Home » Il-Prodott Domestiku Gross (PDG): K1/2024
Fl-ewwel kwart tal-2024, il-Prodott Domestiku Gross (PDG) tal-ekonomija Maltija rreġistra rata taʼ tkabbir pożittiv taʼ 4.6 fil-mija fʼtermini reali, fuq bażi annwali.
Id-deflatur tal-PDG żdied bi 3.7 fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Dan huwa tnaqqis ta’ 1.1 punti perċentwali meta mqabbel mar-rata sena għal sena li kienet irrekordjata fir-rabaʼ kwart tal-2023.
Q1 2023 | Q2 2023 | Q3 2023 | Q4 2023 | Q1 2024 | ||
Gross domestic product (nominal) | € 000's | 4,508,819 | 4,794,245 | 5,169,629 | 4,945,078 | 4,889,756 |
Gross national income (nominal) | € 000's | 4,160,340 | 4,317,019 | 4,739,355 | 4,471,246 | 4,463,760 |
Gross domestic product (deflator) | 2015=100 | 121.27 | 124.70 | 126.37 | 126.12 | 125.72 |
Gross domestic product per capita (nominal) | € | 8,265 | 8,767 | 9,417 | 8,952 | 8,787 |
Gross national income per capita (nominal) | € | 7,626 | 7,894 | 8,633 | 8,094 | 8,021 |
Ir-rata tat-tkabbir f’termini reali fuq bażi annwali
No Data Found
Il-PDG mill-aspett tal-produzzjoni
Il-PDG jitkejjel billi jingħadd il-Valur Miżjud Gross (VMG) tal-ekonomija mad-differenza bejn it-Taxxi u s-sussidji fuq il-prodotti. Il-VMG huwa d-differenza bejn il-produzzjoni u l-konsum intermedju ta’ kull attività tal-ekonomija.
Matul l-ewwel kwart tal-2024, il-VMG kiber bi 3.3 fil-mija fʼtermini reali meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2023.
Kemm is-Servizzi (Taqsimiet tan-NACE minn G sa U) kif ukoll l-Industrija (Taqsimiet tan-NACE minn B sa F) irreġistraw kontribut pożittiv għar-rata tat-tkabbir tal-VMG f’termini reali bi 3.1 u 0.2 punti perċentwali, rispettivament. L-Agrikoltura u s-sajd (Taqsima tan-NACE A) kellha impatt newtrali fuq it-tkabbir tal-VMG.
It-tkabbir fis-Servizzi kien dovut l-aktar għar-rati tat-tkabbir fʼdawn l-oqsma: l-Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni (5.8 fil-mija), l-Attivitajiet tal-proprjetà immobbli (6.7 fil-mija) u l-Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi (5.0 fil-mija).
Ir-rata tat-tkabbir f’termini reali fuq bażi annwali
No Data Found
Q1 2023 | Q2 2023 | Q3 2023 | Q4 2023 | Q1 2024 | ||
Gross value added | p.p. | 6.6 | 6.2 | 4.6 | 5.1 | 3.0 |
Agriculture and fishing | p.p. | 0.0 | -0.1 | -0.1 | 0.0 | 0.0 |
Industry | p.p. | 0.4 | 0.8 | -0.1 | 0.8 | 0.2 |
Services | p.p. | 6.3 | 5.4 | 4.8 | 4.3 | 2.8 |
Taxes less subsidies on products | p.p. | -0.3 | -1.2 | 2.6 | -0.7 | 1.6 |
Nota: Il-kontribuzzjonijiet jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.
Il-PDG mill-aspett tan-nefqa
Il-PDG jiġi kkalkulat ukoll billi jingħaddu flimkien in-Nefqa fuq il-konsum finali, il-Formazzjoni ta’ kapital gross, u l-Esportazzjoni netta.
Id-domanda domestika kellha sehem pożittiv taʼ 1.1 punti perċentwali fuq ir-rata tat-tkabbir tal-PDG fʼtermini reali meta mqabbla mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Id-domanda esterna kellha sehem pożittiv taʼ 3.5 punti perċentwali.
Fl-ewwel kwart tal-2024, in-Nefqa fuq il-konsum finali kibret bi 2.1 fil-mija fʼtermini reali. Dan kien dovut l-aktar għaż-żidiet taʼ 3.7 fil-mija u taʼ 4.0 fil-mija fin-nefqa tal-Households u tal-NPISHs1, rispettivament. Għall-kuntrarju taʼ dan, in-nefqa tal-konsum finali tal-Gvern Ġenerali naqset bʼ1.7 fil-mija.
Il-Formazzjoni taʼ kapital fiss gross naqset bʼ0.9 fil-mija fʼtermini reali.
Fʼtermini reali, l-esportazzjoni tal-merkanzija u s-servizzi żdiedet bi 3.6 fil-mija, filwaqt li l-importazzjoni tal-merkanzija u s-servizzi żdiedet bʼ1.8 fil-mija.
1 Istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu lill-unitajiet domestiċi
Ir-rata tat-tkabbir f’termini reali fuq bażi annwali
No Data Found
Q1 2023 | Q2 2023 | Q3 2023 | Q4 2023 | Q1 2024 | ||
Final consumption expenditure | p.p. | 3.6 | 2.8 | 4.1 | 4.5 | 1.3 |
Private | p.p. | 3.5 | 3.0 | 3.4 | 3.3 | 1.6 |
Government | p.p. | 0.2 | -0.2 | 0.6 | 1.2 | -0.3 |
Gross capital formation | p.p. | -2.5 | -3.9 | -6.1 | -8.3 | -0.2 |
Fixed assets | p.p. | -2.6 | -4.1 | -6.0 | -8.3 | -0.2 |
Inventories and valuables | p.p. | 0.1 | 0.2 | -0.1 | 0.0 | 0.0 |
Exports of goods and services | p.p. | 16.3 | 19.1 | 11.1 | 11.7 | 6.1 |
Imports of goods and services | p.p. | 11.0 | 12.9 | 1.8 | 3.5 | 2.6 |
Nota: Il-kontribuzzjonijiet jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.
Il-PDG mill-aspett tad-dħul
Il-PDG jiġi kkalkulat ukoll permezz tad-dħul, li huwa magħmul mill-Kumpens tal-impjegati, il-Qligħ mill-operat tal-intrapriżi u t-Taxxi netti fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni.
Meta mqabbla mal-ewwel kwart tal-2023, iż-żieda taʼ €380.9 miljun fil-PDG fʼtermini nominali kienet magħmula miż-żieda taʼ €185.8 miljun fil-Kumpens tal-impjegati, miż-żieda taʼ €87.7 miljun fil-Qligħ mill-operat tal-intrapriżi u l-Introjtu mħallat gross u miż-żieda taʼ €107.5 miljuni fʼTaxxi netti fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni.
Ir-rata tat-tkabbir f’termini nominali fuq bażi annwali
No Data Found
Q1 2023 | Q2 2023 | Q3 2023 | Q4 2023 | Q1 2024 | ||
Compensation of employees | p.p. | 4.7 | 3.7 | 4.0 | 3.3 | 4.1 |
Agriculture and fishing | p.p. | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 |
Industry | p.p. | 0.6 | 0.5 | 0.4 | 0.4 | 0.4 |
Services | p.p. | 4.2 | 3.2 | 3.6 | 2.9 | 3.7 |
Gross operating surplus and mixed income | p.p. | 6.1 | 7.3 | 5.6 | 5.7 | 1.9 |
Taxes less subsidies on production | p.p. | 1.5 | -0.2 | 3.4 | 0.4 | 2.4 |
Nota: Il-kontribuzzjonijiet jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.
Id-Dħul Nazzjonali Gross (DNG)
Il-DNG huwa kejl differenti mill-PDG minħabba dħul barrani nett relatat mal-Kumpens tal-impjegati, Introjtu mill-proprjetà u Taxxi netti fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni.
Meta jkunu kkunsidrati l-effetti tal-introjtu u t-taxxa mħallsa u rċevuta mir-residenti lejn u mill-bqija tad-dinja, id-DNG f’termini nominali għal-ewwel kwart tal-2024 huwa stmat li ammonta għal €4.5 biljuni.
Ir-reviżjonijiet ġejjinin
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika sa jkun qed jagħmel reviżjoni fl-istatistika tal-Kontijiet Nazzjonali. Ir-reviżjoni sa ssir fit-tielet kwart tal-2024. Ir-reviżjonijiet għandhom l-għan li jirriflettu titjib fil-metodoloġija miġjubin minn tibdil fil-metodi statistiċi, fil-kunċetti, fis-sorsi tad-data, fid-definizzjonijiet u fil-klassifikazzjonijiet u jolqtu s-serje kronoloġika kollha. L-NSO sa jikkomunika aktar tagħrif dwar din ir-reviżjoni fl-Avviż taʼ Tagħrif għall-Istampa li ħiereġ fit-3 taʼ Ġunju 2024.
1. Under normal circumstances, GDP estimates are based on established sources and estimation techniques, which have been tested and evaluated carefully, as well as documented. GDP is estimated independently from the output approach and expenditure approach, complemented by estimates of income-related data. These estimates are based on a multitude of sources such as tourism statistics, short-term statistics, trade and balance of payments statistics, as well as administrative data.
9. The data contained in this release is subject to revision. For an updated time-series which includes past data, please refer to the Statistical Indicators for this domain.
10. A detailed news release calendar is available online.
11. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
12. For further assistance send your request through our online request form.