Stqarrijiet tal-aħbarijiet

L-Aċċidenti tat-Traffiku: K2/2025

NR 141/2025
Data tal-Ħruġ: 05 taʼ Awwissu 2025

Matul it-tieni kwart tal-2025, l-aċċidenti tat-traffiku u l-persuni midruba fihom naqsu meta mqabbla mal-istess perjodu sena qabel. Kien hemm ħamest imwiet fl-aċċidenti tat-traffiku.
Car,Turned,Upside-down,After,Road,Collision,And,Reflection,In,The

L-għadd taʼ aċċidenti tat-traffiku rrappurtati tul it-tieni kwart tal-2025 laħaq l-4,026, tnaqqis taʼ 9.2 fil-mija fuq l-istess żmien tal-2024. L-akbar numru taʼ aċċidenti kienu rreġistrati fid-distrett tat-Tramuntana tal-Port bʼ1,366 każ jew 33.9 fil-mija tal-aċċidenti kollha (Tabella nru 1).

It-tidrib fl-aċċidenti tat-traffiku naqas bʼ16.1 fil-mija sabiex niżel għal 343 meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2024. Il-persuni midrubin gravi kienu 108 u involvew 73 sewwieq, 13-il passiġġier u 22 persuna miexja/bir-rota/oħrajn. Il-ġrieħi mġarrbin minn tliet sewwieqa, persuna miexja u persuna ssuq ir-rota kienu fatali (Tabelli nri 4-6). Bʼhekk, l-għadd taʼ mwiet fl-aċċidenti tat-traffiku żdied bi tnejn fuq l-istess perjodu tal-2024 (Ċart nru 1).

L-akbar għadd taʼ dawk li ndarbu gravi kienu rġiel (69.4 fil-mija). Barra minn hekk, il-persuni li mietu fʼaċċidenti tat-traffiku kienu erbat irġiel u mara. Skont l-etajiet, 39.4 fil-mija tat-tidrib kien jinvolvi persuni taʼ bejn is-26 u l-40 sena (Ċart nru 2 u Tabella nru 5).

L-akbar għadd taʼ tidrib mill-aċċidenti tat-traffiku (45.8 fil-mija) kien jinvolvi karrozzi tal-passiġġieri. Warajhom, ġew dawk li kienu jinvolvu muturi (42.9 fil-mija) u vetturi tal-ġarr tal-merkanzija (4.1 fil-mija). Il-fatalitajiet li seħħew fʼaċċidenti tat-traffiku involvew sewwieq li ħabat maʼ vettura oħra, żewġ sewwieqa li ħabtu maʼ proprjetà, persuna miexja li ntlaqtet minn vettura, u sewwieq taʼ rota li ntalqat minn vettura. L-għadd taʼ ċiklisti involuti fʼaċċidenti tat-traffiku laħaq 13, bʼwieħed minnhom iġarrab ġrieħi fatali, tlieta jġarrbu ġrieħi gravi, u d-disgħa l-oħra jindarbu ħafif (Tabelli nri 6 u 7). It-tidrib ikkaġunat minn ħbit bejn vetturi kien l-aktar komuni bi 63.6 fil-mija tat-tidrib kollu li seħħ fl-aċċidenti tat-traffiku (Tabella nru 7).

L-akbar għadd taʼ tidrib mill-aċċidenti tat-traffiku ġara fil-jum tal-Ħamis bi 58 tidriba, filwaqt li l-akbar għadd taʼ aċċidenti ġara fil-jum tat-Tlieta bʼ645 każ jew 16.0 fil-mija tat-total (Tabella nru 8). Il-maġġoranza tal-aċċidenti tat-traffiku seħħew bejn 09:00 u 11:59 bi 884 każ jew 22.0 fil-mija tat-total, segwiti minn dawk li ġraw bejn 12:00 u 14:59 bi 880 każ. L-inqas għadd taʼ aċċidenti ġraw bejn 03:00 u 05:59 bi 33 każ (Tabella nru 9).

Ċart nru 1. L-aċċidenti tat-traffiku u l-imwiet, biż-żmien

L-ogħla inċidenza tʼaċċidenti tat-traffiku kienet irreġistrata fʼSan Pawl Il-Baħar bʼ240 każ, segwita minn Birkirkara u Ħal Qormi, bʼ226 u bʼ210 każi rispettivament (Tabella nru 10, Mappa nru 1 u Ċart nru 5).

L-Imdina, L-Għarb, L-Għasri, Ta’ Kerċem u Il-Fontana rreġistraw anqas minn ħames aċċidenti tat-traffiku. (Mappa nru 1 u Tabella nru 10).

Mappa nru 1. L-aċċidenti tat-traffiku bil-lokalità: April-Ġunju 2025

Meta mqabblin mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel, id-distretti kollha rrapurtaw tnaqqis fl-aċċidenti tat-traffiku. Id-distrett tax-Xlokk irreġistra l-akbar tnaqqis fil-persentaġġ tal-aċċidenti tat-traffiku bi 15.7 fil-mija, filwaqt li d-distrett tan-Nofsinhar tal-Port irreġistra l-anqas tnaqqis fil-persentaġġ bʼ1.2 fil-mija (Tabella nru 1 u Mappa nru 2).

Mappa nru 2. It-tibdil perċentwali fl-aċċidenti tat-traffiku bid-distrett: April-Ġunju 2025

Additional Tables and Charts

Tables

Chart 3. Percentage distribution of road traffic casualties by day of the week

April-June 2025

Note: Percentages may not add up due to rounding.

Drag to view in full

Methodological Notes

1. Road traffic accidents data is compiled from administrative information provided by the Malta Police Force and the Malta Insurance Association (LESA).

2. Definitions:

a. Total road traffic accidents consist of the road traffic accidents involving casualties (police reports) and the minor road traffic accidents without casualties (police and warden reports).

b. Non-injury (minor) road traffic accidents refer to accidents assessed by wardens and/or the police involving at least one vehicle and in which no persons are injured. Non-injury road traffic accidents which are either not reported or directly reported to insurance agencies by means of the Traffic Accident Form (i.e. where no police or wardens are called on the accident scene and are settled by the completion of the relevant form) are not accounted for.

c. Insignificant injury is determined by the police as the sustaining of a very minimal injury (e.g. bruise, scratch, etc.) or shock due to accident which, in most cases, requires very basic treatment or no treatment at all.

d. The definition of slight injury is as listed in Art. 221 et sequitur of the Criminal Code, Chapter 9 of the Laws of Malta.

e. The definition of grievous injury is as listed in Art. 216 et sequitur of the Criminal Code, Chapter 9 of the Laws of Malta.

f. United Nations Economic Commission for Europe (UNECE) defines road fatal injury as: “Any person who was killed outright or who died within 30 days as a result of the accident”.

g. Road traffic accident fatalities data may be subject to revisions.  For certain cases, the NSO may need to wait for the cause of the fatality to be duly established by the conclusions of a magisterial inquiry.

3. The casualty-to-accident ratio indicates the risk level of suffering an injury in an accident. Therefore, a higher percentage rate means that the corresponding accidents were more serious (i.e. more persons were injured).

4. Data is subject to revision.

5. More information relating to this news release may be accessed at:

Sources and Methods
Statistical Concepts 
LAU Classification
NUTS Classification
Spatial divisions for MALTA

6. A detailed news release calendar is available online.

7. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

8. For further assistance send your request through our online request form.

L-Aċċidenti tat-Traffiku: K2/2025

NR 141/2025
Data tal-Ħruġ: 05 taʼ Awwissu 2025

Car,Turned,Upside-down,After,Road,Collision,And,Reflection,In,The
  • Kien hemm ħamest imwiet fl-aċċidenti tat-traffiku, li involvew erbat irġiel u mara, bejn April u Ġunju 2025.
  • Matul it-tieni kwart tal-2025, l-aċċidenti tat-traffiku naqsu bʼ9.2 fil-mija, filwaqt li t-tidrib fihom naqas bʼ16.1 fil-mija, meta mqabbla mal-istess perjodu fl-2024.
  • Bejn April u Ġunju 2025, l-akbar għadd taʼ aċċidenti tat-traffiku ġraw fil-jum tat-Tlieta bʼ645 każ jew 16.0 fil-mija tat-total.
  • San Pawl Il-Baħar irreġistra l-akbar għadd taʼ aċċidenti tat-traffiku bʼ240 każ.

L-Aċċidenti tat-Traffiku: K2/2025

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content