News Releases

L-Istħarriġ tal-Pubblikaturi: 2022

NR 019/2024
Data tal-Ħruġ: 30 ta’ Jannar 2024

Fl-2022, inħarġu b’kollox 545 ktieb ġdid mill-pubblikaturi attivi lokali tal-kotba.
Book,In,Library,With,Open,Textbook,education,Learning,Concept

Stimi tal-Istħarriġ tal-Pubblikaturi juru li, fl-2022, l-għadd taʼ kotba ġodda maħruġin żdied bʼ5.2 fil-mija meta mqabbel mas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1). Min-naħa tagħhom, l-ISBNs ġodda li nħarġu għall-pubblikaturi żdiedu bʼ7.2 fil-mija sabiex laħqu il-566. Fl-2022, 81.7 fil-mija taʼ dawn l-ISBNs ġodda nħarġu għall-pubblikaturi kbar, li għall-għanijiet taʼ din l-istqarrija tal-aħbarijiet huma kklassifikati bħala dawk li jkunu nħarġulhom 11-il ISBN jew aktar (Ċart nru 1).

Ċart nru 1. L-għadd taʼ ISBNs ġodda bid-daqs tal-pubblikatur

Drag to view in full

L-Ingliż u l-Malti kienu l-lingwi li bihom ġew maħruġin il-biċċa l-kbira tal-kotba, bi 52.7 fil-mija tal-pubblikaturi joħorġu kotba b’kull waħda minn dawn iż-żewġ ilsna (Tabella nru 3).

Ir-riżultati tal-istħarriġ urew li, fl-2022, 78.2 fil-mija tal-pubblikaturi ħadmu ma’ tliet edituri jew inqas, filwaqt li 32.7 fil-mija minnhom ħadmu mingħajr ma involvew l-ebda editur (Tabella nru 5).

Dan l-istħarriġ wera li 63.6 fil-mija tal-pubblikaturi ħadmu f’tim ta’ nies. Għal 10.9 fil-mija ta’ dan l-għadd, dan it-tim kien magħmul minn kollaboraturi freelance, filwaqt li 23.6 fil-mija kellhom membri tat-tim interni u 29.1 fil-mija użaw taħlita taż-żewġ tipi ta’ membri tat-tim (Tabella nru 7).

B’mod konsistenti mal-ħarġiet tas-sentejn taʼ qabel fʼdin is-serje, il-biċċa l-kbira tal-pubblikaturi komplew jissieħbu ma’ tliet awturi jew inqas, b’60.0 fil-mija minnhom ikunu mqabbdin ma’ tliet kittieba jew inqas (Tabella nru 8).

 

Ċart nru 2. Il-pubblikaturi bil-kategorija tagħhom

No Data Found

Ċart nru 3. ISBNs ġodda maħruġin lill-pubblikaturi

No Data Found

Meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, kienet irreġistrata żieda ta’ 31.2 fil-mija fil-bejgħ ta’ kotba stampati biex b’kollox laħqu 548 titlu, li minnhom 415-il titlu kienu pubblikazzjonijiet kummerċjali, filwaqt li 133 kienu pubblikazzjonijiet edukattivi. (Ċarts nri 4a u 4b).

Ċart nru 4a. Kotba mibjugħin fil-forma diġitali

Drag to view in full

Ċart nru 4b. Kotba mibjugħin fil-forma stampata

Drag to view in full

Dwar il-mezzi użati għall-bejgħ tal-kotba mill-pubblikaturi Maltin, instab li l-mezzi online kienu dawk l-aktar użati, b’total ta’ 437 titlu mibjugħin bʼdan il-mod, kemm għall-qasam tal-kotba kummerċjali kif ukoll għall-kotba edukattivi (Ċart nru 6).

Ċart nru 5. L-għadd taʼ kotba kummerċjali u edukattivi skont il-mezz li bih kienu mibjugħin

No Data Found

Drag to view in full

Methodological Notes

1. The book publishing industry covers activities at any stage of producing and distributing print or digital publications in all their manifestations. It includes but is not limited to editorial and design processes, sales, marketing, printing, and distribution.

2. This survey was done in collaboration with the National Book Council.

3. Information in this news release was obtained through a survey carried out among all active publishers in Malta and Gozo and covering reference year 2022. Self-publishers, newspapers and magazines were excluded from this survey.

4. For the purposes of this news release, publishing entities are classified as follows: ‘Small’ being publishing entities with less than four new ISBNs, ‘Medium’ being publishing entities with four to ten new ISBNs, and ‘Large’ being publishing entities with 11 or more new ISBNs.

5. The survey was launched in June 2023, and the fieldwork was completed by October 2023. The number of active publishing entities for the period under review was of 55, and the overall final response rate was of 61.8 per cent.

6. To ensure high quality of data, all questionnaires were vetted, and any queries were verified with the respondents. In the case of any missing variables, these were imputed with the appropriate statistical methods.

7. In order to mitigate the impact on non-response, weights were calculated and applied accordingly. The weighting of the survey was based on the number of ISBNs issued for each publisher.

8. Data on ISBNs covered in this survey cannot be compared to other national and official registered records. The latter may include a unique ISBN for each format of the editions of a book title published; a unique ISBN for the same book title when published in different languages; and a unique ISBN for the book title’s hardback and paperback editions, if any.

9. Publishers and booksellers were impacted by COVID-19-related measures and restrictions. The Malta Book Festival was held online in 2020, and took place with significant restrictions in place in 2021.

10. In this survey: 

● A book/monograph/title is defined as a non-serial publication completed in one volume or a finite number of volumes. A book can consist of text composition, drawings, photographs, comics and music sheets. A book can be in printed format, digital format such as e-books or in other formats such as audio books.

● A book has a national or international identifier such as International Standard Book Number (ISBN), Digital Object Identifier (DOI) and Amazon Standard Identification Number (ASIN)

Trade publishing refers to books intended for the consumer market and distributed through various channels. It includes a wide variety of genres in fiction, non-fiction, children’s and young adult books.

Educational publishing refers to books intended for teaching in schools and educational institutions. These include the following two sub-sectors: (a) school textbooks which includes books for primary and secondary schools (Kinder to Year 11) and (b) higher education publishing, which includes books for colleges, universities, and other higher education institutions. Educational publishing include books sold to educational institutions, governments, or through specialist academic vendors and outlets.

Online/e-commerce sales channels include sales via the internet, including print, print-on-demand, e-books publications, subscriptions, and streaming. Brick and mortar sales channels includes bookshops and supermarkets, etc. Other sales channels, includes sales via direct orders to libraries and literary festivals.

Total revenue refers to net revenue generated by sales and licenses excluding value-added and/or local sales tax. The net revenue calculation should exclude discounts offered to retailers and distributors.

Market value at retail prices, is the revenue based on market prices, including deductions for discounts, value-added tax, etc.

11. A detailed news release calendar is available online.

12. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

13. For further assistance send your request through our online request form.

L-Istħarriġ tal-Pubblikaturi: 2022  

NR 019/2024
Data tal-Ħruġ: 30 ta’ Jannar 2024

Book,In,Library,With,Open,Textbook,education,Learning,Concept
  • Kważi 82 fil-mija tal-ISBNs il-ġodda maħruġin fl-2022 kienu mogħtijin lill-pubblikaturi kbar.
  • It-titli l-ġodda tal-kotba ammontaw għal 545, żieda ta’ 5.2 punti perċentwali meta mqabblin mas-sena ta’ qabel.
  • Meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, l-għadd ta’ kotba stampati mibjugħin żdied b’31.2 fil-mija u laħaq b’kollox il-548 ktieb.
  • Ftit aktar minn 58 fil-mija tal-pubblikaturi Maltin sostnew li, fl-2022, iż-żieda fl-ispiża tal-produzzjoni ta’ ktieb kienet ta’ inqas minn 20 fil-mija meta mqabbla mas-sena ta’ qabel.

L-Istħarriġ tal-Pubblikaturi: 2022

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content