Stqarrijiet tal-aħbarijiet

L-Istħarriġ dwar il-Postijiet tax-Xogħol Vakanti (JVS): K3/2025

NR 232/2025
Data tal-Ħruġ: 12 taʼ Diċembru 2025

shutterstock_520314379
  • Fit-tielet kwart tal-2025, kien hemm bʼkollox 9,798 post tax-xogħol vakant.
  • L-oqsma tal-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport u l-ħażna, l-akkomodazzjoni u l-attivitajiet tas-servizz tal-ikel flimkien mal-attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi, u l-attivitajiet ta’ amministrazzjoni u ta’ servizz ta’ appoġġ ħalqu aktar minn nofs il-postijiet tax-xogħol vakanti fit-tielet kwart tal-2025.
  • L-intrapriżi ż-żgħar li jħaddmu minn 1 sa 49 impjegat kellhom 48.7 fil-mija tal-postijiet vakanti, filwaqt li s-sehem ta’ postijiet vakanti maħluqin minn kumpaniji b’250 impjegat jew aktar laħaq l-20.6 fil-mija.
  • Is-settur privat iddomina s-suq tal-postijiet tax-xogħol vakanti u rrappreżenta 92.4 fil-mija minnhom, filwaqt li s-settur pubbliku kellu sehem ta’ 7.6 fil-mija.

L-Istħarriġ dwar il-Postijiet tax-Xogħol Vakanti (JVS): K3/2025

L-Istħarriġ dwar il-Postijiet tax-Xogħol Vakanti (JVS): K3/2025

NR 232/2025
Data tal-Ħruġ: 12 taʼ Diċembru 2025

Fit-tielet kwart tal-2025, l-għadd taʼ postijiet tax-xogħol vakanti kien taʼ 9,798, żieda taʼ 14.2 fil-mija fuq l-istess perjodu tal-2024.
shutterstock_520314379

Din l-istqarrija tal-aħbarijiet tagħti r-riżultati tal-Istħarriġ dwar il-Postijiet tax-Xogħol Vakanti (JVS). Dan l-istħarriġ, li jsir taʼ kull tliet xhur mal-intrapriżi, jagħti għarfien dwar id-domanda għax-xogħol billi jistima l-għadd ta’ postijiet vakanti u postijiet mimlijin.

Postijiet tax-xogħol vakanti

Fit-tielet kwart tal-2025, kien hemm b’kollox 9,798 post vakant fʼintrapriżi li jħaddmu persuna waħda jew aktar. Dan l-ammont fisser żieda ta’ 14.2 fil-mija fuq l-istess perjodu tas-sena taʼ qabel (Ċart nru 1, Tabella nru 1).

Ċart nru 1. L-għadd taʼ postijiet tax-xogħol vakanti u mimlijin
Industrial Production Chart

L-oqsma tal-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, tat-trasport u l-ħażna, tal-attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u tal-ikel, tal-attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi, u tal-attivitajiet ta’ amministrazzjoni u ta’ servizz ta’ appoġġ ħalqu aktar minn nofs il-postijiet vakanti kollha fit-tielet kwart tal-2025. Min-naħa l-oħra, is-settur tal-attivitajiet tal-proprjetà immobbli rreġistra l-inqas għadd ta’ postijiet tax-xogħol vakanti, li kien fil-livell ta’ 1.1 fil-mija tal-għadd kollu tas-sejħiet għall-applikazzjoni fʼK3 2025 (Ċart nru 2, Tabella nru 1).

L-oqsma tal-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, tat-trasport u l-ħażna, u tal-akkomodazzjoni u l-attivitajiet tas-servizz tal-ikel irreġistraw l-ogħla żieda, sena għal sena, fl-għadd ta’ postijiet vakanti bʼżieda taʼ 638 post vakant għal total taʼ 2,904 vakanzi. Warajhom, kien hemm l-oqsma tal-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-ħidma soċjali li kellhom żieda taʼ 529 vakanza. Għall-kuntrarju, l-arti, id-divertiment u r-rikreazzjoni; attivitajiet oħra taʼ servizz kellhom l-akbar tnaqqis meta mqabblin ma’ K3 2024, bi tnaqqis taʼ 81 post vakant (Tabella nru 1).

Ċart nru 2. Il-postijiet tax-xogħol vakanti bl-attività ekonomika tal-intrapriża
Industrial Production Chart

Id-data turi wkoll relazzjoni negattiva bejn id-daqs tal-intrapriża u l-għadd ta’ postijiet tax-xogħol vakanti. Għaldaqstant, l-intrapriżi ż-żgħar (1-49 impjegat) għoddhom ikkontribwew nofs il-postijiet vakanti, filwaqt li l-kumpaniji b’250 impjegat jew aktar iġġeneraw 20.6 fil-mija tal-postijiet vakanti  f’K3 2025 (Ċart nru 3, Tabella nru 2).

Ċart nru 3. Il-postijiet tax-xogħol vakanti bil-klassi tad-daqs tal-intrapriża
Industrial Production Chart

Fis-settur privat, il-postijiet tax-xogħol vakanti żdiedu bʼ866 bejn it-tielet kwart tal-2024 u t-tielet kwart tal-2025, u kienu jgħoddu bʼkollox 9,049, filwaqt li fis-settur pubbliku kien hemm 749 post tax-xogħol vakanti matul l-istess perjodu (Tabella nru 3). Kif turi Ċart nru 4, is-settur privat għadu jiddomina fis-suq tal-postijiet tax-xogħol vakanti u jirrappreżenta 92.4 fil-mija tal-postijiet tax-xogħol vakanti kollha, u jħalli lis-settur pubbliku b’sehem ta’ 7.6 fil-mija (Ċart nru 4).

Ċart nru 4. Il-postijiet tax-xogħol vakanti bis-settur ekonomiku

K3 2024

Industrial Production Chart

K3 2025

Industrial Production Chart

Postijiet tax-xogħol mimlijin

Matul it-tielet kwart tal-2025, l-għadd kollu ta’ postijiet tax-xogħol mimlijin fi ħdan l-intrapriżi li jħaddmu mill-inqas impjegat wieħed kien ta’ 278,789. Aktar minn nofs dawn il-postijiet kienu rreġistrati fl-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-ħidma soċjali u fil-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, fit-trasport u l-ħażna, u fl-akkomodazzjoni u l-attivitajiet tas-servizz tal-ikel. Fi żmien sena, is-settur tal-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-ħidma soċjali flimkien mas-settur tal-attivitajiet tal-proprjetà immobbli rreġistraw tkabbir ta’ 7.3 fil-mija u 6.7 fil-mija, rispettivament. Fit-tielet kwart tal-2025, 40.0 fil-mija tal-postijiet tax-xogħol mimlijin kienu stmati li qegħdin f’intrapriżi li jħaddmu 250 impjegat jew aktar. Intrapriżi li kellhom magħhom bejn 50 u 249 impjegat kienu jgħoddu aktar minn wieħed minn kull erbgħa tal-postijiet mimlijin (Ċart nru 1, Tabelli nri 4 u 5).

Il-postijiet tax-xogħol mimlijin fis-settur privat kienu jilħqu l-219,307, jiġifieri 78.7 fil-mija tal-impjiegi kollha. Is-settur pubbliku, min-naħa l-oħra, kellu 59,482 jew 21.3 fil-mija tal-impjiegi (Tabella nru 6).

Rata ta’ postijiet tax-xogħol vakanti

Fit-tielet kwart tal-2025, 3.4 fil-mija tal-impjiegi f’Malta kienu vakanti. Bʼhekk, żdiedu b’0.2 punti perċentwali meta mqabblin mat-tliet xhur taʼ qabel u b’0.3 punti percentwali meta mqabblin mat-tielet kwart tal-2024 (Ċart nru 5, Tabella nru 7). Ir-rata ta’ postijiet tax-xogħol vakanti kienet l-ogħla fl-attivitajiet tal-informatikà u l-komunikazzjoni (5.1 fil-mija), filwaqt li l-qasam tal-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-ħidma soċjali rreġistra l-aktar rata baxxa taʼ postijiet tax-xogħol vakanti (1.8 fil-mija) (Tabella nru 7).

Intrapriżi żgħar, li jħaddmu bejn 1 u 49 impjegat, urew rata ogħla ta’ postijiet tax-xogħol vakanti – 4.8 fil-mija, li jissuġġerixxi domanda akbar għax-xogħol f’dan il-qasam. L-intrapriżi l-kbar, li jħaddmu 250 impjegat jew aktar, urew rata aktar baxxa ta’ postijiet tax-xogħol vakanti – 1.8 fil-mija (Tabella nru 8).

Fit-tielet kwart tal-2025, is-settur privat irreġistra rata ta’ 4.0 fil-mija ta’ postijiet tax-xogħol vakanti. Min-naħa l-oħra, 1.2 fil-mija tal-impjiegi fis-settur pubbliku kienu vakanti matul l-istess perjodu (Tabella nru 9).

Ċart nru 5. Ir-rata tal-postijiet tax-xogħol vakanti

bʼrabta mar-rata tal-qgħad

Job Vacancy & Unemployment Rates

Methodological Notes

1. The Job Vacancy Survey (JVS) is a quarterly enterprise survey carried out with over 3,200 entities employing one or more employees. Administrative sources are used to compile information relating to the public sector.

2. The objective of this survey, as laid down in the regulation (EC) No. 453/2008, is to provide information on the demand for labour at a reference date across units employing one or more employees and engaged in NACE sections B-S. The economic activity is classified according to NACE Rev. 2 (Nomenclature générale des Activités économiques dans les Communautés Européennes).

3. Definitions:

● A job vacancy is defined as a paid post that is newly created, unoccupied, or about to become vacant, for which the employer is taking active steps and is prepared to take further steps to find a suitable candidate from outside the enterprise concerned, and the employer intends to fill either immediately or within a specific period of time.

Active steps to find a suitable candidate include:

notifying the job vacancy to the public employment services;
contacting a private employment agency;
advertising the vacancy in the media, for example, internet, newspapers and magazines;
advertising the vacancy on a public notice board;
approaching, interviewing or selecting possible candidates/potential recruits directly;
approaching employees and/or personal contacts;
using internships.

● The term ‘within a specific period of time‘ refers to the maximum time the vacancy is open and intended to be filled. When the period is unlimited, all vacancies for which active steps are ongoing after the reference date shall be reported.

● An occupied post means a paid post within the organisation to which an employee has been assigned. This value excludes all board members, self-employed owners, directors, partners and managers who are solely paid by way of profits, persons on unpaid leave, posts unoccupied due to long-term absences (e.g., parental leave or long-term sickness) together with employees of temporary employment agencies, outside contractors or consultants, and voluntary workers.

● The Job Vacancy Rate (JVR) is calculated using this formula:

JVR =
number of job vacancies
number of job vacancies + number of occupied posts
x 100

● The Job Vacancy Survey takes a snapshot of the number of job vacancies and occupied posts on a specific day, known as the reference date. For 2017, the reference date was the 30th day of the end of quarter month (i.e., March, June, September, and December). As from 2018, the reference date was the 15th day of the end of quarter month (i.e., March, June, September, and December). Starting from the first quarter of 2024, the reference date has been changed to the 28th day of the middle quarter month (i.e., February, May, August, and November).

● The unemployment rate refers to the number of unemployed persons (15-74 years) as a percentage of the total labour force (15-74 years). Unemployment rates were obtained from the Labour Force Survey (LFS).

4. Data in this news release is provisional and therefore subject to revisions. These revisions generally occur annually to align the estimates with the latest population figures. Additionally, quarterly revisions may be necessary to ensure the consistency of the data series. Also, totals may not add up due to rounding.

5. Figures that have a relative margin of error of 30 percent or more should be interpreted with caution. Such data may not be statistically representative due to the high potential for error.

6. More information relating to this news release may be accessed at:

Sources and Methods
Statistical Concepts
Metadata
NACE Rev. 2 Classification

7. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

8. Further information on the regulation (EC) No. 453/2008 can be accessed here.

9. A detailed news release calendar is available online.

10. For further assistance send your request through our online request form.

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content