News Releases

Il-Gradwati: 2023  

NR238/2024
Data tal-Ħruġ: 12 taʼ Diċembru 2024

  • Fl-2023, il-gradwati tal-livell terzjarju bʼkollox laħqu 5,833, żieda taʼ 6.6 fil-mija fuq is-sena taʼ qabel.
  • Ftit aktar minn nofs il-gradwati terzjarji kisbu kwalifika fʼlivell 6 tal-ISCED (Baċellerat jew ekwivalenti) (52.5 fil-mija).
  • Aktar minn nofs il-gradwati fil-livell terzjarju kienu nisa (60.1 fil-mija).
  • Il-maġġoranza assoluta tal-gradwati terzjarji kellhom bejn l-20 u d-29 sena (67.9 fil-mija).
  • Fl-2023, il-qasam ta’ studju tan-‘Negozju, amministrazzjoni u liġi’ kien l-aktar wieħed popolari fost il-gradwati terzjarji – 29.7 fil-mija tal-gradwati kollha fil-livell terzjarju.

Il-Gradwati: 2023

Il-Gradwati: 2023

NR238/2024
Data tal-Ħruġ: 12 taʼ Diċembru 2024

Fl-2023, il-gradwati fil-livell terzjarju kienu jammontaw għal 5,833 – żieda taʼ 6.6 fil-mija fuq is-sena taʼ qabel.

Din l-istqarrija tal-aħbarijiet tinkludi gradwati minn korsijiet ta’ edukazzjoni formali b’tul minimu ta’ semestru ta’ studju full-time (jew l-ekwivalenti f’part-time) u li jitwasslu minn Malta. Il-gradwati huma inklużi irrispettivament minn jekk humiex residenti f’Malta jew barra minn Malta. Il-popolazzjoni ta’ istituzzjonijiet edukattivi kkunsidrati tinkludi istituzzjonijiet li jwasslu programmi ta’ edukazzjoni formali minn Malta, kemm online kif ukoll wiċċ imb wiċċ, fil-livell terzjarju.

Aktar minn nofs il-gradwati terzjarji (60.1 fil-mija) kienu nisa (Ċart nru 1, Tabella nru 1), u n-nisa għaddew lill-irġiel fil-livelli kollha tal-edukazzjoni terzjarja (Ċart nru 2). Għal kull 100 gradwat raġel, kien hemm 151 gradwata mara. Kien hemm ukoll żieda fl-għadd sħiħ taʼ istituzzjonijiet edukattivi li taw edukazzjoni terzjarja fis-sena taʼ riferenza (ara n-nota tal-metodoloġija nru 4).

 

Il-biċċa l-kbira tal-gradwati terzjarji kisbu kwalifika fʼlivell 6 tal-ISCED (Baċellerat jew ekwivalenti) (52.5 fil-mija). Warajhom, 34.9 fil-mija tal-gradwati terzjarji kisbu kwalifika fʼlivell 7 tal-ISCED (Masters jew ekwivalenti) (Tabella nru 1).

Ċart nru 1. Gradwati terzjarji bis-sena u s-sess

No Data Found

Nota: Il-livell terzjarju jirreferi għal-livelli tal-ISCED minn 5 sa 8; ara n-nota metodoloġika nru 2.

Drag to view in full

Ċart nru 2. It-taqsim perċentwali tal-gradwati terzjarji bil-livell tal-edukazzjoni u s-sess

No Data Found

Drag to view in full

Noti:

  1. Il-livell terzjarju jirreferi għal-livelli tal-ISCED minn 5 sa 8; ara n-nota metodoloġika nru 2.
  2. Għall-klassifikazzjonijiet tal-livelli tal-edukazzjoni (ISCED-2011), ara n-noti metodoloġiċi nri 5 u 8.

Il-maġġoranza tal-gradwati tal-livell terzjarju kienu magħmula minn persuni ta’ bejn l-20 u d-29 sena (67.9 fil-mija) (Ċart nru 3, Tabelli nri 1 u 2). Il-gradwati barranin ammontaw għal 1,526, li jiġu daqs 26.2 fil-mija tal-gradwati kollha fil-livell terzjarju – żieda ta’ 12.3-il punt perċentwali fuq is-sena ta’ qabel. Iċ-ċittadini mhux tal-UE kienu jirrapreżentaw l-akbar proporzjon tal-gradwati terzjarji barranin (54.5 fil-mija) (Tabella nru 3). Matul l-2023, 71.9 fil-mija tal-gradwati kisbu kwalifika minn kors full-time, filwaqt li gradwati minn korsijiet part-time wrew żieda ta’ 16.8-il punt perċentwali fuq is-sena ta’ qabel (Tabella nru 4).

Ċart nru 3. It-taqsim perċentwali tal-gradwati terzjarji bis-sess u l-grupp tal-età

Nota: Il-livell terzjarju jirreferi għal-livelli tal-ISCED minn 5 sa 8; ara n-nota metodoloġika nru 2.

Il-gradwati Maltin kienu jagħmlu l-maġġoranza tal-gradwati fʼlivelli 6 (Baċellerat jew ekwivalenti) u 7 tal-ISCED (Masters jew ekwivalenti) (81.1 fil-mija u 77.5 fil-mija, rispettivament), filwaqt li fʼlivelli 5 (edukazzjoni terzjarja b’ċiklu qasir) u 8 tal-ISCED (Dottorat jew ekwivalenti), il-maġġoranza tal-gradwati kienu ċittadini barranin (67.8 fil-mija u 60.3 fil-mija, rispettivament) (Tabella nru 5).

Il-qasam ta’ studju tan-‘Negozju, amministrazzjoni u liġi’ kien l-aktar wieħed popolari fost il-gradwati terzjarji fl-2023, fejn gradwati f’dan il-qasam kienu jkopru aktar minn kwart tal-gradwati kollha (29.7 fil-mija). Dan il-qasam kien ukoll l-aktar popolari fost il-gradwati f’livelli 6 u 7 tal-ISCED. Wara dawn kien hemm il-gradwati fis-‘Saħħa u l-benesseri’ bi 23.2 fil-mija tal-gradwati. Dan il-qasam kien l-aktar wieħed popolari fost il-gradwati f’livelli 5 u 8 tal-ISCED. L-‘Agrikoltura, forestrija, sajd u veterinija’ kien il-qasam ta’ studju bl-inqas għadd ta’ gradwati terzjarji, li ammontaw għal 0.2 fil-mija (Tabelli nri 6 u 7).

Ċart nru 4. It-taqsim perċentwali tal-gradwati terzjarji bil-qasam ta’ studju u ċ-ċittadinanza

No Data Found

Drag to view in full

Noti:

  1. Il-livell terzjarju jirreferi għal-livelli tal-ISCED minn 5 sa 8; ara n-nota metodoloġika nru 2.
  2. Għall-klassifikazzjonijiet tal-livelli tal-edukazzjoni (ISCED-2011) u l-oqsma ta’ studju (ISCED-F 2013), ara n-noti metodoloġiċi nri 5 u 8.
  3. Il-qasam ta’ studju ‘Programmi u kwalifiki ġeneriċi’ (qasam 00) mhuwiex inkluż hawnhekk peress li ma kienx hemm gradwati f’dan il-qasam.
  4. Il-persentaġġi jistgħu ma jgħoddux għall-mija fil-mija minħabba l-arrotondament.

Il-maġġoranza tal-gradwati f’livelli 5, 6 u 7 tal-ISCED kienu qed jiggradwaw minn istituzzjonijiet immexxija mill-Istat, filwaqt li dawk li ggradwaw f’livell 8 tal-ISCED tqassmu b’mod ugwali kemm f’istituzzjonijiet immexxija mill-Istat kif ukoll f’istituzzjonijiet indipendenti (Tabella nru 8). L-oqsma ta’ studju ‘Agrikoltura, forestrija, sajd u veterinija’ u ‘Edukazzjoni’ kienu fil-biċċa l-kbira magħmulin minn gradwati Maltin (100.0 fil-mija u 96.9 fil-mija, rispettivament) (Tabella nru 9, Ċart nru 4).

Fl-2023, 14.2 fil-mija tal-gradwati kisbu kwalifika fix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija, u l-matematika (STEM). Minn dawn, 557 kienu rġiel filwaqt li 272 kienu nisa. Il-gradwati nisa f’dan il-qasam żdiedu b’10.1 fil-mija fuq is-sena ta’ qabel, filwaqt li l-gradwati rġiel naqsu b’6.7 fil-mija (Ċart nru 5).

Ċart nru 5. L-għadd ta’ gradwati terzjarji fis-STEM bis-sena u s-sess

No Data Found

Drag to view in full

Noti:

  1. Il-livell terzjarju jirreferi għal-livelli tal-ISCED minn 5 sa 8; ara n-nota metodoloġika nru 2.
  2. Għall-klassifikazzjonijiet tal-livelli tal-edukazzjoni (ISCED-2011) u l-oqsma ta’ studju (ISCED-F 2013), ara n-noti metodoloġiċi nri 5 u 8.
  3. Ix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija, u l-matematika (STEM) huma magħmulin mill-oqsma tal-ISCED-F 2013 tax-xjenzi naturali, il-matematika, u l-istatistika (qasam 05), it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (qasam 06), u l-inġinerija, il-manifattura, u l-kostruzzjoni (qasam 07).

Methodological Notes

1. Education statistics presented in this news release are processed by the National Statistics Office (NSO) on an annual basis in accordance with European Regulations (EC) 452/2008 and (EU) 912/2013. These regulations establish the basis of information to be collected from educational institutions at all levels of education and all economic sectors. By adhering to these regulations, all education statistics collected and processed by the NSO are comparable to other European countries following the same regulatory standards.

2. For the purpose of this news release, ‘Graduates’ refers to tertiary graduates who obtained a qualification at ISCED levels 5 to 8 from institutions such as the Malta College of Arts, Science and Technology (MCAST), Institute of Tourism Studies (ITS), University of Malta (UM), and other public and private further and higher institutions.

3. This news release includes graduates who were enrolled in formal education courses with a minimum duration of one semester of full-time study (or the equivalent in part-time) and that are delivered from Malta (online or face-to-face). This news release excludes graduates in short courses (duration of less than the equivalence of one full-time semester), preparatory programmes and courses not delivered from Malta. Graduates are included irrespective of whether they are residing in Malta or abroad.

4. The population of educational institutions considered for the purpose of this news release include educational institutions having graduates at tertiary level during the respective reference year:

Graduate year Number of institutions
202123
202230
202337

Note: Institutions are considered based on them having graduates at ISCED levels 5 to 8 during the reference year. The formal education tertiary courses considered are those with a minimum duration of one semester of full-time study (or the equivalent in part-time) and that are delivered from Malta (whether online or face-to-face).

5. Definitions and Classifications:

Age is calculated as at 1 January of the reference year. For example, for graduates in 2023, age is calculated as at 1 January 2023.

District of residence is the district where graduates were residing during the academic year, as registered by the institution. Graduates registering a foreign address of residence are reported as ‘foreign residence’, whilst graduates having missing information relating to the district of residence are reported as graduates with an unspecified district.

Fields of study (ISCED Fields of Education and Training 2013): The ISCED Fields of Education and Training 2013 classifies educational programmes and related qualifications by fields of study. A field is the broad domain, branch or area of content covered by an education programme or qualification. For more information refer to the International Standard Classification of Education – Fields of education and training 2013 (ISCED-F 2013).

Formal education is an institutionalised, intentional and planned type of education which is provided by public organisations and recognised private bodies. It consists primarily of initial education designed for children and young people before their first entry into the labour market. It also includes other types of education such as vocational, special needs and adult education provided they are recognised as part of the formal education system by the relevant national education authorities.

Graduates are students who successfully complete an educational programme during the reference year and who were or will be eventually awarded a qualification.

International Standard Classification of Education – ISCED 2011 is a framework for assembling, compiling, and analysing cross-nationally comparable statistics on education. ISCED belongs to the United Nations International Family of Economic and Social Classifications and is the reference classification for organising education programmes and related qualifications by levels and fields of education. ISCED is designed to serve as a framework to classify educational activities as defined in programmes and the resulting qualifications into internationally agreed categories. For more information refer to the ISCED 2011 manual.

For the purpose of this news release, the following tertiary levels of the ISCED 2011 classification were considered:

ISCED 5 – Short-cycle tertiary education
ISCED 6 – Bachelor’s or equivalent level
ISCED 7 – Master’s or equivalent level
ISCED 8 – Doctoral or equivalent level

Science, technology, engineering, and mathematics (STEM) comprise the ISCED-F 2013 fields of natural sciences, mathematics, and statistics (field 05), information and communication technologies (field 06), and engineering, manufacturing, and construction (field 07).

6. Graduates are counted only once in the data. In the case of multiple qualifications by the same person, graduates are weighted according to the intensity of study of their programmes.

7. Education statistics data is provided by NSO to Eurostat on an annual basis in a dedicated questionnaire as established by Regulation (EC) No 452/2008 and (EU) 912/2013.

8. More information relating to this release may be accessed at:

Sources and Methods
Concept and Definitions
ISCED 2011 Level
ISCED Fields of Education and Training 2013
LAU Classification
District Classification

9. Totals/percentages may not add up due to rounding.

10. The data contained in this news release may be revised.

11. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

12. A detailed news release calendar is available online.

13. European statistics related to graduates are available here.

14. For further assistance send your request through our online request form.

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content