News Releases

L-Aċċidenti tat-Traffiku: K2/2024

NR 145/2024
Data tal-Ħruġ: 07 taʼ Awwissu 2024

Matul it-tieni kwart tal-2024 l-aċċidenti tat-traffiku żdiedu, filwaqt li l-persuni midrubin fihom naqsu meta mqabblin mal-istess perjodu tas-sena taʼ qabel. Kien hemm tlett imwiet fl-aċċidenti tat-traffiku.
Car,Turned,Upside-down,After,Road,Collision,And,Reflection,In,The

L-għadd taʼ aċċidenti tat-traffiku rrappurtati tul it-tieni kwart tal-2024 laħaq l-4,436, li huwa żieda taʼ 4.0 fil-mija fuq l-istess żmien tal-2023. L-akbar numru taʼ aċċidenti kienu rreġistrati fid-distrett tat-Tramuntana tal-Port bʼ1,520 każ jew 34.3 fil-mija tal-aċċidenti kollha (Tabella nru 1).

It-tidrib fl-aċċidenti tat-traffiku naqas bʼ7.9 fil-mija sabiex niżel għal 409 meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2023. Il-persuni midrubin gravi ammontaw għal 102 u kienu magħmulin minn 64 sewwieq, tmien passiġġieri u 30 persuna miexja/bir-rota/oħrajn. Il-ġrieħi mġarrba minn żewġ sewwieqa u persuna miexja kienu fatali (Tabelli nri 4-6). Bʼhekk, l-għadd taʼ mwiet fl-aċċidenti tat-traffiku naqas bʼwieħed fuq l-istess perjodu tal-2023 (Ċart nru 1).

L-akbar għadd taʼ dawk li ndarbu gravi kienu rġiel (72.5 fil-mija). Barra minn hekk, it-tliet persuni li mietu fit-traffiku kienu rġiel. 36.9 fil-mija tat-tidrib kien jinvolvi persuni taʼ bejn is-26 u l-40 sena (Ċart nru 2 u Tabella nru 5).

Ċart nru 1. L-aċċidenti tat-traffiku u l-imwiet, biż-żmien

No Data Found

L-akbar għadd taʼ tidrib mill-aċċidenti tat-traffiku (47.9 fil-mija) kien jinvolvi karrozzi tal-passiġġieri. Warajhom, ġew dawk li kienu jinvolvu l-muturi (37.9 fil-mija) u l-vetturi tal-ġarr tal-merkanzija (8.1 fil-mija). Il-fatalitajiet li ġraw fit-traffiku involvew żewġ sewwieqa li ħabtu maʼ proprjetà u persuna miexja li ntlaqtet minn vettura. L-għadd taʼ ċiklisti li kienu involuti fʼaċċidenti tat-traffiku laħaq it-12, bʼerbgħa minnhom iġarrbu ġrieħi gravi, sitta ndarbu ħafif u tnejn ġarrbu ġrieħi insinifikanti (Tabelli nri 6 u 7). It-tidrib ikkaġunat minn ħbit bejn vetturi kien jifforma l-akbar numru taʼ tidrib bʼ65.5 fil-mija tat-tidrib kollu li ġara fʼdawn l-aċċidenti tat-traffiku (Tabella nru 7).

L-akbar għadd taʼ tidrib mill-aċċidenti tat-traffiku ġara fil-jum tal-Ġimgħa bʼ76 tidriba, filwaqt li l-akbar għadd taʼ aċċidenti ġara fil-jum tat-Tlieta bʼ752 każ jew 17.0 fil-mija tat-total (Tabella nru 8). Il-maġġoranza tal-aċċidenti tat-traffiku seħħew fil-ħin taʼ bejn nofsinhar u t-tlieta (12:00-14:59) bʼ971 każ jew 21.9 fil-mija tat-total; segwiti minn dawk li ġraw bejn id-disgħa u nofsinhar (09:00-11:59) bʼ933 każ. L-inqas għadd taʼ aċċidenti ġraw bejn it-tlieta u s-sitta taʼ filgħodu (03:00-05:59) bʼ55 każ (Tabella nru 9).

L-ogħla inċidenza taʼ aċċidenti tat-traffiku kienet irreġistrata fʼBirkirkara bʼ294 każ, segwita minn Ħal Qormi u San Pawl il-Baħar, bʼ222 u bʼ218-il każ rispettivament (Tabella nru 10, Mappa nru 1 u Ċart nru 5).

San Lawrenz, L-Għasri u Taʼ Kerċem irreġistraw anqas minn ħames aċċidenti tat-traffiku. (Mappa nru 1 u Tabella nru 10).

Mappa nru 1. L-aċċidenti tat-traffiku bil-lokalità: April-Ġunju 2024

Mqabblin mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel, id-distretti kollha rrapurtaw żieda fl-aċċidenti tat-traffiku barra mid-distrett tat-Tramuntana tal-Port, li rrapporta tnaqqis marġinali. Id-distrett taʼ Għawdex u Kemmuna rreġistra l-ogħla żieda fil-persentaġġ tal-aċċidenti tat-traffiku bi 23.0 fil-mija, filwaqt li d-distrett tal-Punent irreġistra l-iżgħar żieda fil-persentaġġ bi 3.0 fil-mija (Tabella nru 1 u Mappa nru 2).

Mappa nru 2. It-tibdil perċentwali fl-aċċidenti tat-traffiku bid-distrett: April-Ġunju 2024/2023

Additional Tables and Charts

Tables

Chart 2. Road traffic casualties by age group and gender

April-June 2024

No Data Found

Chart 3. Percentage distribution of road traffic casualties by day of the week

April-June 2024

                                                                                                                                                                                                                         Note: Percentages may not add up due to rounding.

Chart 4. Road traffic accidents by time bracket and day of the week

April-June 2024

No Data Found

Chart 5. Top 10 localities for road traffic accidents

April-June 2024

No Data Found

Methodological Notes

1. Road traffic accidents data is compiled from administrative information provided by the Malta Police Force and the Malta Insurance Association (LESA).

2. Definitions:

a. Total road traffic accidents consist of the road traffic accidents involving casualties (Police reports) and the minor road traffic accidents without casualties (Police and Warden reports).

b. Non-injury (minor) road traffic accidents refer to accidents assessed by Wardens and/or the Police involving at least one vehicle and in which no persons are injured. Non-injury road traffic accidents which are either not reported or directly reported to Insurance Agencies by means of the Traffic Accident Form (i.e. where no Police or Wardens are called on the accident scene and are settled by the completion of the relevant form) are not accounted for.

c. Insignificant injury is determined by the Police as the sustaining of a very minimal injury (e.g. bruise, scratch, etc.) or shock due to accident which, in most cases, requires very basic treatment or no treatment at all.

d. The definition of slight injury is as listed in Art. 221 et sequitur of the Criminal Code, Chapter 9 of the Laws of Malta.

e. The definition of grievous injury is as listed in Art. 216 et sequitur of the Criminal Code, Chapter 9 of the Laws of Malta.

f. UNECE defines road fatal injury as: “Any person who was killed outright or who died within 30 days as a result of the accident”.

g. Road traffic accident fatalities data may be subject to revisions.  For certain cases, the NSO may need to wait for the cause of the fatality to be duly established by the conclusions of Magisterial Inquiry.

3. The casualty-to-accident ratio indicates the risk level of suffering an injury in an accident. Therefore, a higher percentage rate means that the corresponding accidents were more serious (i.e. more persons were injured).

4. Data is subject to revision.

5. More information relating to this news release may be accessed at:

Sources and Methods
Statistical Concepts 
LAU Classification
NUTS Classification

Spatial divisions for MALTA

6. A detailed news release calendar is available online.

7. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

8. For further assistance send your request through our online request form.

L-Aċċidenti tat-Traffiku: K2/2024  

NR 145/2024
Data tal-Ħruġ: 07 taʼ Awwissu 2024

Car,Turned,Upside-down,After,Road,Collision,And,Reflection,In,The
  • Kien hemm tlett imwiet fl-aċċidenti tat-traffiku, li lkoll involvew irġiel, bejn April u Ġunju 2024.
  • Matul it-tieni kwart tal-2024, l-aċċidenti tat-traffiku żdiedu bʼ4.0 fil-mija, filwaqt li t-tidrib fihom naqas bʼ7.9 fil-mija, meta mqabblin mal-istess perjodu fl-2023.
  • Bejn April u Ġunju 2024, l-akbar għadd taʼ aċċidenti tat-traffiku ġraw fil-jum tat-Tlieta bʼ752 każ jew 17.0 fil-mija tat-total.
  • Birkirkara rreġistrat l-akbar għadd taʼ aċċidenti tat-traffiku bʼ294 każ.

L-Aċċidenti tat-Traffiku: K2/2024

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content