News Releases

It-Trasport bil-Baħar bejn Malta u Għawdex: K2/2024  

NR 129/2024
Data tal-Ħruġ: 16 taʼ Lulju 2024

Malta
  • Fit-tieni kwart tal-2024, l-għadd kollu taʼ vjaġġi, vetturi u passiġġieri żdied bʼ1.4, 1.9 u 3.8 fil-mija, rispettivament, meta mqabbel mal-istess trimestru tal-2023.
  • Minn Jannar sa Ġunju 2024, it-traffiku tal-vetturi li joriġina miċ-Ċirkewwa kien irreġistrat l-aktar fil-jiem tal-Ġimgħa u s-Sibt. Fix-xatt tal-Imġarr, it-traffiku tal-vetturi kien l-aktar għoli fil-Ħdud u t-Tnejnijiet.
  • Minn Jannar sa Ġunju 2024, it-traffiku tal-passiġġieri li joriġina miċ-Ċirkewwa kien irreġistrat l-aktar fil-jiem tal-Ġimgħa u s-Sibt. Fix-xatt tal-Imġarr, it-traffiku tal-passiġġieri kien l-aktar għoli fil-Ħdud u s-Sibtijiet.
  • Ix-xahar taʼ Mejju rreġistra kemm l-ogħla għadd taʼ vjaġġi bejn l-Imġarr u l-Belt Valletta — 959 jew 40.7 fil-mija, kif ukoll l-ogħla għadd taʼ passiġġieri — 103,279 jew 40.8 fil-mija — fit-tieni kwart tas-sena.

It-Trasport bil-Baħar bejn Malta u Għawdex: K2/2024

It-Trasport bil-Baħar bejn Malta u Għawdex: K2/2024

NR 129/2024
Data tal-Ħruġ: 16 taʼ Lulju 2024

Fit-tieni kwart tal-2024, it-trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex irreġistra żidiet fil-passiġġieri, fil-vetturi u fil-vjaġġi meta mqabbel mal-istess tliet xhur tal-2023.
Malta

It-trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex

Bejn April u Ġunju 2024, saru total ta’ 11,320 vjaġġ, li ġarrew total ta’ 1,790,208 passiġġieri (Tabella nru 1). Mejju kien l-aktar xahar impenjattiv meta fih saru total ta’ 3,970 vjaġġ jew 35.1 fil-mija tal-vjaġġi kollha fʼdan il-perjodu (Tabelli nri 3 u 7).

It-trasport bil-baħar bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa

Total ta’ 1,537,248 passiġġier ivvjaġġaw bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa fit-tieni kwart tal-2024, tnaqqis ta’ 0.3 fil-mija meta mqabbel mal-istess tliet xhur tal-2023. L-ogħla numru ta’ passiġġieri kien irreġistrat f’Mejju — 524,731 jew 34.1 fil-mija tat-total għat-trimestru. Meta mqabbel mal-istess kwart tas-sena ta’ qabel, l-għadd ta’ vetturi żdied bʼ1.9 fil-mija għal total ta’ 527,931 (Tabelli nri 2 u 3).

Fit-tieni kwart tas-sena, l-għadd ta’ vjaġġi laħaq it-8,963, li hija żieda taʼ 0.7 fil-mija fuq l-istess żmien fl-2023 (Tabella nru 2). FʼMejju kien irreġistrat l-ogħla numru ta’ vjaġġi — 3,011 jew 33.6 fil-mija tal-vjaġġi totali għat-trimestru (Tabella nru 3).

Bejn Jannar u Ġunju 2024, il-jiem tal-Ġimgħa u s-Sibt kellhom l-aktar traffiku taʼ passiġġieri u vetturi li oriġinaw miċ-Ċirkewwa. Min-naħa l-oħra, fil-Ħdud u s-Sibtijiet kien hemm l-aktar traffiku taʼ passiġġieri li oriġinaw mit-terminal tal-Imġarr, filwaqt li t-traffiku tal-vetturi mill-istess naħa kien l-ogħla fil-Ħdud u t-Tnejnijiet. (Ċarts nri 4 u 5).

Ċart nru 1. Il-qsim tal-passiġġieri u l-vetturi bejn Malta u Għawdex

No Data Found

Drag to view in full

It-trasport bil-baħar bejn l-Imġarr u l-Belt Valletta

Matul it-tieni kwart tal-2024, saru total ta’ 2,357 vjaġġ li ġarrew total ta’ 252,960 passiġġier (Tabella nru 6). Meta mqabbel mal-istess żmien fl-2023, l-għadd ta’ vjaġġi żdied bʼ4.6 fil-mija, filwaqt li n-numru ta’ passiġġieri żdied bi 38.4 fil-mija. Ix-xahar taʼ Mejju rreġistra kemm l-ogħla numru ta’ vjaġġi — 959 jew 40.7 fil-mija, kif ukoll l-ogħla numru ta’ passiġġieri — 103,279 jew 40.8 fil-mija — għat-tieni kwart tas-sena (Tabella nru 7).

Mappa nru 1. It-taqsim tal-vjaġġi bejn Malta u Għawdex fit-K2/2024

Ċart nru 2. It-taqsim tal-passiġġieri bit-tip ta’ rotta bejn Malta u Għawdex fit-K2/2024

Drag to view in full

Ċart nru 3. Il-passiġġieri u l-vetturi lejn u mill-Imġarr u ċ-Ċirkewwa

April-Ġunju

No Data Found

Drag to view in full

Ċart nru 4a. Il-vetturi lejn u mill-Imġarr bil-jum tal-ġimgħa

Jannar-Ġunju

No Data Found

Ċart nru 4b. Il-vetturi lejn u miċ-Ċirkewwa bil-jum tal-ġimgħa

Jannar-Ġunju

No Data Found

Ċart nru 5a. Il-passiġġieri lejn u mill-Imġarr bil-jum tal-ġimgħa

Jannar-Ġunju

No Data Found

Ċart nru 5b. Il-passiġġieri lejn u miċ-Ċirkewwa bil-jum tal-ġimgħa

Jannar-Ġunju

No Data Found

Methodological Notes

1. The source of the data included in this release is administrative information provided by the Gozo Channel Co. Ltd and Transport Malta.

2. The fast ferry service operating between Mġarr and Valletta commenced on 1 June 2021.

3. The table below illustrates the vehicle and passenger capacity of each Gozo Channel vessel:

Vessel Vehicles Passengers
MV Gaudos 72 900
MV Malita 138 900
MV Ta' Pinu 138 900
MV Nikolaos 160 650 (Summer)/ 350 (Winter)

Periods when vessels were out of service for docking purposes:

MV Gaudos: 08/11/2023-30/11/2023.
MV Malita: 06/01/2022-10/02/2022 and 09/01/2024-30/01/2024.
MV Ta’ Pinu: 09/01/2023-02/02/2023 and 27/02/2023-02/03/2023.
MV Nikolaos was put temporarily out of service between 25/04/2022-29/05/2022, 18/04/2023-26/04/2023 and 15/02/2024-25/03/2024.

4. The table below illustrates the passenger capacity of each fast ferry service vessel:

Vessel Passengers
Your Wisdom (Gozo Fast Ferry Ltd) 296
Your Faith (Gozo Fast Ferry Ltd) 296
Gozo Express (Virtu Ferries Ltd)* 308
San Franġisk (Virtu Ferries Ltd) 316

*The fast ferry service vessel, Gozo Express (Virtu Ferries Ltd) replaced San Pawl (Virtu Ferries Ltd) on 17/05/2022.

5. Data for passengers travelling between Mġarr and Ċirkewwa comprises foot and vehicle passengers and vehicle drivers. The fast ferry service does not allow for the transport of vehicles thus, only foot passengers are included.

6. Different approaches to data collection are being applied at the Mġarr and Ċirkewwa harbours with regards to the Gozo Channel service. Data source for the Mġarr side includes Automated Ticketing System (ATS), while data for the Ċirkewwa side is dependent on the manual clicking system.

7. The data is not normally subject to revision.

8. More information relating to this news release is available in the Sources and Methods.

9. A detailed news release calendar is available online.

10. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

11. For further assistance send your request through our online request form.

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content