Stqarrijiet tal-aħbarijiet

Il-Kontijiet Mhux Finanzjarji Annwali bis-Setturi Istituzzjonali: 2020-2024

NR 190/2025
Data tal-Ħruġ: 22 taʼ Ottubru 2025
Data tal-Għeluq: 17 taʼ Ottubru 2025

shutterstock_1697077897
  • Is-self nett tal-ekonomija nazzjonali meta mqabbel mal-bqija tad-dinja kien ta’ €1,853 miljun fl-2024.
  • Id-dħul nazzjonali gross laħaq l-€20,258 miljun fl-2024 u d-dħul disponibbli nazzjonali gross kien ta’ €19,954 miljun.
  • Ir-rata ta’ tfaddil tal-households kienet stmata għal 19.4 fil-mija tad-dħul disponibbli gross tagħhom fl-2024, meta mqabbla ma’ 15.1 fil-mija fl-2023.
  • It-tkabbir tal-ekonomija ġie l-aktar mis-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji, li l-valur miżjud tiegħu żdied bi 8.8 fil-mija (+15.6 fil-mija fl-2023), u kkontribwixxa 5.6 punti perċentwali għaż-żieda rreġistrata fl-2024.

Il-Kontijiet Mhux Finanzjarji Annwali bis-Setturi Istituzzjonali: 2020-2024

Il-Kontijiet Mhux Finanzjarji Annwali bis-Setturi Istituzzjonali: 2020-2024

NR 190/2025
Data tal-Ħruġ: 22 taʼ Ottubru 2025
Data tal-Għeluq: 17 taʼ Ottubru 2025

Stimi proviżorji jindikaw li s-self nett tal-ekonomija nazzjonali meta mqabbel mal-bqija tad-dinja kien ta’ €1,853 miljun fl-2024. It-tkabbir tal-ekonomija ġie l-aktar mis-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji, li l-valur miżjud tagħhom żdied bi 8.8 fil-mija, u kkontribwixxew 5.6 punti perċentwali għaż-żieda rreġistrata fl-2024. Ir-rata ta’ tfaddil tal-households hija stmata għal 19.4 fil-mija tad-dħul disponibbli gross tagħhom fl-2024.
shutterstock_1697077897

Kontijiet Settorjali Mhux Finanzjarji: 2024 

Fl-2024, l-ekonomija nazzjonali rreġistrat self nett ta’ €1,853 miljun meta mqabbla mal-bqija tad-dinja, li jirrappreżenta 8.0 fil-mija tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) tal-perjodu msemmi. Dan huwa titjib meta mqabbel mal-2023, meta l-ekonomija rreġistrat self nett ta’ €1,591 miljun jew 7.6 fil-mija tal-PDG.

Din iż-żieda ġiet l-aktar minn surplus aktar b’saħħtu ta’ kummerċ barrani fi prodotti u servizzi, li tela’ b’€562 miljun. Min-naħa l-oħra, kien hemm tnaqqis ta’ €275 miljun fil-flussi netti ta’ tranżazzjonijiet ta’ dħul primarju u sekondarju, u tnaqqis ta’ €27 miljun fil-bilanċ tat-trasferimenti kapitali. It-tnaqqis ta’ €275 miljun huwa dovut l-aktar għat-tnaqqis ta’ €279 miljun fid-dħul nett mill-proprjetà (imgħax, dividendi, eċċ.) mħallas lill-bqija tad-dinja, flimkien mat-tnaqqis ta’ €503 miljuni fi trasferimenti kurrenti netti oħra. Dawn kienu parzjalment ikkumpensati minn żieda ta’ €420 miljun fl-aġġustament għall-bidla fl-intitolamenti tal-pensjoni u żieda ta’ €85 miljun f’taxxi fuq id-dħul riċevuti. It-tnaqqis fi trasferimenti kurrenti oħra u ż-żieda fl-aġġustament għall-bidla fl-intitolamenti tal-pensjoni huma relatati ma’ tranżazzjonijiet bejn is-settur finanzjarju, li jinkludi skemi tal-pensjoni li joperaw għas-suq mhux domestiku, u l-bqija tad-dinja. Iż-żieda fit-taxxi fuq id-dħul hija relatata mal-Programm ta’ Investitur Individwali. 

L-entrati ta’ bbilanċjar maħruġa mis-sekwenza sħiħa tal-kontijiet mhux finanzjarji tal-ekonomija nazzjonali huma ppreżentati f’Tabella nru 1. 

Rappreżentazzjoni aktar dettaljata tal-ekonomija nazzjonali qiegħda f’Tabella nru 2, filwaqt li t-tqassim dettaljat tal-bqija tad-dinja qiegħed f’Tabella nru 9.

Iż-żieda fis-self nett tista’ tiġi attribwita l-aktar lill-korporazzjonijiet mhux finanzjarji li kellhom bilanċ nett ogħla ta’ dħul mill-proprjetà (imgħax, dividendi, eċċ.), li kienet imsaħħa biż-żieda ta’ €1,064 miljun f’Kumpens lill-Impjegati u żieda netta ta’ €187 miljun fi dħul mill-proprjetà. Min-naħa l-oħra, kien hemm żieda ta’ €550 miljun fis-self nett mis-settur tal-korporazzjonijiet finanzjarji minħabba tnaqqis fid-dħul disponibbli gross. 

Tabella nru 1 turi l-kontribut ta’ kull settur istituzzjonali għas-self nett. 

Ċart nru 1. Is-self nett (+) / id-dejn nett (-) tal-ekonomija nazzjonali, bis-settur istituzzjonali

Fʼmiljuni tal-ewro

Is-saħħa tat-tkabbir ekonomiku  

Fl-2024, il-valur miżjud bil-prezzijiet kurrenti ġġenerat mill-ekonomija nazzjonali wera tkabbir ta’ 10.1 fil-mija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.

Kien irreġistrat ċaqliq pożittiv fl-oqsma istituzzjonali kollha. B’mod partikolari, it-tkabbir fl-ekonomija kien ġej l-aktar mis-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji, li l-valur miżjud tiegħu żdied bi 8.8 fil-mija, u kkontribwixxa 5.6 punti perċentwali għaż-żieda rreġistrata fl-2024. Is-settur tal-households li jinkludi intrapriżi mhux inkorporati u ħaddiema li jaħdmu għal rashom, irreġistra tkabbir ta’ €387 miljun jew 13.5 fil-mija fil-valur miżjud, li ssarraf f’kontribuzzjoni ta’ 2.0 punti perċentwali għat-tkabbir ġenerali tal-2024. Il-valur miżjud iġġenerat mill-attività tal-gvern ġenerali żdied bi 13.5 fil-mija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, li rriżulta f’kontribuzzjoni ta’ 1.6 punti perċentwali għat-tkabbir globali tal-2024. Is-settur finanzjarju ġġenera tkabbir ta’ 7.2 fil-mija fil-valur miżjud, li rriżulta f’kontribuzzjoni ta’ 0.6 punti perċentwali għat-tkabbir ġenerali tal-2024. 

Ċart nru 2. It-tkabbir fil-valur miżjud gross tal-ekonomija nazzjonali (S.1) u l-kontribut għat-tkabbir, bis-settur istituzzjonali
Highcharts Chart

Il-korporazzjonijiet mhux finanzjarji 

Il-valur miżjud gross iġġenerat minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji żdied bi 8.8 fil-mija fl-2024 meta mqabbel mal-2023. Żieda qawwija ta’ 11.8 fil-mija fil-kumpens tal-impjegati wasslet f’żieda baxxa fil-qligħ operattiv gross u d-dħul imħallat, li żdied biss b’4.8 fil-mija. Is-sehem tal-qligħ operattiv gross tas-settur fil-valur miżjud tiegħu kien ta’ 56.4 fil-mija, meta mqabbel mat-58.6 fil-mija tas-sena ta’ qabel. Is-sehem tas-settur fil-kumpens għall-impjegati fl-ekonomija kien ta’ 61.4 fil-mija.

Jekk ngħoddu l-bilanċ nett tad-dħul mill-proprjetà (imgħax, dividendi, eċċ.) mal-qligħ operattiv gross u d-dħul imħallat tas-settur, naslu għall-bilanċ tad-dħul primarju gross, li żdied bi 2.6 fil-mija fuq is-sena ta’ qabel. 

L-evoluzzjoni tal-flussi fil-kont tad-distribuzzjoni tad-dħul sekondarju (taxxi korporattivi, kontribuzzjonijiet u benefiċċji soċjali u trasferimenti kurrenti oħra) wasslet għal tnaqqis ta’ 6.6 fil-mija fid-dħul disponibbli tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji. Dan seħħ l-aktar minħabba żieda ta’ €350 miljun fit-taxxi fuq id-dħul.

Bħas-snin taʼ qabel, dan id-dħul disponibbli, flimkien mal-bilanċ tat-trasferiment kapitali, kien biżżejjed biex jiffinanzja l-investiment (Tabella nru 3). 

Min-naħa tagħhom, ir-rata ta’ investiment tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji kienet ta’ 17.4 fil-mija tal-valur miżjud gross tagħhom, 0.4 punti perċentwali inqas mis-sena ta’ qabel. Il-proporzjon ta’ awtoinvestiment tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji, li jinkiseb billi jittieħed it-tfaddil gross tas-settur u jiġi diviż bil-formazzjoni tal-kapital fiss gross tagħhom, kien ta’ 1.5 fl-2024, daqs il-medja tal-ħames snin ta’ qabel (Tabella nru 10). 

Għaldaqstant, kien stmat self nett ta’ €1,575 miljun għas-settur, meta mqabbel mal-€1,588 miljun tal-2023 (Tabella nru 3).

Ċart nru 3. Il-qligħ operattiv gross u l-investiment mill-korporazzjonijiet mhux finanzjarji

Il-persentaġġ fuq il-Valur Miżjud Gross

Investment vs Gross Operating Surplus

Il-korporazzjonijiet finanzjarji 

Fl-2024, il-valur miżjud gross tal-korporazzjonijiet finanzjarji żdied b’7.2 fil-mija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Il-qligħ operattiv gross tas-settur u d-dħul imħallat tela’ b’5.4 fil-mija. Sadattant, is-sehem tal-kumpens tal-impjegati fl-ekonomija kien ta’ 8.8 fil-mija.

Il-bilanċ nett tad-dħul mill-proprjetà (imgħax, dividendi, eċċ.) li rċieva s-settur naqas b’€191 miljun u wassal għal tnaqqis taʼ €146 miljun fil-bilanċ tad-dħul primarju. 

Jekk nikkunsidraw ukoll it-tranżazzjonijiet fil-kont tad-distribuzzjoni tad-dħul sekondarju, bħat-taxxa tad-dħul korporattiva, kontribuzzjonijiet u benefiċċji tas-sigurtà soċjali u trasferimenti kurrenti oħra, id-dħul gross disponibbli tas-settur kien stmat għal -€712-il miljun. Dan juri tnaqqis sinifikanti mill-2023, l-aktar minħabba żieda ta’ €369 miljun fit-taxxi fuq id-dħul imħallas mis-settur finanzjarju.

Il-formazzjoni ta’ kapital gross minn korporazzjonijiet finanzjarji kienet tammonta għal €375 miljun, żieda ta’ €19-il miljun meta mqabbla mas-sena ta’ qabel. Wara li tqiesu t-trasferimenti kapitali, is-settur irreġistra self nett ta’ €817-il miljun, żieda mill-€267 miljun tal-2023 (Tabella nru 4).

Il-gvern ġenerali 

Fl-2024, il-valur miżjud gross tal-gvern ġenerali żdied bi 13.5 fil-mija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Is-sehem tas-settur għall-kumpens tal-impjegati fl-ekonomija kien ta’ 23.0 fil-mija.

Id-dħul disponibbli gross tal-gvern ġenerali laħaq l-€4,304 miljuni fl-2024, 29.8 fil-mija aktar mis-sena ta’ qabel. Dan ikkontribwixxa għaż-żieda tat-tfaddil gross tas-settur, minn -€122 miljun fl-2023 għal €398 miljun fl-2024. Dan it-titjib sinifikanti ġie rreġistrat minkejja ż-żieda ta’ 13.6 fil-mija fin-nefqa fuq il-konsum finali meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.  

L-investiment mis-settur tal-gvern ġenerali kien stmat għal €736 miljun, b’żieda ta’ 1.5 fil-mija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. It-tfaddil u l-investiment fis-settur, flimkien mal-bilanċ tat-trasferimenti kapitali, wasslu biex is-settur jiġġenera self nett ta’ €812-il miljun, titjib marġinali fuq l-2023 (Tabella nru 5).

Ċart nru 4. It-tfaddil, u s-self u d-dejn nett tal-gvern ġenerali

Fʼmiljuni taʼ ewro

Saving vs Net lending

L-unitajiet domestiċi (Households) 

L-unitajiet domestiċi jinkludu individwi jew gruppi ta’ individwi li l-funzjoni ewliena tagħhom hija l-konsum, u li jipproduċu oġġetti u servizzi mhux finanzjarji għall-użu finali tagħhom biss. L-użu finali proprju huwa marbut ma’ servizzi relatati mad-djar okkupati mis-sidien u servizzi domestiċi magħmula minn impjegati mħallsa. Is-settur tal-unitajiet domestiċi jinkludi wkoll sidien li jaħdmu għal rashom u sħubijiet mingħajr status legali, minbarra dawk ittrattati bħala kważi korporazzjonijiet, u li huma produtturi tas-suq. 

Il-valur miżjud gross iġġenerat mill-unitajiet domestiċi żdied bi 13.5 fil-mija fl-2024 meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Bl-istess mod, il-qligħ operattiv żdied b’16.5 fil-mija, filwaqt li d-dħul imħallat li jirrappreżenta d-dħul ta’ min jaħdem għal rasu żdied b’10.9 fil-mija. Is-sehem tas-settur għall-kumpens tal-impjegati fl-ekonomija kien ta’ 4.1 fil-mija. 

Iż-żieda ta’ €1,589 miljun fil-bilanċ gross tad-dħul primarju hija spjegata minn żieda ta’ €338 miljun fil-qligħ operattiv gross u d-dħul imħallat, żieda ta’ €1,064 miljun f’kumpensi riċevibbli mill-impjegati, u żieda ta’ €187 miljun fil-bilanċ nett tad-dħul mill-proprjetà (imgħax, dividendi, eċċ.) li jirċievi s-settur. Din iż-żieda fil-bilanċ gross tad-dħul primarju tispjega l-aktar iż-żieda ta’ 15.1 fil-mija fid-dħul disponibbli gross minħabba li l-prestazzjoni kkombinata tal-flussi tad-distribuzzjoni tad-dħul sekondarju (taxxa fuq id-dħul u l-ġid, kontribuzzjonijiet soċjali u benefiċċji soċjali u trasferimenti kurrenti oħra) ammontat għal €48 miljun biss. Id-dħul disponibbli gross kien ta’ €12,478 miljun fl-2024. In-nefqa tal-konsum finali tal-unitajiet domestiċi kienet stmata għal €10,065 miljun, b’żieda ta’ 9.3 fil-mija meta mqabbla mas-sena ta’ qabel. B’hekk, it-tfaddil tal-unitajiet domestiċi kien stmat għal €2,418-il miljun (Tabella nru 6). 

Ir-rata ta’ tfaddil tal-unitajiet domestiċi kienet ta’ 19.4 fil-mija tad-dħul disponibbli gross, meta mqabbla ma’ 15.1 fil-mija fis-sena ta’ qabel. Id-dħul disponibbli gross tal-unitajiet domestiċi ras għal ras żdied bi 11.9 fil-mija fl-2024, meta mqabbel ma’ 9.8 fil-mija fl-2023 bil-prezzijiet kurrenti. Min-naħa l-oħra, id-dħul disponibbli gross tal-unitajiet domestiċi reali għal kull ras żdied bi 8.6 fil-mija fl-2024 meta mqabbel ma’ 3.2 fil-mija fl-2023 (Tabella nru 10). 

L-investiment tal-unitajiet domestiċi laħaq id-€904 miljuni fl-2024 meta mqabbel mat-€852 miljun fis-sena ta’ qabel. Min-naħa l-oħra, ir-rata tal-investiment tal-unitajiet domestiċi kienet ta’ 7.2 fil-mija tad-dħul disponibbli gross tagħhom, 0.6 punti perċentwali inqas mis-sena ta’ qabel. 

Wara li kien ikkunsidrat il-bilanċ tat-trasferimenti kapitali fis-settur, l-unitajiet domestiċi rreġistraw self nett ta’ €1,917-il miljun meta mqabblin mal-€1,195 miljun stmati fl-2023 (Tabella nru 6).

Ċart nru 5. It-tfaddil tal-households, gross

Il-persentaġġ fuq id-dħul disponibbli gross

Fʼmiljuni taʼ ewro

Highcharts Example

Istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu lill-unitajiet domestiċi (NPISH) 

Fl-2024, il-valur miżjud gross iġġenerat mis-settur tal-NPISH żdied bʼ20.1 fil-mija meta mqabbel mas-sena taʼ qabel, l-aktar minħabba kumpens tal-impjegati ogħla fil-qasam tal-Edukazzjoni.

Id-dħul gross disponibbli tas-settur laħaq it-€390 miljun, 10.8 fil-mija aktar mis-sena taʼ qabel. Dan kien attribwit l-aktar għaż-żieda ta’ €33 miljun fit-trasferimenti kurrenti netti.

In-nefqa finali fuq il-konsum telgħet bʼ14.2 fil-mija biex laħqet it-€386 miljun. Għaldaqstant, it-tfaddil gross tas-settur niżel bʼ€10 miljuni fl-2024 meta mqabbel mas-sena taʼ qabel.

L-investiment mill-NPISH ammonta għal €17-il miljun, żieda marġinali meta mqabbel mas-sena taʼ qabel. Ladarba jitqies il-bilanċ tat-trasferimenti kapitali, is-settur iġġenera self nett taʼ €10 miljuni, meta mqabbel mas-self nett taʼ €2.0 miljuni tal-2023 (Tabella nru 7).  

Methodological Notes

1. The objective of the annual non-financial accounts for the institutional sectors is to analyse the economic relationships between the institutional units that form the national economy (non-financial corporations (S.11), financial corporations (S.12), general government (S.13), households (S.13) and non-profit institutions serving households (S.15)) and between them and the rest of the world in an ordered series of accounts that describe each phase of economic process (production and creation of income, distribution and redistribution, final consumption, savings and asset accumulation). These results are prepared in compliance with the conceptual and regulatory framework established by the European System of National and Regional Accounts (ESA 2010), approved by the Regulation (EU) 549/2013, of the European Parliament and of the Council, of 21 May. More information on the sequence of non-financial account is available in ESA 2010, Chapter 8.

2. In February 2025, the National Statistics Office (NSO), published the Non-financial Annual Sector Accounts (ASA) Inventory. It aims to provide a comprehensive overview of the national compilation procedures of annual non-financial accounts by institutional sector according to the European System of National and Regional Accounts (ESA 2010).

3. The results are disseminated 90 days following the end of the reference year (t+90 days, being t the reference year). These results are consistent with the quarterly non-financial accounts for the institutional sectors compiled at t+85 following the end of the reference year (t+85 days, being t the reference quarter). In case of Malta, quarterly non-financial accounts are only compiled for S.1, S.2 and S.13. The rest of the sectors are voluntary for countries whose GDP at current prices represents less than 1 per cent of the corresponding Union total. The 1 per cent threshold is calculated as a moving average based on the latest three available years. The quarterly non-financial accounts for the institutional sectors dataset is available online. This calendar is compatible with the requirements for availability of national accounts results established by Regulation (EU) 549/2013 on the European System of National and Regional Accounts 2010.

4. Data in this news release are consistent with the Gross Domestic Product: Q2/2025 news release published on 28 August 2025 and  should be considered provisional for 2021 to date. A press information notice published on 13 August provides an overview of updates applied from 2020 onwards in main aggregates and ASA.

5. Compared to the previous release which covered 1995 to 2023, a refinement has been done with respect to operating surplus (B2G) and mixed income (B3G) for the whole time series. The System of National Accounts (2008 SNA) specifies that §7.9: “…For owner-occupiers and those leasing dwellings, all value added is operating surplus” and §24.55: “By convention, all the value added arising from leasing dwellings is treated as operating surplus, not mixed income”. From this release, the surplus generated by households leasing dwellings is recorded as operating surplus rather than mixed income. The operating surplus generated by home owner-occupiers in their capacity as producers of housing services for own final consumption was already included in operating surplus. Since this is a shift within operating surplus plus mixed income (gross) (B2A3G), it is neutral on subsequent balancing items which include savings, disposable income and net lending and borrowing. Another enhancement to the whole time series was applied to market output (P11) and output for own final use (P12). Market output in relation to owner-occupied dwellings (part of Real estate activities) and activities of households as employers of domestic personnel was shifted to output for own final use. Since this only effects the breakdown of output (P1), there is no impact on the full sequence of accounts.

6. A more detailed breakdown of annual non-financial accounts by the institutional sectors and by variable are available online.

7. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

8. More information relating to this news release may be accessed at:

 

9.  A detailed news release calendar is available online.

10. For further assistance send your request through our online request form.

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content