Stqarrijiet tal-aħbarijiet

L-Aċċidenti tat-Traffiku: K1/2026

NR 084/2026
Data tal-Ħruġ: 12 taʼ Mejju 2026

Matul l-ewwel kwart tal-2026, l-aċċidenti tat-traffiku żdiedu, filwaqt li l-persuni midruba fihom naqsu meta mqabbla mal-istess perjodu sena qabel. Kien hemm tlitt imwiet fl-aċċidenti tat-traffiku.
Stressed,Driver,Sitting,At,Roadside,After,Traffic,Accident

L-għadd tʼaċċidenti tat-traffiku rrappurtati tul l-ewwel kwart tal-2026 laħaq it-3,495, żieda taʼ 0.8 fil-mija fuq l-istess żmien tal-2025. L-akbar numru tʼaċċidenti kienu rreġistrati fid-distrett tat-Tramuntana tal-Port bʼ1,217-il każ jew 34.8 fil-mija tal-aċċidenti kollha (Tabella nru 1).

It-tidrib fl-aċċidenti tat-traffiku naqas bʼ5.1 fil-mija u niżel għal 282 meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2025. Il-persuni midrubin gravi kienu 91 u involvew 59 sewwieq, 7 passiġġieri u 25 persuna miexja/bir-rota/oħrajn.

Il-ġrieħi mġarrbin minn sewwieq, persuna miexja u rikkieb taʼ scooter li jaħdem bl-elettriku kienu fatali (Tabelli nri 4-6). Bʼhekk, l-imwiet fʼdawn fl-aċċidenti naqsu bʼwieħed fuq l-istess perjodu tal-2025 (Ċart nru 1).

L-akbar għadd taʼ dawk li ndarbu gravi kienu rġiel (76.9 fil-mija). Barra minn hekk, il-persuni li mietu fʼaċċidenti tat-traffiku kienu żewġ irġiel u mara. Skont l-etajiet, 37.6 fil-mija tat-tidrib kien jinvolvi persuni taʼ bejn is-26 u l-40 sena (Ċart nru 2 u Tabella nru 5).

L-akbar għadd taʼ tidrib mill-aċċidenti tat-traffiku (52.1 fil-mija) kien jinvolvi karrozzi tal-passiġġieri. Warajhom, ġew dawk li kienu jinvolvu muturi (35.8 fil-mija) u vetturi tal-ġarr tal-merkanzija (5.7 fil-mija). Il-fatalitajiet li seħħew fl-aċċidenti tat-traffiku involvew sewwieq li ħabat maʼ vettura, persuna miexja li ntlaqtet minn vettura u rikkieb taʼ scooter li jaħdem bl-elettriku li ħabat maʼ proprjetà. Iċ-ċiklisti involuti fl-aċċidenti tat-traffiku kienu tlieta, bʼwieħed minnhom iġarrab ġrieħi gravi, ieħor jindarab ħafif u ieħor iġarrab ġrieħi insinifikanti (Tabelli nri 6 u 7). It-tidrib ikkaġunat minn ħbit bejn vetturi kien l-aktar komuni bi 62.1 fil-mija tat-tidrib kollu li seħħ fl-aċċidenti tat-traffiku (Tabella nru 7).

L-akbar għadd taʼ tidrib mill-aċċidenti tat-traffiku ġara fil-jum tal-Ħamis bi 52 tidriba, filwaqt li l-akbar għadd tʼaċċidenti ġara fil-jum tat-Tnejn bʼ575 każ jew 16.5 fil-mija tat-total (Tabella nru 8). L-akbar għadd tʼaċċidenti tat-traffiku seħħ bejn 12:00 u 14:59 bi 845 każ jew 24.2 fil-mija tat-total, segwiti minn dawk li ġraw bejn 09:00 u 11:59 bi 809 każijiet. L-inqas għadd tʼaċċidenti ġraw bejn 00:00 u 02:59 bʼ55 każ (Tabella nru 9).

L-ogħla inċidenza tʼaċċidenti tat-traffiku kienet irreġistrata fʼĦal Qormi bʼ229 każ, segwita minn Birkirkara u Il-Marsa, bʼ213 u bʼ175 każ rispettivament (Tabella nru 10, Mappa nru 1 u Ċart nru 5).

Taʼ Kerċem, Il-Fontana, L-Għarb, u L-Għasri rreġistraw inqas minn ħames aċċidenti tat-traffiku. (Mappa nru 1 u Tabella nru 10).

Mappa nru 1. L-aċċidenti tat-traffiku bil-lokalità: Jannar-Marzu 2026

Meta mqabblin mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel, id-distretti kollha rrapurtaw żieda fl-aċċidenti tat-traffiku, minbarra d-distretti tal-Punent u tat-Tramuntana. Id-distrett tax-Xlokk rreġistra l-akbar żieda fil-persentaġġ tal-aċċidenti tat-traffiku bʼ9.2 fil-mija, filwaqt li d-distrett tat-Tramuntana rreġistra l-akbar tnaqqis fil-persentaġġ bi 12.1 fil-mija (Tabella nru 1 u Mappa nru 2).

Mappa nru 2. It-tibdil perċentwali fl-aċċidenti tat-traffiku bid-distrett: Jannar-Marzu 2026/2025

Additional Tables and Charts

Tables

Road traffic casualties by age group and gender
Road traffic casualties by day of week

Note: Percentages may not add up due to rounding.

Road traffic accidents by time bracket
Road Traffic Accidents by Locality

Methodological Notes

1. Road traffic accidents data is compiled from administrative information provided by the Malta Police Force and the Malta Insurance Association (LESA).

2. Definitions:

a. Total road traffic accidents consist of the road traffic accidents involving casualties (police reports) and the minor road traffic accidents without casualties (police and warden reports).

b. Non-injury (minor) road traffic accidents refer to accidents assessed by wardens and/or the police involving at least one vehicle and in which no persons are injured. Non-injury road traffic accidents which are either not reported or directly reported to insurance agencies by means of the Traffic Accident Form (i.e. where no police or wardens are called on the accident scene and are settled by the completion of the relevant form) are not accounted for.

c. Insignificant injury is determined by the police as the sustaining of a very minimal injury (e.g. bruise, scratch, etc.) or shock due to accident which, in most cases, requires very basic treatment or no treatment at all.

d. The definition of slight injury is as listed in Art. 221 et sequitur of the Criminal Code, Chapter 9 of the Laws of Malta.

e. The definition of grievous injury is as listed in Art. 216 et sequitur of the Criminal Code, Chapter 9 of the Laws of Malta.

f. United Nations Economic Commission for Europe (UNECE) defines road fatal injury as: “Any person who was killed outright or who died within 30 days as a result of the accident”.

g. Road traffic accident fatalities data may be subject to revisions.  For certain cases, the NSO may need to wait for the cause of the fatality to be duly established by the conclusions of a magisterial inquiry.

3. The casualty-to-accident ratio indicates the risk level of suffering an injury in an accident. Therefore, a higher percentage rate means that the corresponding accidents were more serious (i.e. more persons were injured).

4. Data is subject to revision.

5. More information relating to this news release may be accessed at:

Sources and Methods
Statistical Concepts
LAU Classification
NUTS Classification
Spatial divisions for MALTA

6. A detailed news release calendar is available online.

7. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

8. For further assistance send your request through our online request form.

L-Aċċidenti tat-Traffiku: K1/2026

NR 084/2026
Data tal-Ħruġ: 12 taʼ Mejju 2026

Stressed,Driver,Sitting,At,Roadside,After,Traffic,Accident
  • Kien hemm tlitt imwiet fl-aċċidenti tat-traffiku, li involvew żewġ irġiel u mara, bejn Jannar u Marzu 2026.
  • Matul l-ewwel kwart tal-2026, l-aċċidenti tat-traffiku żdiedu bʼ0.8 fil-mija, filwaqt li t-tidrib fihom naqas bʼ5.1 fil-mija, meta mqabbla mal-istess perjodu fl-2025.
  • Bejn Jannar u Marzu 2026, l-akbar għadd tʼaċċidenti tat-traffiku ġraw fil-jum tat-Tnejn bʼ575 każ jew 16.5 fil-mija tat-total.
  • Ħal Qormi rreġistra l-akbar għadd tʼaċċidenti tat-traffiku bʼ229 każ.

L-Aċċidenti tat-Traffiku: K1/2026

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content