispettivament (Tabella nru 4).

Il-kors bl-akbar għadd taʼ studenti li qagħdu għalih kien il-‘General English: Standard’, li għamluh total taʼ 57,384 student, jew 73.1 fil-mija. Warajh, kien hemm il-korsijiet tal-‘Intensive English’ li għamluhom 16.5 fil-mija tal-istudenti kollha (Tabella nru 5, Ċart nru 2).

Ċart nru 2. It-taqsim perċentwali tal-istudenti barranin jattendu korsijiet¹ fl-iskejjel tal-ELT, bit-tip taʼ kors

No Data Found

1 Xi korsijiet saru mill-bogħod.
Noti:

1. L-Ingliż għal għanijiet speċifiċi jinkludi l-Ingliż għan-negozju.
2. ‘L-Oħrajn’ jinkludu korsijiet bi tħejjija għall-eżaminijiet, lezzjonijiet individwali, taħlita taʼ korsijiet, u korsijiet oħra.
3. It-totali jistgħu ma jammontawx minħabba l-arrotondament.

L-istudenti barranin li kienu qegħdin jitgħallmu l-Ilsien Ingliż qattgħu bʼkollox 273,131 ġimgħa taʼ tagħlim. Il-korsijiet bʼattendenza fiżika kienu jammontaw għal 99.0 fil-mija tal-ġimgħat kollha tal-istudenti, filwaqt li l-korsijiet online kellhom biss 1.0 fil-mija. Ras għal ras, l-istudenti qagħdu medja taʼ 3.5 ġimgħat, tnaqqis taʼ 0.9 meta mqabbla mas-sena taʼ qabel (Tabella nru 7). Bʼmedja taʼ 14.7-il ġimgħa, l-istudenti mill-Kolombja kellhom l-akbar għadd taʼ ġimgħat taʼ tagħlim. Warajhom, kien hemm l-istudenti Ċileni u Sud Koreani li qagħdu 13.3 u 10.7 ġimgħat, rispettivament (Tabelli nri 8 u 9).

Fl-2023, l-istaff tal-għalliema fʼdawn l-iskejjel kien jammonta għal 620, bl-akbar għadd tagħhom (25.0 fil-mija) fl-età taʼ 55 sena u aktar. L-għalliema nisa laħqu 70.3 fil-mija tal-istaff kollu (Tabella nru 10), filwaqt li l-istaff mhux tat-tagħlim laħaq 603, li 69.2 fil-mija tiegħu kien jaħdem full-time (Tabelli nri 10 u 11).

Ċart nru 3. It-taqsim perċentwali taʼ studenti barranin jattendu korsijiet¹ fl-iskejjel tal-ELT, bil-grupp tal-età

No Data Found

1 Xi korsijiet saru mill-bogħod.

Ċart nru 4. L-għadd taʼ studenti barranin u l-ġimgħat tat-tagħlim, bl-għaxar pajjiżi ewlenin taċ-ċittadinanza

No Data Found

Drag to view in full

Nota: It-totali jistgħu ma jammontawx minħabba l-arrotondament.

Ċart nru 5. L-għadd taʼ studenti barranin u l-ġimgħat tat-tagħlim

No Data Found

Drag to view in full

Methodological Notes

1. Data used in this News Release is based on information collected by the Ministry for Education, Sport, Youth, Research and Innovation which was subsequently analysed by NSO.

2. Data was collected by the ELT Council during the period December 2022-February 2023. All local licensed English Language Teaching (ELT) schools operating in 2023 responded to this questionnaire. A full list of ELT schools can be accessed here.

3. Breakdowns by country are based on the students’ citizenship as provided by the student. Thus, figures for foreign citizens are not directly comparable to other tourism figures published by the NSO.

4. Since 2021, following disruptions and unprecedented scenarios due to COVID-19, foreign students who attended English Language schools could choose both physical courses in Malta, as well as online courses. 

5. For the scope of this release ‘teaching/academic staff’ includes all ELT permit holders. Staff employed with different schools carrying out the same role are counted once.

6. Figures on type of course followed and type of accommodation cannot be compared with data of previous years due to methodological enhancements held in 2020.

7. Definitions:

ELT schools refer to institutions which provide English-related courses for foreign students. More information can be accessed here

Teaching/Academic staff refer to professional personnel directly involved in teaching students, including teachers, assistant teachers, ELT instructors and other ELT permit holders.

Non-Teaching staff refer to persons employed by educational institutions who have no instructional responsibilities, and do not hold an ELT permit. Examples are school management staff, front office staff, group leaders, administration staff, sales, marketing and reservations staff.

Full-time employment: includes employed persons on a full-time basis.

Part-time employment: includes employed persons whose normal hours are less than those of comparable full-time workers.

Casual employment: includes temporary workers, working irregular hours, who are employed on a part-time basis.

8. Number of student weeks by foreign students is calculated as follows:

Total number of days
7

9. Average number of student weeks per student is calculated as follows: 

Total number of weeks
Total number of students

10. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

11. For further assistance send your request through our online request form.

12. A detailed news release calendar is available online.

It-Tagħlim tal-Ingliż bħala Lsien Barrani: 2023  

NR092/2024
Data tal-Ħruġ: 20 taʼ Mejju 2024

Learning,Speaking,And,Teaching,English,With,British,Flag,Abstract,Background
  • Fl-2023, l-istudenti barranin li attendew korsijiet mill-iskejjel illiċenzjati għat-Tagħlim tal-Ilsien Ingliż (ELT) laħqu t-78,567, żieda taʼ 21,892 fuq l-2022.
  • Il-maġġoranza tal-istudenti li kienu qed jattendu xi kors tal-ilsien Ingliż fʼMalta kienu ġejjin mill-Italja (27.8 fil-mija) u mill-Ġermanja (10.4 fil-mija).
  • L-aktar kors popolari mal-istudenti kien l-‘General English: Standard’, li għamluh 73.1 fil-mija tagħhom.
  • L-istudenti barranin irreġistrati mal-iskejjel għat-Tagħlim tal-Ilsien Ingliż (ELT) għamlu 273,131 ġimgħa taʼ tagħlim.
  • Fl-2023, l-istaff imħaddem mill-iskejjel għat-Tagħlim tal-Ilsien Ingliż (ELT) laħaq l-1,223, li ħafna minnhom kienu għalliema (50.7 fil-mija).

It-Tagħlim tal-Ingliż bħala Lsien Barrani: 2023

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content