Home » L-Istatistika taċ-Ċinemas: 2023
Fl-2023, kien hemm sitt stabbilimenti taċ-ċinema li kellhom b’kollox 23 skrin u kapaċità ta’ 3,881 post bilqiegħda (Tabelli nri 1 u 2). Minn dawn is-sitt ċinemas, tnejn kienu jinsabu f’Għawdex.
Is-sena li għaddiet kienu murijin total ta’ 385 titlu ta’ film fi 30,742 wirja, u għaldaqstant dan jammonta għal medja ta’ 80 wirja għal kull film. Għall-wiri ta’ dawn il-films, is-swali taċ-ċinemas rreġistraw udjenza ta’ 594,087. Il-produzzjonijiet Maltin, li ħafna minnhom kienu tax-xorta tal-films qosra aktar milli ta’ films prinċipali, kellhom 4,884 entratura b’total ta’ dħul gross li laħaq is-€20,457 fʼ143 wirja. Min-naħa l-oħra, produzzjonijiet barranin, li minbarra l-films tradizzjonali kienu jinkludu wkoll iċ-ċinema tal-avvenimenti, kellhom 589,203 entratura b’total ta’ dħul gross li ammonta għal €4,488,290 fi 30,599 wirja (Tabella nru 4a).
Matul l-2023, l-udjenzi taċ-ċinema kellhom għażla ta’ 385 titlu differenti ta’ films, li l-biċċa l-kbira tagħhom kienu films taʼ finzjoni. Dawn il-films ġibdu lejhom 73.8 fil-mija tal-entraturi kollha (Tabella nru 8).
L-aktar films popolari kienu ‘Barbie’, ‘The Little Mermaid’ u ‘The Super Mario Bros. Movie’ li rreġistraw 8.8 fil-mija, 4.7 fil-mija u 4.7 fil-mija oħra tal-entraturi kollha, rispettivament (Tabella nru 9).
Il-biċċa l-kbira tal-films murijin fis-swali taċ-ċinemas kienu kklassifikati bħala “12A” u “15” fʼtermini tal-klassifikazzjoni tal-età. Fil-fatt, 28.1 fil-mija tal-films ipprojettati fl-2023 kienu kklassifikati bħala “12A”, filwaqt li 35.1 fil-mija kienu kklassifikati bħala “15”. Min-naħa l-oħra, sebgħa fil-mija biss tal-projezzjonijiet kienu kklassifikati bħala “18” (Tabella nru 10).
Is-sena li għaddiet, 61 fil-mija tal-films murijin damu bejn 76 u 120 minuta (Tabella nru 11). Il-wirjiet tal-tip “Live/Encore”, inklużi opri, balletti, u teatru, kellhom l-itwal ħin b’medja ta’ 150 minuta. Min-naħa l-oħra, il-films taʼ animazzjoni kellhom l-iqsar ħin ta’ dewmien bʼmedja ta’ 87 minuta (Ċart nru 6).
Is-sena l-oħra, is-swali taċ-ċinemas kienu qegħdin iħaddmu medja ta’ 110 persuni, li l-maġġoranza tagħhom kienu mqabbda fuq bażi part-time (Tabella nru 12).
per cent
No Data Found
No Data Found
1. A cinema establishment is defined as a fixed commercial business installation primarily engaged in the commercial projection of cinematographic audio-visual works (in 35mm and/or digital format using a minimum of 1.3K resolution), through a regular film programming schedule and ticketing system.
2. Information in this news release was obtained through a survey carried out among all active cinema establishments in Malta and Gozo during the reference year 2023.
3. In this survey:
● a film title refers to a single film that is screened across the various cinema establishments;
● a film show, also includes feature films; short films; opera, ballet and theatre performances broadcasted from foreign theatres; music concerts broadcasted from abroad; and art exhibitions on screen etc.;
● a screening refers to the number of times a film title is shown in the Maltese Islands irrespective of the cinema establishment which projects it.
4. Film details were verified with the Europa Cinemas and IMDB websites.
5. The survey is dependent on the information provided to the NSO by respondents. While every effort has been made to minimise the extent of under-reporting, the NSO is not responsible for inaccuracies that may emerge as a result of such under-reporting.
6. Totals may not add up due to rounding.
7. The data in this release should be considered as final, although minor revisions may be necessary subject to further provision of data.
8. A detailed news release calendar is available online.
9. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
10. For further assistance send your request through our online request form.