L-Aċċidenti tat-Traffiku: K3/2025
L-għadd tʼaċċidenti tat-traffiku rrappurtati tul it-tielet kwart tal-2025 laħaq it-3,916, tnaqqis taʼ 10.9 fil-mija fuq l-istess żmien tal-2024. L-akbar numru tʼaċċidenti kienu rreġistrati fid-distrett tat-Tramuntana tal-Port bʼ1,278 każ jew 32.6 fil-mija tal-aċċidenti kollha (Tabella nru 1).
It-tidrib fl-aċċidenti tat-traffiku żdied bʼ0.8 fil-mija sabiex telaʼ għal 391 meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2024. Il-persuni midrubin gravi kienu 131 u involvew 79 sewwieq, 15-il passiġġier u 37 persuna miexja/bir-rota/oħrajn.
Il-ġrieħi mġarrbin minn erbaʼ sewwieqa, żewġ passiġġieri u persuna miexja kienu fatali (Tabelli nri 4-6). Bʼhekk, l-għadd taʼ mwiet fl-aċċidenti tat-traffiku żdied bi tnejn fuq l-istess perjodu tal-2024 (Ċart nru 1).
L-akbar għadd taʼ dawk li ndarbu gravi kienu rġiel (71.8 fil-mija). Barra minn hekk, il-persuni li mietu fʼaċċidenti tat-traffiku kienu erbat irġiel u tliet nisa. Skont l-etajiet, 31.2 fil-mija tat-tidrib kien jinvolvi persuni taʼ bejn is-26 u l-40 sena (Ċart nru 2 u Tabella nru 5).
L-akbar għadd taʼ tidrib mill-aċċidenti tat-traffiku (50.9 fil-mija) kien jinvolvi karrozzi tal-passiġġieri. Warajhom, ġew dawk li kienu jinvolvu muturi (39.1 fil-mija) u vetturi tal-ġarr tal-merkanzija (3.8 fil-mija). Il-fatalitajiet li seħħew fʼaċċidenti tat-traffiku involvew sewwieq li ħabat maʼ vettura oħra, żewġ sewwieqa li ħabtu maʼ proprjetà, sewwieq involut fʼhit-and-run, żewġ passiġġieri involuti fʼħabta bejn vetturi, u persuna miexja li ntlaqtet minn vettura. L-għadd taʼ ċiklisti involuti fʼaċċidenti tat-traffiku laħaq l-10, bʼsitta minnhom iġarrbu ġrieħi gravi u l-erbgħa l-oħra jindarbu ħafif (Tabelli nri 6 u 7). It-tidrib ikkaġunat minn ħbit bejn vetturi kien l-aktar komuni bʼ59.8 fil-mija tat-tidrib kollu li seħħ fl-aċċidenti tat-traffiku (Tabella nru 7).
L-akbar għadd taʼ tidrib mill-aċċidenti tat-traffiku ġara fil-jum tal-Ħadd bʼ69 tidriba, filwaqt li l-akbar għadd tʼaċċidenti ġara fil-jum tat-Tlieta bʼ690 każ jew 17.6 fil-mija tat-total (Tabella nru 8). Il-maġġoranza tal-aċċidenti tat-traffiku seħħew bejn 12:00 u 14:59 bʼ931 każ jew 23.8 fil-mija tat-total, segwiti minn dawk li ġraw bejn 09:00 u 11:59 bi 838 każ. L-inqas għadd tʼaċċidenti ġraw bejn 03:00 u 05:59 bʼ55 każ (Tabella nru 9).
Ċart nru 1. L-aċċidenti tat-traffiku u l-imwiet, biż-żmien
L-ogħla inċidenza tʼaċċidenti tat-traffiku kienet irreġistrata fʼBirkirkara bʼ224 każ, segwita minn San Pawl Il-Baħar u Ħal Qormi, bʼ218 u bʼ186 każ rispettivament (Tabella nru 10, Mappa nru 1 u Ċart nru 5).
L-Għarb, L-Imdina, L-Għasri, Ta’ Kerċem, Il-Fontana u Santa Luċija rreġistraw anqas minn ħames aċċidenti tat-traffiku. (Mappa nru 1 u Tabella nru 10).
Mappa nru 1. L-aċċidenti tat-traffiku bil-lokalità: Lulju-Settembru 2025
Meta mqabblin mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel, id-distretti kollha rrapurtaw tnaqqis fl-aċċidenti tat-traffiku, minbarra d-distrett t’Għawdex u Kemmuna. Id-distrett tat-Tramuntana irreġistra l-akbar tnaqqis fil-persentaġġ tal-aċċidenti tat-traffiku bʼ16.1 fil-mija, filwaqt li d-distrett tal-Punent irreġistra l-iżgħar tnaqqis fil-persentaġġ bʼ5.9 fil-mija (Tabella nru 1 u Mappa nru 2).
Mappa nru 2. It-tibdil perċentwali fl-aċċidenti tat-traffiku bid-distrett: Lulju-Settembru 2025
Additional Tables and Charts
Tables
Chart 2. Road traffic casualties by age
group and gender
July-September 2025
Chart 3. Percentage distribution of road traffic casualties by day of the week
July-September 2025
Note: Percentages may not add up due to rounding.
Chart 4. Road traffic accidents by time bracket and day of the week
July-September 2025
Chart 5. Top 10 localities for road traffic accidents
July-September 2025
Methodological Notes
1. Road traffic accidents data is compiled from administrative information provided by the Malta Police Force and the Malta Insurance Association (LESA).
2. Definitions:
a. Total road traffic accidents consist of the road traffic accidents involving casualties (police reports) and the minor road traffic accidents without casualties (police and warden reports).
b. Non-injury (minor) road traffic accidents refer to accidents assessed by wardens and/or the police involving at least one vehicle and in which no persons are injured. Non-injury road traffic accidents which are either not reported or directly reported to insurance agencies by means of the Traffic Accident Form (i.e. where no police or wardens are called on the accident scene and are settled by the completion of the relevant form) are not accounted for.
c. Insignificant injury is determined by the police as the sustaining of a very minimal injury (e.g. bruise, scratch, etc.) or shock due to accident which, in most cases, requires very basic treatment or no treatment at all.
d. The definition of slight injury is as listed in Art. 221 et sequitur of the Criminal Code, Chapter 9 of the Laws of Malta.
e. The definition of grievous injury is as listed in Art. 216 et sequitur of the Criminal Code, Chapter 9 of the Laws of Malta.
f. United Nations Economic Commission for Europe (UNECE) defines road fatal injury as: “Any person who was killed outright or who died within 30 days as a result of the accident”.
g. Road traffic accident fatalities data may be subject to revisions. For certain cases, the NSO may need to wait for the cause of the fatality to be duly established by the conclusions of a magisterial inquiry.
3. The casualty-to-accident ratio indicates the risk level of suffering an injury in an accident. Therefore, a higher percentage rate means that the corresponding accidents were more serious (i.e. more persons were injured).
4. Data is subject to revision.
5. More information relating to this news release may be accessed at:
Sources and Methods
Statistical Concepts
LAU Classification
NUTS Classification
Spatial divisions for MALTA
6. A detailed news release calendar is available online.
7. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
8. For further assistance send your request through our online request form.
L-Aċċidenti tat-Traffiku: K3/2025
- Kien hemm sebat imwiet fl-aċċidenti tat-traffiku, li involvew erbat irġiel u tliet nisa, bejn Lulju u Settembru 2025.
- Matul it-tielet kwart tal-2025, l-aċċidenti tat-traffiku naqsu bʼ10.9 fil-mija, filwaqt li t-tidrib fihom żdied bʼ0.8 fil-mija, meta mqabbla mal-istess perjodu fl-2024.
- Bejn Lulju u Settembru 2025, l-akbar għadd tʼaċċidenti tat-traffiku ġraw fil-jum tat-Tlieta bʼ690 każ jew 17.6 fil-mija tat-total.
- Birkirkara rreġistrat l-akbar għadd tʼaċċidenti tat-traffiku bʼ224 każ.
