Stqarrijiet tal-aħbarijiet

L-Istudenti fʼEdukazzjoni post-Sekondarja u Terzjarja: 2023-2024

NR 202/2025
Data tal-Ħruġ: 06 ta’ Novembru 2025

  • B’kollox ġew irreġistrati 32,675 student f’livelli ta’ edukazzjoni postsekondarja u terzjarja.
  • Il-maġġoranza tal-istudenti rreġistrati fil-livelli postsekondarji u terzjarji kienu nisa (53.2 fil-mija).
  • L-istudenti barranin kienu jammontaw għal 30.8 fil-mija tal-istudenti kollha rreġistrati fil-livelli postsekondarji u terzjarji.
  • Ftit aktar minn nofs l-istudenti fil-livelli postsekondarji kienu rreġistrati f’korsijiet jew programmi ta’ xeħta vokazzjonali (55.7 fil-mija).
  • L-akbar sehem ta’ reġistrazzjonijiet terzjarji kien magħmul minn studenti ta’ bejn l-20 u l-24 sena (39.1 fil-mija).

L-Istudenti fʼEdukazzjoni post-Sekondarja u Terzjarja: 2023-2024

L-Istudenti fʼEdukazzjoni post-Sekondarja u Terzjarja: 2023-2024

NR 202/2025
Data tal-Ħruġ: 06 ta’ Novembru 2025

Ir-reġistrazzjonijiet ta’ studenti f’istituzzjonijiet postsekondarji u terzjarji matul is-sena akkademika 2023-2024 żdiedu bʼ4.6 fil-mija fuq is-sena akkademika ta’ qabel, u b’kollox laħqu t-32,675.

Din l-istqarrija tinkludi studenti rreġistrati fl-edukazzjoni formali b’tul minimu ta’ semestru ta’ studju full-time (jew l-ekwivalenti f’part-time) u li jitwasslu minn Malta. L-istudenti huma inklużi irrispettivament minn jekk humiex residenti f’Malta jew barra minn Malta. Il-popolazzjoni ta’ istituzzjonijiet edukattivi kkunsidrati tinkludi istituzzjonijiet li jwasslu programmi ta’ edukazzjoni formali minn Malta, kemm online kif ukoll wiċċ imb wiċċ, fil-livell postsekondarju u terzjarju.

In-numru ta’ studenti rreġistrati fil-livell postsekondarju kien ta’ 10,399, filwaqt li 22,276 kienu rreġistrati fl-edukazzjoni terzjarja. L-ammont taʼ rġiel irreġistrati qabeż dak tan-nisa fl-edukazzjoni postsekondarja bʼ2.8 punti perċentwali, filwaqt li fl-edukazzjoni terzjarja kien hemm aktar nisa rreġistrati milli rġiel bʼ10.6 punti perċentwali (Tabella nru 1).

Studenti post-Sekondarji

Studenti postsekondarji rreġistrati fʼsixth forms u fʼistituzzjonijiet postsekondarji oħra ammontaw għal 10,399 matul is-sena akkademika 2023-2024, żieda ta’ 2.8 fil-mija fuq is-sena akkademika taʼ qabel (Tabella nru 1). Din is-sena ta’ referenza rat aktar reġistrazzjonijiet taʼ rġiel milli taʼ nisa fil-livell postsekondarju, bħalma ġara fis-sena akkademija taʼ qabel (Ċart nru 1).

Ċart nru 1. Studenti fil-livell postsekondarju bis-sena akkademika u s-sess
Students by Gender

Nota: post-Sekondarja tirreferi għal Livelli 2-4 tal-ISCED; ara nota nru 5 fil-metodoloġija.

L-akbar proporzjon ta’ studenti postsekondarji kellhom inqas minn 19-il sena (86.0 fil-mija) (Tabella nru 2). L-istudenti barranin irreġistrati fl-istituzzjonijiet postsekondarji laħqu l-1,808, li jiġu mas-17.4 fil-mija tal-istudenti kollha rreġistrati fil-livell postsekondarju (Tabelli nri 3 u 4).

Il-biċċa l-kbira tal-istudenti postsekondarji kienu rreġistrati fʼistituzzjonijiet immexxija mill-Istat (84.2 fil-mija). Ftit aktar min-nofs l-istudenti kienu rreġistrati fʼkorsijiet jew programmi taʼ xeħta vokazzjonali (55.7 fil-mija) (Tabella nru 5).

Studenti Terzjarji

L-istudenti rreġistrati fʼkorsijiet ta’ livell terzjarju ammontaw għal 22,276 matul is-sena akkademika 2023-2024, żieda ta’ 5.5 fil-mija meta mqabblin mas-sena akkademika 2022-2023 (Tabella nru 6). Dehret ukoll żieda fl-għadd sħiħ ta’ istituzzjonijiet edukattivi li joffru edukazzjoni terzjarja matul din is-sena akkademika (ara nota nru 7 fil-metodoloġija). L-istudenti nisa kienu jagħmlu 55.3 fil-mija tal-istudenti kollha rreġistrati fil-livell terzjarju (Ċart nru 2).

Ċart nru 2. Taqsim perċentwali tal-karatteristiċi tal-profil tal-istudenti fil-livell terzjarju

Noti:

  1. Terzjarju jirreferi għal Livelli 5-8 tal-ISCED; ara nota nru 6 fil-metodoloġija.
  2. Għal tagħrif dwar l-ISCED ara noti nri 9 u 12 fil-metodoloġija.

In-numru ta’ studenti fʼdan il-livell li kienu qed jistudjaw fuq bażi full-time kien jammonta għal 16,293, jew 73.1 fil-mija tat-total. Ir-reġistrazzjonijiet part-time wrew tnaqqis ta’ 8.7 fil-mija fuq is-sena akkademika taʼ qabel (Tabella nru 6). L-akbar proporzjon ta’ studenti fl-edukazzjoni terzjarja kellhom bejn 20 u 24 sena (39.1 fil-mija) (Tabella nru 7).

Matul is-sena akkademika 2023-2024, l-istudenti barranin fil-livell terzjarju ammontaw għal 8,252, daqs 37.0 fil-mija tar-reġistrazzjonijiet terzjarji kollha, fejn 21.9 fil-mija kienu ċittadini mhux tal-UE u 15.1 fil-mija kienu ċittadini oħra tal-UE (Ċart nru 2). Dan wassal għal żieda ta’ 27.0 fil-mija ta’ studenti barranin fuq is-sena akkademika taʼ qabel (Tabella nru 8).

L-akbar proporzjon ta’ studenti terzjarji kienu jsegwu korsijiet fʼlivell 6 tal-ISCED (Baċellerat jew ekwivalenti) (50.2 fil-mija), segwit mil-livell 7 tal-ISCED (Masters jew ekwivalenti) bi 32.5 fil-mija. L-istudenti Maltin kienu jiffurmaw il-maġġoranza tar-reġistrazzjonijiet fʼlivell 5 (edukazzjoni terzjarja b’ċiklu qasir), livell 6 (Baċellerat jew ekwivalenti) u livell 7 tal-ISCED (Masters jew ekwivalenti), filwaqt li fʼlivell 8 tal-ISCED (Dottorat jew ekwivalenti), il-maġġoranza tal-istudenti kienu ċittadini barranin (72.7 fil-mija) (Tabella nru 9). L-istudenti nisa qabżu l-għadd tal-irġiel fi kważi kull livell terzjarju tal-ISCED, ħlief fʼlivell 8 tal-ISCED (Dottorat jew ekwivalenti) (Ċart nru 3).

Ċart nru 3. Taqsim perċentwali tal-istudenti fil-livell terzjarju bil-livell tal-ISCED u s-sess
ISCED by Sex – 100% Stacked

Noti:

  1. Terzjarju jirreferi għal Livelli 5-8 tal-ISCED; ara nota nru 6 fil-metodoloġija.
  2. Għal tagħrif dwar l-ISCED ara noti nri 9 u 12 fil-metodoloġija.

Fil-livell terzjarju, il-qasam ta’ studju ’tan-Negozju, amministrazzjoni u liġi’ kien dak l-aktar popolari b’6,807 student, jew 30.6 fil-mija tan-numru totali ta’ studenti. Dan kien segwit mill-qasam ‘tas-Saħħa u l-benesseri’ b’5,050 student, jew 22.7 fil-mija tat-total. Il-qasam taʼ studju l-anqas popolari fil-livell terzjarju kien dak ta’ ‘Programmi u kwalifiki ġeneriċi’ bʼ0.1 fil-mija biss (Tabella nru 10).

Il-maġġoranza tal-istudenti fʼlivelli 6 u 7 tal-ISCED kienu rreġistrati l-aktar f’istituzzjonijiet immexxija mill-Istat (70.2 fil-mija u 61.9 fil-mija, rispettivament), filwaqt li dawk fʼlivelli 5 u 8 tal-ISCED kienu rreġistrati l-aktar f’istituzzjonijiet indipendenti (75.5 fil-mija u 67.1 fil-mija, rispettivament) (Tabella nru 11). L-oqsma ta’ studju tal-’Agrikoltura, forestrija, sajd u veterenija’ u tal-’Edukazzjoni’ kienu magħmulin l-aktar minn studenti Maltin (94.7 fil-mija u 93.4 fil-mija, rispettivament) (Tabella nru 12, Ċart nru 4).

Ċart nru 4. Taqsim perċentwali tal-istudenti fil-livell terzjarju bil-qasam taʼ studju u ċittadinanza
Students by Field of Study

Noti:

  1. Terzjarju jirreferi għal Livelli 5-8 tal-ISCED; ara nota nru 6 fil-metodoloġija.
  2. Għal tagħrif dwar il-Qasam ta’ Studju ara noti nri 9 u 12 fil-metodoloġija.
  3. Il-persentaġġi jistgħu ma jgħoddux għal mija fil-mija minħabba l-arrotondament.

Methodological Notes

1. Education statistics presented in this news release are processed by the National Statistics Office (NSO) on an annual basis in accordance with Regulation (EC) No 452/2008 and (EU) 912/2013. These regulations establish the basis of information to be collected from educational institutions at all levels of education and all economic sectors. By adhering to these regulations, all education statistics collected and processed by the NSO are comparable to other European countries following the same regulatory standards.

2. Figures presented in this news release are based on data available as at the cut-off date of 31st July 2025. Statistics published in this release may be subject to revisions.

3. This news release includes students enrolled in formal education with a minimum duration of one semester of full-time study (or the equivalent in part-time) and that are delivered from Malta. Students are included irrespective of whether they are residing in Malta or abroad.

4. Data collection covers all students enrolled in the respective institutions as at 31st March of the reference academic year.

5. For the purpose of this news release, post-secondary level refers to students enrolled in Sixth Forms, the Malta College of Arts, Science and Technology (MCAST), Institute of Tourism Studies (ITS), University of Malta (UM), and other public and private institutions offering courses at ISCED levels 2 to 4 (also refer to note 9).

6. For the purpose of this news release, tertiary level refers to students enrolled at the Malta College of Arts, Science and Technology (MCAST), Institute of Tourism Studies (ITS), University of Malta (UM), and other public and private institutions offering courses at ISCED levels 5 to 8 (also refer to note 9).

7. The population of educational institutions considered for the purpose of this news release include institutions delivering formal education programmes from Malta at post-secondary and tertiary level:

Academic Year
2021-2022 2022-20232023-2024
Total number of institutions offering courses at post-secondary and tertiary education 59 6673
of which:
         Offering courses at post-secondary education (ISCED 2-4) 28 2930
         Offering courses at tertiary education (ISCED 5-8) 43 4752

Notes:
     1.The population of educational institutions considered for the purpose of this news release include institutions delivering formal education programmes from Malta at post-secondary and tertiary level:
     2. Institutions offering courses at both post-secondary and tertiary are counted in each category. Therefore, the total refers to the unique number of institutions and does not tally with the summation of the sub-categories.

8. Education Statistics data is provided by NSO to Eurostat on an annual basis in a dedicated questionnaire as established by Regulation (EC) No 452/2008 and (EU) 912/2013.

9. Definitions:

● Age is calculated as at 1st January of the reference academic year. For example, for academic year 2022-2023, age is calculated as at 1st January 2024.

● Education means organised and sustained communication designed to bring about learning (vide Regulation (EC) No. 452/2008).

● Fields of study (ISCED Fields of Education and Training 2013): The ISCED Fields of Education and Training 2013 classifies educational programmes and related qualifications by fields of study. A field is the broad domain, branch or area of content covered by an education programme or qualification. For more information refer to the International Standard Classification of Education – Fields of education and training 2013 (ISCED-F 2013).

● Formal education is an institutionalised, intentional and planned type of education which is provided by public organisations and recognised private bodies. It consists primarily of initial education designed for children and young people before their first entry to the labour market. It also includes other types of education such as vocational, special needs and adult education provided they are recognised as part of the formal education system by the relevant national education authorities.

● General education is defined as educational programmes that are designed to develop learners’ general knowledge, skills and competencies, as well as literacy and numeracy skills, often to prepare participants for more advanced education programmes at the same or a higher ISCED level and to lay the foundation for lifelong learning. These programmes are typically school-based or college-based. General education includes education programmes that are designed to prepare participants for entry into vocational education but do not prepare for employment in a particular occupation, trade or class of occupations or trades, nor lead directly to a labour market-relevant qualification.

● International Standard Classification of Education – ISCED 2011 is a framework for assembling, compiling, and analysing cross-nationally comparable statistics on education. ISCED belongs to the United Nations International Family of Economic and Social Classifications and is the reference classification for organising education programmes and related qualifications by levels and fields of education. ISCED is designed to serve as a framework to classify educational activities as defined in programmes and the resulting qualifications into internationally agreed categories. For more information refer to the ISCED 2011 manual.

ISCED levels are based on ISCED 2011 classification:

ISCED 0 – Early childhood and pre-primary education
ISCED 1 – Primary education
ISCED 2 – Lower secondary education
ISCED 3 – Upper secondary education
ISCED 4 – Post-secondary non-tertiary education
ISCED 5 – Short-cycle tertiary education
ISCED 6 – Bachelor’s or equivalent level
ISCED 7 – Master’s or equivalent level
ISCED 8 – Doctoral or equivalent level 

● Locality of residence: The locality of residence is the locality where students are residing during the academic year, as registered by the institution. Students registering a foreign address of residence are reported as ‘foreign residence’, whilst students having missing information relating to the locality of residence are reported as students with an unspecified locality.

● Vocational education is defined as educational programmes that are designed for learners to acquire the knowledge, skills and competencies specific to a particular occupation, trade, or class of occupations or trades. Such programmes may have work-based components (e.g. apprenticeships, dual-system education programmes). Successful completion of such programmes leads to labour market-relevant, vocational qualifications acknowledged as occupationally oriented by the relevant national authorities and/or the labour market.

10. Totals/percentages may not add up due to rounding.

11. Figures related to district of residence in academic year 2021-2022 and 2022-2023 (Table 6) have been revised.

12. More information relating to this release may be accessed at:

Sources and Methods
ISCED 2011 Classification
ISCED Fields of Education and Training 2013
LAU Classification

13. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

14. European statistics related to students are available here.

15. For further assistance send your request through our online request form.

16. A detailed news release calendar is available online.

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content