Stqarrijiet tal-aħbarijiet

L-Intensità tat-Turiżmu: 2024

NR 184/2025
Data tal-Ħruġ: 15 taʼ Ottubru 2025

  • Fl-2024, it-turiżmu annwali żied 46,918-il persuna mal-popolazzjoni residenti taʼ nofs is-sena, biex bʼhekk il-popolazzjoni effettiva fʼMalta laħqet is-615,763.
  • Minħabba l-istaġjonalità tat-turiżmu, il-popolazzjoni effettiva laħqet il-quċċata tagħha fʼAwwissu 2024 bʼ649,546 persuna, filwaqt li fʼDiċembru 2024 niżlet għal 581,720.
  • Fl-2024, l-intensità tat-turiżmu telgħet għal 8.2 mis-7.2 tal-2023, li fissret aktar turisti għal kull 100 resident fil-gżejjer Maltin.
  • Matul Awwissu, San Ġiljan kellu l-ogħla popolazzjoni turistika li wasslet għal intensità turistika taʼ 126.4 – jiġifieri kien hemm 126 turist għal kull 100 resident.

L-Intensità tat-Turiżmu: 2024

L-Intensità tat-Turiżmu: 2024

NR 184/2025
Data tal-Ħruġ: 15 taʼ Ottubru 2025

Fl-2024, it-turiżmu żied 46,918-il persuna mal-popolazzjoni taʼ nofs is-sena residenti f’Malta, biex bʼhekk il-popolazzjoni effettiva laħqet is-615,763.

L-Intensità tat-turiżmu

Fl-2024, il-popolazzjoni taʼ nofs is-sena normalment residenti kienet stmata li laħqet il-568,845, imma meta jintgħaddu wkoll it-turisti bħala medja tas-sena kollha, din żdiedet bʼ46,918 biex laħqet popolazzjoni effettiva taʼ 615,763 persuna (Tabella nru 1). Minħabba n-natura staġjonali tat-turiżmu, il-popolazzjoni effettiva tvarja minn xahar għal ieħor. Meta l-popolazzjoni residenti tinżamm kostanti għall-valur tal-istima taʼ nofs is-sena, fl-aktar xahar baxx tat-turiżmu (Diċembru) l-popolazzjoni effettiva kienet ta’ 581,720 (12,875 turist).


Fl-aktar xahar għoli tat-turiżmu (Awwissu), il-popolazzjoni effettiva żdiedet bi 80,701 turist biex bʼhekk laħqet is-649,546. Għalhekk, kien hemm differenza fil-popolazzjoni effettiva ta’ 67,826 (11.7 fil-mija) bejn l-aktar xahar għoli u l-aktar xahar baxx tat-turiżmu fl-2024 (Tabella nru 1, Ċart nru 1).

Ċart nru 1. Il-popolazzjoni residenti taʼ nofs is-sena u l-popolazzjoni effettiva, bix-xahar

Sena taʼ riferenza: 2024

Population Chart

L-impatt tal-popolazzjoni turistika fuq il-popolazzjoni residenti jidher f’termini tal-intensità turistika. Hawnhekk, l-intensità tat-turiżmu hija mifhuma bħala l-proporzjon taʼ ljieli mqattgħin f’kull forma ta’ akkomodazzjoni turistika għal kull 100 resident kuljum. Fl-2024, l-intensità annwali tat-turiżmu kienet ta’ 8.2, jiġifieri għal kull 100 resident kien hemm bejn wieħed u ieħor tmien turisti. Din hija żieda taʼ turist wieħed għal kull 100 resident meta mqabbel mal-2023. L-istaġjonalità għandha impatt notevoli fuq l-intensità tat-turiżmu. Fl-2024, l-intensità tat-turiżmu laħqet l-14.2 fʼAwwissu, filwaqt li fʼDiċembru kienet taʼ 2.3. Dan ifisser li fl-eqqel xahar tat-turiżmu kien hemm kważi 12-il turist aktar għal kull 100 resident meta mqabbel max-xahar bl-aktar turiżmu baxx (Diċembru) (Tabella nru 1).

Barra li tinbidel fost l-istaġuni, l-intensità tat-turiżmu tinbidel ukoll bil-ġeografija. Id-distrett tat-Tramuntana tal-Port huwa l-akbar distrett fʼtermini taʼ popolazzjoni residenti medja taʼ nofs is-sena u għandu l-akbar popolazzjoni turistika medja annwali. Fl-2024, huwa kellu wkoll l-akbar popolazzjoni effettiva. Madankollu, meta titqies l-intensità tat-turiżmu, id-distrett tat-Tramuntana jaqbeż lid-distrett tat-Tramuntana tal-Port b’valur taʼ 14.8 meta mqabbel ma’ 13.7, li jfisser li hemm madwar turist wieħed aktar għal kull 100 resident fid-distrett tat-Tramuntana meta mqabbel mad-distrett tat-Tramuntana tal-Port (Tabella nru 2, Mappa nru 1).

Mappa nru 1. L-intensità tat-turiżmu, bid-distrett

Sena taʼ riferenza: 2024

Il-varjazzjonijiet ġeografiċi joħorġu aktar meta tkun misħarrġa l-intensità tat-turiżmu fil-livell tal-lokalità. Fl-2024, San Ġiljan kellu l-ogħla intensità tat-turiżmu bi kważi 80 turist għal kull 100 resident (79.9). Dan kien segwit mill-Belt Valletta (69.4). Tqabbila mas-sena ta’ qabel turi li l-Belt Valletta kellha l-akbar żieda fʼdik li hija intensità turistika, minħabba li din telgħet minn 53.5 għal 69.4. Dan ifisser li kien hemm kważi 16-il turist aktar għal kull 100 resident fil-Belt Valletta fl-2024 meta mqabbel mal-2023 (Tabella nru 4).

L-impatt tal-popolazzjoni turistika jistaʼ jitkejjel ukoll fʼtermini tad-daqs taż-żona ġeografika. Id-densità tal-popolazzjoni tkejjel l-għadd ta’ persuni għal kull kilometru kwadru u l-impatt tat-turiżmu fuq id-densità tal-popolazzjoni jista’ jsir magħruf billi tinħadem id-densità bl-użu tal-popolazzjoni effettiva. Fl-2024, id-densità totali tal-popolazzjoni residenti taʼ nofs is-sena kienet ta’ 1,806 resident għal kull kilometru kwadru. Meta titqies ukoll il-popolazzjoni turistika medja annwali, din titla’ għal 1,954 persuna għal kull kilometru kwadru. Fil-livell distrettwali, l-akbar impatt jinħass fid-distrett tat-Tramuntana tal-Port. Fl-2024, id-densità tal-popolazzjoni residenti ta’ nofs is-sena kienet taʼ 7,503 residenti għal kull kilometru kwadru, imma meta jitqies ukoll l-għadd medju ta’ turisti fʼdan id-distrett, fl-2024 din titlaʼ bi ftit aktar minn 1,000 persuna għal kull kilometru kwadru, u tilħaq it-8,527 (Tabella nru 3).

Fost il-lokalitajiet li għandhom l-ogħla volumi taʼ turiżmu, id-densità tal-popolazzjoni żdiedet ħafna meta tqieset ukoll il-popolazzjoni turistika. Fl-2024, id-densità tal-popolazzjoni residenti ta’ nofs is-sena fʼTas-Sliema kienet ta’ 17,148 resident kull kilometru kwadru. Din titlaʼ għal 23,929 persuna kull kilometru kwadru meta tgħodd il-popolazzjoni medja annwali tat-turiżmu fil-lokal. Fl-2024, San Ġiljan kellu densità tal-popolazzjoni effettiva aktar baxxa meta mqabbel maʼ Tas-Sliema (16,450), imma kellu l-akbar żieda f’termini assoluti meta jitqies l-għadd ta’ persuni addizzjonali għal kull kilometru kwadru – 7,308 persuni (Tabella nru 5).

Differenzi staġjonali fil-lokalitajiet ewlenin tat-turiżmu

Fix-xahar ewlien taʼ Awwissu, San Ġiljan kellu l-akbar intensità tat-turiżmu, u laħaq il-126.4 turist għal kull 100 resident, tnaqqis żgħir meta mqabbel mal-2023. Warajh, kien hemm il-Belt Valletta bʼintensita’ turistika taʼ 82.0, żieda ta’ 5.5 fuq is-sena ta’ qabel (Tabella nru 6, Mappa nru 2).

Mappa nru 2. L-intensità tat-turiżmu fis-sitt lokalitajiet ewlenin tat-turiżmu fʼAwwissu 2024

Xahar taʼ riferenza: Awwissu 2024

Fʼdik li hija popolazzjoni effettiva matul ix-xahar ewlien, l-istima taʼ San Pawl Il-Baħar kienet ta’ 58,155. Warajh, kien hemm Tas-Sliema bʼ35,476. Dawn iż-żewġ lokalitajiet kellhom żidiet ta’ 12.9 fil-mija u 4.7 fil-mija fuq l-2023, rispettivament (Tabella nru 6, Mappa nru 3, Ċart nru 2).

Fix-xahar taʼ Diċembru, li huwa xahar baxx għat-turiżmu, l-intensità tat-turiżmu kienet l-ogħla fil-Belt Valletta, għalkemm ħafna inqas mill-valur li deher fʼAwwissu (49.5) (Tabella nru 8, Ċart nru 3).

Mappa nru 3. Il-popolazzjoni effettiva fis-sitt lokalitajiet ewlenin tat-turiżmu fʼAwwissu 2024

Xahar taʼ riferenza: Awwissu 2024

Ċart nru 2. Il-popolazzjonijiet taʼ nofs is-sena tar-residenti u tat-turisti, u l-popolazzjoni effettiva fis-sitt lokalitajiet ewlenin tat-turiżmu

Xahar taʼ riferenza: Awwissu 2024

Chart 2

Ċart nru 3. L-intensità tat-turiżmu fis-sitt lokalitajiet ewlenin tat-turiżmu

Xhur taʼ riferenza: Awwissu u Diċembru 2024

Tourism Intensity by

Id-densità tal-popolazzjoni fʼAwwissu, xahar ewlien għat-turiżmu, tiżdied ħafna fil-lokalitajiet li għandhom volumi għoljin ta’ turiżmu. Fl-2024, Tas-Sliema kellha l-ogħla densità ta’ popolazzjoni meta tqis li l-popolazzjoni turistika flimkien maʼ dik residenti laħqet is-27,374 persuna kull kilometru kwadru. Din hija żieda ta’ aktar minn 10,000 persuna kull kilometru kwadru fuq il-popolazzjoni residenti. Għalkemm id-densità effettiva tal-popolazzjoni ġenerali f’Awwissu kienet inqas fʼSan Ġiljan minn dik fʼTas-Sliema, iż-żieda fid-densità kienet akbar, bi 11,553 persuna addizzjonali kull kilometru kwadru. Fix-xahar turistiku baxx ta’ Diċembru, id-densità tal-popolazzjoni baqgħet l-ogħla fʼTas-Sliema, għad li ż-żieda fid-densità tal-popolazzjoni meta tgħodd it-turisti kienet bejn wieħed u ieħor tliet darbiet inqas minn dik ta’ Awwissu (Tabella nru 8, Ċart nru 4).

Ċart nru 4. Id-densità tal-popolazzjoni taʼ nofs is-sena, taʼ Awwissu u taʼ Diċembru fis-sitt lokalitajiet ewlenin tat-turiżmu

Sena taʼ riferenza: 2024

Population Density

Methodological Notes

  1. Conceptual definitions:

Tourist population: The number of tourists per day in a given time period (month, quarter or year) and geographical area, after accounting for outbound tourists. Refer to conceptual definition outbound tourist correction for further details. Totals of the tourist population may not match exactly across different time periods because the figures are estimated as an average per day within each specific period. Therefore, summing the averages from smaller periods—such as quarters—to get a yearly total will not equal the estimate calculated over the entire year. Totals also may not tally across geographical area breakdowns – refer to note locality of longest stay for more details.

Outbound tourist correction: Since Maltese residents travel abroad at the same time as inbound tourists arrive, the tourism figures are adjusted to reflect this. Outbound tourist nights data for the applicable time period (month, quarter, or year) are extracted from TOURSTAT. This data are then distributed by locality using the harmonized distribution of outbound tourists by locality and district from the National Tourism Survey (NTS). An estimate of the net tourists nights was then calculated by subtracting the outbound tourist nights from the inbound estimates. Note that since the NTS only covers the population aged 15 and over, a small discrepancy may exist in the corrected figures.

● Locality of longest stay:

a. The locality of longest stay, as collected by the TOURSTAT survey, is being used as the reference locality.

b. The locality of longest stay is the locality in which the tourists have spent most of their nights while in MALTA. If a tourist stays in multiple localities during their stay, all nights are assigned to the locality where they spent most of their nights.
E.g. An inbound tourist spends a total of 10 nights in MALTA: 8 in San Ġiljan, and 2 in Valletta. The locality of longest stay is San Ġiljan, and all 10 nights are attributed to this locality.

c. In some cases, no primary locality is specified, such as when a person stays in a different location each night. When compiling estimates at lower geographical breakdowns, such as locality, these cases are excluded. However, for country-level data, all inbound tourist nights are included. As a result, totals for estimates broken down by geographic areas may not match the country-level totals presented across different tables.

Geographical information

a. The 68 localities are grouped into 6 districts (local administrative units) – Southern Harbour, Northern Harbour, South Eastern, Western, Northern and Gozo and Comino. More details on how the localities are grouped can be found from the Districts (Local Administrative Unit).

b. The areas, in km2, used for the calculation of all population density estimates are as tabulated below:

Styled Table
Malta
315.0
Styled Table
Southern Harbour Northern Harbour South Eastern Western Northern Gozo & Comino
26.2 24.0 50.1 72.4 73.6 68.7
Styled Table
San Ġiljan San Pawl il-Baħar Tas-Sliema Il-Mellieħa Il-Gżira Valletta
1.6 14.5 1.3 22.6 1.0 0.8

Usually resident population: Refers to all persons who have their usual residence in a Member State at the reference time.

Usual residence: Refers to the place where a person normally spends the daily period of rest, regardless of temporary absences for purposes of recreation, holidays, visits to friends and relatives, business, medical treatment or religious pilgrimage. Usual residents of a specific geographical area are:

i. Those who have lived in their place of usual residence for a continuous period of at least 12 months before the reference time; or 

ii. Those who arrived in their place of usual residence during the 12 months before the reference time with the intention of staying there for at least one year.

●  Mid-year population: Calculated by averaging start-of-the-year and end-year usual resident population estimates. The estimate would be the average population as at the end of June.

2. Variable Definitions:

Time period (t): Number of days in the given time period under consideration. E.g. If the month August is being analysed, t = 31.

Area (A): The area in the locality/district/region under review.

Mid-year population (P mid): The average of the beginning and end-year estimation of the number of residents in the locality/district/region under review.

Tourist nights (tourn): Number of tourist nights in a given time period (t) and in the locality/district/region under review.

Tourist nights per day (tournpd): The effective number of tourists per day over a given time period (t) and in the locality/district/region under review. This figure takes into account outbound tourism. This figure is also referred to as the tourist population.

Tourism intensity (Ti): The number of tourist nights in all forms of accommodation (rented and non-rented) per 100 residents per day, in a given time period (t) and in the locality/district/region under review. The superscript inbound and outbound distinguishing between the two tourism populations.

Tourism density (Td): The number of tourist nights in all forms of accommodation (rented and non-rented) per day per km2, in a given time period (t) and in the locality/district/region under review.

Effective population (Peff): The mid-year population plus the tourist nights per day in a given time period (t) and in the locality/district/region under review.

3. Equations:

(1)  equation1

(2) equation2

(3)   equation3

(4) equation4

4. Data Sources:

Styled Table
Component Source Metadata
Inbound and Outbound tourist nights data by date of departure. TOURSTAT Survey - Living Conditions and Tourism Unit https://nso.gov.mt/themes_sources___met/tourstat-survey/
Outbound tourist locality of residence information by month of departure. National Tourism Survey - Living Conditions and Tourism Unit https://nso.gov.mt/themes_sources___met/national-tourism-survey/
Mid-year population estimates Population and Migration Unit https://metadata.nso.gov.mt/reports/DEMOREG_SIMS_2021.pdf

5. The locality of residence for outbound tourists is obtained from the National Tourism Survey (see note outbound tourist correction). However, the survey’s reference period is the quarter of arrival, whereas for consistency with TOURSTAT data (which provides tourist nights), the quarter of departure is required. Consequently, data from more recent rounds of the National Tourism Survey may include tourists who departed in previous quarters of 2023 and were not captured in the data used at the time of analysis. Estimates produced by geographical breakdown for 2023 were therefore revised to adjust for the locality distribution available in the most recent data from the National Tourism Survey.

2023 figures have been revised when compared to those figures published in the Tourism Intensity Statistical Insight.

6. A detailed news release calendar is available online.

7. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

8. For further assistance send your request through our online request form.

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content