Home » L-Aċċidenti fuq ix-Xogħol: Lulju-Diċembru tal-2023
Aċċidenti mhux fatali
Rekords amministrattivi juru li, fit-tieni nofs tal-2023, kienu rrappurtati 1,127 aċċident mhux fatali fuq il-post tax-xogħol.
L-akbar għadd taʼ dawn l-aċċidenti ġraw fil-qasam tal-Manifattura (15.5 fil-mija). Il-qasam tal-Kostruzzjoni kellu 141 jew 12.5 fil-mija tal-klejms, filwaqt li l-Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, tiswija ta’ vetturi u muturi rreġistra 136 jew 12.1 fil-mija taʼ dawn l-aċċidenti (Tabella nru 1). Terz taʼ dawk involuti kienu neqsin mix-xogħol għal tlett ijiem jew inqas, filwaqt li dawk li kienu neqsin mix-xogħol għal 21 jum jew aktar laħqu t-18.0 fil-mija (Tabella nru 2).
Fil-perjodu taʼ riferenza, il-biċċa l-kbira tal-aċċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol kienu jolqtu ħaddiema fʼimpjiegi elementari. Warajhom, kien hemm il-ħaddiema tas-sengħa (Tabella nru 3). Fejn jidħlu l-etajiet, 27.3 fil-mija taʼ dawn l-aċċidenti kienu jolqtu persuni li kellhom bejn il-35 u l-44 sena (Tabella nru 4). Fiż-żmien mifli minn din l-istqarrija, 73.3 fil-mija taʼ dawk milqutin mill-aċċidenti mhux fatali fuq il-postijiet tax-xogħol kienu Maltin (Tabella nru 5).
Kważi terz (29.3 fil-mija) tat-tweġġigħ fuq ix-xogħol kien jaffettwa d-Dahar, inkluż is-sinsla tad-dahar u l-għadam tagħha (Tabella nru 6). Il-ġrieħi u t-tweġġigħ superfiċjali, u t-tfekkik kienu l-aktar tipi komuni taʼ tweġġigħ, u ammontaw għal 748 and 298 każ, rispettivament (Tabella nru 7).
Fit-tieni nofs tas-sena, 27.6 fil-mija tal-aċċidenti fuq ix-xogħol ġraw fʼintrapriżi bʼ500 impjegat jew aktar (Tabella nru 9).
Fis-sena 2023, kienu rrappurtati 740 aċċident mhux fatali għal kull 100,000 persuna li taħdem. L-ogħla rata taʼ inċidenza standardizzata taʼ aċċidenti mhux fatali kienet fil-qasam tal-Manifattura; segwita mill-Kostruzzjoni u t-Trasport u l-ħażna (Tabella nru 11).
Aċċidenti fatali
Bejn Lulju u Diċembru 2023, l-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) irrappurtat erbat imwiet fuq ix-xogħol. Fl-istess żmien taʼ sena qabel, kien hemm sebat imwiet fuq il-postijiet tax-xogħol.
2013-2023
No Data Found
Districts classification
Southern Harbour
Bormla; Il-Fgura; Il-Furjana; Ħal Luqa; Ħaż-Żabbar; Il-Kalkara; Il-Marsa; Raħal Ġdid; Santa Luċija; L-Isla; Ħal Tarxien; Valletta; Il-Birgu; Ix-Xgħajra.
Northern Harbour
Birkirkara; Il-Gżira; Ħal Qormi; Il-Ħamrun; L-Imsida; Pembroke; San Ġwann; Santa Venera; San Ġiljan; Is-Swieqi; Ta’ Xbiex; Tal-Pietà; Tas-Sliema.
South Eastern
Birżebbuġa; Il-Gudja; Ħal Għaxaq; Ħal Kirkop; Ħal Safi; Marsaskala; Marsaxlokk; L-Imqabba; Il-Qrendi; Iz-Żejtun; iz-Żurrieq.
Western
Ħad-Dingli; Ħal Balzan; Ħal Lija; Ħ’Attard; Ħaż-Żebbuġ; L-Iklin; L-Imdina; L-Imtarfa; Ir-Rabat; Is-Siġġiewi.
Northern
Ħal Għargħur; Il-Mellieħa; L-Imġarr; Il-Mosta; In-Naxxar; San Pawl Il-Baħar.
Gozo and Comino
Il-Fontana; Għajnsielem and Comino; L-Għarb; L-Għasri; Il-Munxar; In-Nadur; Il-Qala; San Lawrenz; Ta’ Kerċem; Ta’ Sannat; Ir-Rabat; Ix-Xagħra; Ix-Xewkija; Iż-Żebbuġ.
Key | |||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|
1 | Valletta | 18 | Floriana | 35 | Marsaskala | 52 | San Ġiljan |
2 | L-Imdina | 19 | Il-Fontana | 36 | Marsaxlokk | 53 | San Ġwann |
3 | Il-Birgu | 20 | Il-Gudja | 37 | Il-Mellieħa | 54 | San Lawrenz |
4 | L-Isla | 21 | Il-Gżira | 38 | L-Imġarr | 55 | San Pawl Il-Baħar |
5 | Bormla | 22 | Għajnsielem and Comino | 39 | Il-Mosta | 56 | Ta' Sannat |
6 | Ħal Qormi | 23 | L-Għarb | 40 | L-Imqabba | 57 | Santa Luċija |
7 | Ħaż-Żebbuġ | 24 | Ħal Għargħur | 41 | L-Imsida | 58 | Santa Venera |
8 | Ħaż-Żabbar | 25 | L-Għasri | 42 | Il-Munxar | 59 | Tas-Sliema |
9 | Is-Siġġiewi | 26 | Ħal Għaxaq | 43 | In-Nadur | 60 | Is-Swieqi |
10 | Iż-Żejtun | 27 | Il-Ħamrun | 44 | In-Naxxar | 61 | Ta' Xbiex |
11 | Ir-Rabat, Għawdex | 28 | L-Iklin | 45 | Raħal Ġdid | 62 | Ħal Tarxien |
12 | Ħ'Attard | 29 | Il-Kalkara | 46 | Pembroke | 63 | Ix-Xagħra |
13 | Ħal Balzan | 30 | Ta' Kerċem | 47 | Tal-Pieta' | 64 | Ix-Xewkija |
14 | Birkirkara | 31 | Ħal Kirkop | 48 | Il-Qala | 65 | Ix-Xgħajra |
15 | Birżebbuġa | 32 | Ħal Lija | 49 | Il-Qrendi | 66 | Iż-Żebbuġ, Għawdex |
16 | Ħad-Dingli | 33 | Ħal Luqa | 50 | Ir-Rabat, Malta | 67 | Iż-Żurrieq |
17 | Il-Fgura | 34 | Il-Marsa | 51 | Ħal Safi | 68 | L-Imtarfa |