Stqarrijiet tal-aħbarijiet

L-Aċċidenti fuq ix-Xogħol: Lulju-Diċembru 2025

NR 027/2026
Data tal-Ħruġ: 20 taʼ Frar 2026

A,Man,Sits,On,A,Sofa,In,A,Cast,With
  • L-għadd taʼ talbiet għall-Benefiċċju relatati mal-aċċidenti mhux fatali fuq ix-xogħol naqas bi ftit fit-tieni nofs tal-2025 meta mqabblin mal-istess perjodu tal-2024.
  • Kważi 30 fil-mija taʼ dawk li weġġgħu kienu neqsin mix-xogħol għal perjodu li jvarja bejn sebat ijiem u tlettax-il jum.
  • Il-biċċa l-kbira taʼ dawn l-aċċidenti kienu jolqtu ħaddiema fʼimpjiegi elementari.
  • Kważi 70 fil-mija taʼ dawk involuti fʼaċċidenti mhux fatali kienu Maltin.
  • Fit-tieni nofs tal-2025 kienu rrappurtati ħamest imwiet fuq ix-xogħol.

L-Aċċidenti fuq ix-Xogħol: Lulju-Diċembru 2025

L-Aċċidenti fuq ix-Xogħol: Lulju-Diċembru 2025

NR 027/2026
Data tal-Ħruġ: 20 taʼ Frar 2026

Fit-tieni nofs tal-2025, it-talbiet għall-Benefiċċju tal-Korriment għall-aċċidenti mhux fatali naqsu bi 30, meta mqabbla mal-istess perjodu tal-2024. Kienu rrappurtati ħames aċċidenti fatali fuq ix-xogħol bejn Lulju u Diċembru 2025.
A,Man,Sits,On,A,Sofa,In,A,Cast,With

Aċċidenti mhux fatali

Rekords amministrattivi juru li, fit-tieni nofs tal-2025, kienu rrappurtati 1,073 aċċident mhux fatali fuq il-post tax-xogħol.

L-akbar għadd taʼ dawn l-aċċidenti kien fil-qasam tal-kostruzzjoni, bi 15.5 fil-mija tagħhom. Wara, kien hemm il-manifattura, bʼ14.4 fil-mija. Barra minn hekk, kien hemm 111-il każ (10.3 fil-mija) fl-attivitajiet tas-saħħa tal-bniedem u ħidma soċjali u 110 każijiet (10.3 fil-mija) fit-trasport u l-ħażna (Tabella nru 1). Kważi 30 fil-mija taʼ dawk involuti kienu neqsin mix-xogħol għal perjodu li jvarja bejn sebat ijiem u tlettax-il jum (Tabella nru 2).

Chart Accidents at work

Fil-perjodu taʼ riferenza, il-biċċa l-kbira tal-aċċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol kienu jolqtu ħaddiema fʼimpjiegi elementari, bi 308 każijiet jew 28.7 fil-mija tagħhom. Warajhom, kien hemm il-ħaddiema tas-sengħa, bʼ226 każ jew 21.1 fil-mija tagħhom (Tabella nru 3). Fejn jidħlu l-etajiet, 26.6 fil-mija taʼ dawn l-aċċidenti kienu jolqtu persuni li kellhom bejn il-25 u l-34 sena (Tabella nru 4). Fiż-żmien mifli minn din l-istqarrija, kważi 70.0 fil-mija taʼ dawk milqutin mill-aċċidenti mhux fatali fuq il-postijiet tax-xogħol kienu Maltin (Tabella nru 5).

Aktar minn 30 fil-mija tal-korrimenti fuq ix-xogħol kienu jaffettwaw id-dahar, inkluż is-sinsla tad-dahar u l-għadam tagħha (Tabella nru 6). Il-ġrieħi u l-korrimenti superfiċjali (650 każ), u t-tfekkik (323 każ) kienu l-aktar tipi komuni taʼ korrimenti (Tabella nru 7).

Fit-tieni nofs tal-2025, 28.1 fil-mija tal-aċċidenti fuq ix-xogħol seħħew f’intrapriżi b’50-249 ħaddiem, filwaqt li 25.1 fil-mija ġraw fʼintrapriżi li jħaddmu mal-500 ħaddiem jew aktar (Tabella nru 9).

Matul l-2024, kienu rrappurtati 640 aċċident mhux fatali għal kull 100,000 persuna li taħdem. L-ogħla rata taʼ inċidenza standardizzata tʼaċċidenti mhux fatali kienet fil-qasam tal-kostruzzjoni, filwaqt li warajha kien hemm il-manifattura (Tabella nru 11).

Aċċidenti fatali

Bejn Lulju u Diċembru 2025, l-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) irrappurtat ħamest imwiet fuq ix-xogħol (Tabelli nri 12-14). Fl-2025, ir-rata ta’ inċidenza tʼaċċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol kienet ta’ 2.7 għal kull 100,000 persuna li taħdem (Tabella nru 15).

Methodological Notes

1. Data on non-fatal accidents at work is provided by the Department of Social Security.
 
2. The data in this release include all cases for which an injury benefit claim form has been submitted to the Department of Social Security, irrespective of the number of days lost.
 
3. The source of the data on fatal accidents at work is the Occupational Health and Safety Authority (OHSA).
 
4. Definitions:
– An accident at work is defined as a discrete occurrence during the course of work which leads to physical or mental harm.
 
– Fatal accidents at work are accidents that lead to death of the victim within one year.
 
– The employment status of the victim is based on ICSE-18 (International Classification of Status in Employment).
 
– The standardised incidence rate is defined as the weighted sum of the number of accidents at work per 100,000 persons in employment.
 
5. Key:
: Unreliable – less than 20 sample observations.
u Under represented – between 20 and 49 sample observations.
 
6. More information relating to this news release may be accessed at:
Classifications
 
7. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
 
8. A detailed news release calendar is available online.
 
9.  For further assistance send your request through our online request form.
Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content