Home » Il-Fatalitajiet fuq ix-Xogħol: 2022-2023
F’din l-istqarrija tal-aħbarijiet, it-tagħrif mogħti jagħti ħarsa ġenerali lejn l-imwiet fuq il-post tax-xogħol li ġraw fl-2022 u l-2023. Kif turi Tabella nru 1, l-imwiet kollha fuq ix-xogħol li ġraw fl-aħħar sentejn kienu jinvolvu l-irġiel. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, il-vittmi kellhom bejn il-25 u l-34 sena jew 55 sena jew aktar (Tabella nru 2).
L-aċċidenti fatali fuq ix-xogħol ġraw l-aktar fid-distrett tan-Nofsinhar tal-Port, li kien segwit mid-distrett tat-Tramuntana tal-Port (Tabella nru 3). Sittin fil-mija tal-aċċidenti fatali li ġraw fl-aħħar sentejn kienu jinvolvu ċittadini Maltin; bl-40.0 fil-mija l-oħra kienu jinvolvu ċittadini mhux tal-UE (Tabella nru 4). Tlieta minn kull erbgħa aċċidenti fatali fuq ix-xogħol involvew impjegati (Tabella nru 5).
No Data Found
L-intrapriżi li jħaddmu bejn 50 u 249 impjegat irreġistraw l-akbar għadd taʼ mwiet fuq ix-xogħol. Min-naħa l-oħra, l-intrapriżi li jħaddmu minn 250 sa 499 impjegat ma rreġistraw l-ebda mewta fuq ix-xogħol (Tabella nru 6).
Aktar minn 90 fil-mija tal-imwiet kollha kienu kkawżati minn korrimenti fir-ras (Tabella nru 7). Dwar it-tip ta’ korrimenti li sofrew il-vittmi, matul l-2022 u l-2023, 18-il mewta fuq ix-xogħol involvew konkussjonijiet u korrimenti interni (Tabella nru 8).
Matul l-aħħar sentejn, 55 fil-mija tal-imwiet kollha fuq ix-xogħol ġraw fil-qasam tal-kostruzzjoni (Tabella nru 9). Il-biċċa l-kbira tal-imwiet fuq ix-xogħol (65.0 fil-mija) involvew vittmi li kienu f’impjiegi elementari (Tabella nru 10).
Fl-2022 u l-2023, ir-rata ta’ inċidenza kienet ta’ 5.3 u 1.7 rispettivament (Tabella nru 11).
1. The source of the data on fatal accidents at work is the Occupational Health and Safety Authority (OHSA).
2. Definitions:
● Fatal accident refers to an accident which leads to the death of a victim within one year of the accident.
● Self-employed persons are defined as persons who work in their own business, professional practice or farm for the purpose of earning a profit derived from the goods or services produced.
● Employees are defined as persons who work for a public or private employer and who receive compensation in the form of wages, salaries, fees, gratuities, payment by results or payment in kind.
● Other employment status refers to:
– Family worker: Family workers are persons who help another member of the family to run an agricultural holding or other business, provided they are not considered as employees.
– Trainee / Apprentice: Persons with an apprenticeship contract or in a situation in which vocational training predominates over productivity.
– Other employment status.
● The standardised incidence rate is defined as the weighted sum of the number of fatal accidents at work per 100,000 persons in employment.
3. More information relating to this news release may be accessed at:
Statistical Concepts
Classifications:
LAU
Part of body injured
Type of injury
NACE
ISCO 2008
4. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
5. A detailed news release calendar is available online.
6. For further assistance send your request through our online request form.
Key | |||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|
1 | Valletta | 18 | Floriana | 35 | Marsaskala | 52 | San Ġiljan |
2 | L-Imdina | 19 | Il-Fontana | 36 | Marsaxlokk | 53 | San Ġwann |
3 | Il-Birgu | 20 | Il-Gudja | 37 | Il-Mellieħa | 54 | San Lawrenz |
4 | L-Isla | 21 | Il-Gżira | 38 | L-Imġarr | 55 | San Pawl Il-Baħar |
5 | Bormla | 22 | Għajnsielem and Comino | 39 | Il-Mosta | 56 | Ta' Sannat |
6 | Ħal Qormi | 23 | L-Għarb | 40 | L-Imqabba | 57 | Santa Luċija |
7 | Ħaż-Żebbuġ | 24 | Ħal Għargħur | 41 | L-Imsida | 58 | Santa Venera |
8 | Ħaż-Żabbar | 25 | L-Għasri | 42 | Il-Munxar | 59 | Tas-Sliema |
9 | Is-Siġġiewi | 26 | Ħal Għaxaq | 43 | In-Nadur | 60 | Is-Swieqi |
10 | Iż-Żejtun | 27 | Il-Ħamrun | 44 | In-Naxxar | 61 | Ta' Xbiex |
11 | Ir-Rabat, Għawdex | 28 | L-Iklin | 45 | Raħal Ġdid | 62 | Ħal Tarxien |
12 | Ħ'Attard | 29 | Il-Kalkara | 46 | Pembroke | 63 | Ix-Xagħra |
13 | Ħal Balzan | 30 | Ta' Kerċem | 47 | Tal-Pieta' | 64 | Ix-Xewkija |
14 | Birkirkara | 31 | Ħal Kirkop | 48 | Il-Qala | 65 | Ix-Xgħajra |
15 | Birżebbuġa | 32 | Ħal Lija | 49 | Il-Qrendi | 66 | Iż-Żebbuġ, Għawdex |
16 | Ħad-Dingli | 33 | Ħal Luqa | 50 | Ir-Rabat, Malta | 67 | Iż-Żurrieq |
17 | Il-Fgura | 34 | Il-Marsa | 51 | Ħal Safi | 68 | L-Imtarfa |