News Releases

Il-Prodott Domestiku Gross (PDG): K2/2024

NR 159/2024
Data tal-Ħruġ: 28 taʼ Awwissu 2024
Data tal-Għeluq: 26 taʼ Awwissu 2024
Errata Corrige: 26 ta’ Awwissu 2024 fis-sebgħa neqsin kwart taʼ filgħaxija

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għamel reviżjoni tal-punti taʼ riferenza tal-Kontijiet Nazzjonali, li r-riżultati tagħha qed joħorġu fʼdin l-istqarrija tal-aħbarijiet. It-titjib ewlieni miġjub bʼdin ir-reviżjoni jinkludu l-integrazzjoni tat-Tabelli tal-Provvista u l-Użu tal-2019 u ċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u d-Djar tal-2021, fost oħrajn.

Errata Corrige: Tabella nru 8 reġgħet ittellgħet wara aġġornament li sar wara l-pubblikazzjoni tal-Istqarrija. Barra minn hekk, is-sitt ringiela fit-Tabella nru 1 li turi d-deflatur tal-PDG ġiet riveduta. L-ebda tibdil fil-kummentarju ma kien meħtieġ. Id-dokumenti online ġew emendati fit-28 ta' Awwissu 2024 fis-sebgħa neqsin kwart taʼ filgħaxija.

Stimi proviżorji juru li l-Prodott Domestiku Gross (PDG) fit-tieni kwart tal-2024 ammonta għal €5.5 biljuni biex bʼhekk irreġistra żieda taʼ €389.8 miljun, jew 7.6 fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2023. Fʼtermini reali, il-PDG telaʼ bʼ4.4 fil-mija.
Wood letter of GDP abbreviation with hand writing definition

Fit-tieni kwart tal-2024, il-Prodott Domestiku Gross (PDG) tal-ekonomija Maltija rreġistra rata taʼ tkabbir pożittiva taʼ 4.4 fil-mija fʼtermini reali, fuq bażi annwali.

Id-deflatur tal-PDG żdied bi 3.1 fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Dan huwa tnaqqis ta’ 0.8 punti perċentwali meta mqabbel mar-rata sena għal sena li kienet irrekordjata fl-ewwel kwart tal-2024.

Ċart nru 1. Il-Prodott Domestiku Gross

Ir-rata tat-tkabbir f’termini reali fuq bażi annwali

No Data Found

Il-PDG mill-aspett tal-produzzjoni

Il-PDG jitkejjel billi jingħadd il-Valur Miżjud Gross (VMG) tal-ekonomija mad-differenza bejn it-Taxxi u s-sussidji fuq il-prodotti. Il-VMG huwa d-differenza bejn il-produzzjoni u l-konsum intermedju ta’ kull attività tal-ekonomija.

Matul it-tieni kwart tal-2024, il-VMG kiber bʼ5.2 fil-mija fʼtermini nominali meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2023.

Kemm is-Servizzi (Taqsimiet tan-NACE minn G sa U) kif ukoll l-Industrija (Taqsimiet tan-NACE minn B sa F) irreġistraw kontribut pożittiv għar-rata tat-tkabbir tal-VMG f’termini nominali bʼ5.0 u 0.5 punti perċentwali, rispettivament. L-impatt tal-Agrikoltura u s-sajd (Taqsima tan-NACE A) fuq it-tkabbir tal-VMG kien negattiv b’0.3 punti perċentwali.

It-tkabbir fis-Servizzi kien dovut l-aktar għar-rati tat-tkabbir fʼdawn l-oqsma: l-Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi (11.4 fil-mija), l-Attivitajiet tal-proprjetà immobbli (13.1 fil-mija), u l-Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni (8.6 fil-mija)1 (Tabella nru 5).

Il-PDG mill-aspett tan-nefqa

Il-PDG jiġi kkalkulat ukoll billi jingħaddu flimkien in-Nefqa fuq il-konsum finali, il-Formazzjoni ta’ kapital gross, u l-Esportazzjoni netta.

Id-domanda domestika kellha sehem pożittiv taʼ 2.1 punti perċentwali fuq ir-rata tat-tkabbir tal-PDG fʼtermini reali meta mqabbla mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Id-domanda esterna kellha sehem pożittiv taʼ 2.3 punti perċentwali.

Fit-tieni kwart tal-2024, in-Nefqa fuq il-konsum finali kibret bʼ2.5 fil-mija fʼtermini reali. Dan kien dovut l-aktar għaż-żidiet fin-nefqa tal-Households (4.1 fil-mija) u tal-NPISHs2 (1.5 fil-mija). Għall-kuntrarju ta’ dan, kien hemm tnaqqis ta’ 1.6 fil-mija fin-nefqa fuq il-konsum finali tal-Gvern Ġenerali.

Il-Formazzjoni taʼ kapital fiss gross żdiedet bi 2.1 fil-mija fʼtermini reali.

F’termini reali, l-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-merkanzija u s-servizzi żdiedu bʼ5.2 fil-mija u bi 3.9 fil-mija, rispettivament (Tabella Nru 8).

Il-PDG mill-aspett tad-dħul

Il-PDG jiġi kkalkulat ukoll permezz tad-dħul, li huwa magħmul mill-Kumpens tal-impjegati, il-Qligħ mill-operat tal-intrapriżi u t-Taxxi netti fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni.

Meta mqabbla mat-tieni kwart tal-2023, iż-żieda taʼ €389.8 miljun fil-PDG fʼtermini nominali kienet magħmula miż-żieda taʼ €173.7 miljun fil-Kumpens tal-impjegati, miż-żieda taʼ €89.3 miljun fil-Qligħ mill-operat tal-intrapriżi u l-Introjtu mħallat gross, u żieda taʼ €126.8 miljuni fʼTaxxi netti fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni (Tabella nru 9).

Id-Dħul Nazzjonali Gross (DNG)

Il-DNG huwa kejl differenti mill-PDG minħabba dħul barrani nett relatat mal-Kumpens tal-impjegati, Introjtu mill-proprjetà u Taxxi netti fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni.

Meta jkunu kkunsidrati l-effetti tal-introjtu u t-taxxa mħallsa u rċevuta mir-residenti lejn u mill-bqija tad-dinja, id-DNG f’termini nominali għat-tieni kwart tal-2024 huwa stmat li ammonta għal €4.8 biljuni (Tabella nru 1).

Reviżjoni tal-punti taʼ riferenza fl-istatistika tal-Kontijiet Nazzjonali għas-snin taʼ riferenza mill-1995 sa 2024K2

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qiegħed jagħmel reviżjoni tal-punti taʼ riferenza fl-istatistika tal-Kontijiet Nazzjonali. Din ir-reviżjoni għandha l-għan li tirriflett titjib fil-metodoloġiji li jkun ġej minn tibdil fil-metodi, il-kunċetti, is-sorsi tad-data, it-tifsiriet u l-klassifikazzjonijiet u jaffettwaw is-serje kronoloġika kollha.

It-titjib ewlieni miġjub mir-reviżjoni tal-punti taʼ riferenza huwa mniżżel hawn taħt:

  • L-integrazzjoni tat-Tabelli tal-Provvista u l-Użu (Supply and Use Tables) għas-sena 2019. Dawn  huma sors siewi ta’ data li jipprovdu qafas integrat għall-verifika tal-konsistenza u l-kompletezza tad-data tal-kontijiet nazzjonali. Dawn it-tabelli, li huma organizzati skont il-prodott u l-industrija, juru kif il-provvista ta’ oġġetti u servizzi jinħarġu mill-produzzjoni domestika u l-importazzjoni, jintużaw għall-konsum intermedju u l-użu finali (in-nefqa fuq il-konsum finali, il-formazzjoni ta’ kapital gross u l-esportazzjoni);
  • L-integrazzjoni taċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u d-Djar tal-2021, li jagħti statistika fid-dettall dwar id-demografija u d-djar;
  • L-integrazzjoni tar-riżultati tal-2020,l-2021 u parzjalment tal-2022 tal-Istatistika Strutturali tan-Negozju (SBS). Dawn huma mogħtijin skont il-klassifikazzjoni tal-attività tan-NACE u jkopru l-industrija, il-kostruzzjoni u l-biċċa l-kbira tas-servizzi. L-SBS jinkludi sett ta’ varjabbli dwar id-demografija tan-negozju u l-karatteristiċi tal-impjieg, kif ukoll varjabbli li għandhom x’jaqsmu mal-flus (pereżempju, id-dħul u n-nefqa marbuta ma’ indikaturi bħall-valur miżjud u l-investiment). Mill-2020, fil-firxa tal-SBS żdiedu 9 Diviżjonijiet tan-NACE3 marbutin mas-servizzi personali;
  • L-integrazzjoni ta’ punti ta’ azzjoni u riżervi mill-verifikazzjonijiet tar-Riżorsi Proprji (RP) tad-Dħul Nazzjonali Gross (DNG) u tal-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv (EDP);
  • L-introduzzjoni tan-nefqa tal-familji fuq il-konsum finali msejsa fuq il-klassifikazzjoni l-ġdida tal-COICOP4 2018;
  • Id-dħul fis-seħħ tar-rakkomandazzjonijiet tat-task force dwar l-assi fissi u l-istima tal-konsum tal-kapital fiss;
  • Tagħrif ġdid dwar il-qasam tal-Attivitajiet tal-logħob tal-azzard u tal-imħatri minn sorsi ta’ data amministrattiva aġġornata għas-snin 2016-2018;
  • L-integrazzjoni taʼ fondi tal-pensjonijiet mill-2012 ʼil quddiem;
  • L-integrazzjoni ta’ stimi ġodda għall-kompletezza minn serje kronoloġika sħiħa;
  • It-tirqim fl-istima tad-dħul primarju riċevibbli/pagabbli minn/lejn il-bqija tad-dinja, li b’hekk jirriżulta f’irfinar tat-tranżizzjoni tal-PDG lejn id-DNG;
  • Għall-ewwel darba, l-NSO sa joħroġ l-aggregati ewlenin tal-kontijiet nazzjonali trimestrali fʼtermini nominali għall-perjodu 1995-19995 kif ukoll il-kontijiet mhux finanzjarji annwali bis-setturi istituzzjonali għall-perjodu 1995-2023.

Tagħrif metodoloġiku fid-dettall dwar it-titjib differenti miġjub bʼdin ir-reviżjoni tal-punti taʼ riferenza jinstab hawn.

Noti:
1 Tabella nru 6 tal-PDG mill-aspett tal-produzzjoni f’termini reali mhix sa tiġi ppublikata flimkien ma’ din l-istqarrija.  Din l-informazzjoni sa tkun ippubblikata sa nofs is-sena d-dieħla.
2 Istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu lill-unitajiet domestiċi.
3 Taqsimiet tan-NACE 85, 86, 87, 88, 90, 91, 92, 93 u 96.
4 Il-klassifikazzjoni tal-konsum individwali, bil-għan.
5 L-informazzjoni għal kull kwart tas-sena bejn is-snin 1995 u 1999 f’termini nominali sa tintbagħat lill-Eurostat wara li tiġi ppublikata din l-istqarrija.

Additional Tables and Charts

Tables

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għamel reviżjoni tal-punti taʼ riferenza tal-Kontijiet Nazzjonali, li r-riżultati tagħha qed joħorġu fʼdin l-istqarrija tal-aħbarijiet. It-titjib ewlieni miġjub bʼdin ir-reviżjoni jinkludu l-integrazzjoni tat-Tabelli tal-Provvista u l-Użu tal-2019 u ċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u d-Djar tal-2021, fost oħrajn.

Errata Corrige: Tabella nru 8 reġgħet ittellgħet wara aġġornament li sar wara l-pubblikazzjoni tal-Istqarrija. Barra minn hekk, is-sitt ringiela fit-Tabella nru 1 li turi d-deflatur tal-PDG ġiet riveduta. L-ebda tibdil fil-kummentarju ma kien meħtieġ. Id-dokumenti online ġew emendati fit-28 ta' Awwissu 2024 fis-sebgħa neqsin kwart taʼ filgħaxija.

Table 6. GDP identity from the production (output) side in chain-linked volumes by period (reference year 2020).

This information will be published by the first half of 2025.

Methodological Notes

1. The chain-linked volume indices have been re-referenced to 2020=100 (Table 8).

 
2. Data in this news release is unadjusted. Seasonally adjusted data is available in the table (namq_10_gdp) accessible here.
 
3. Data in this news release are in line with the European System of Accounts (ESA) 2010 manual (ISBN 978-92-79-31242-7). This system of accounts is mandatory for all EU Member States. The accounts are subject to audit by the European Court of Auditors and Eurostat’s GNI Committee to ensure reliability, comparability and exhaustiveness.
 
4. Gross Domestic Product (GDP) is an estimate of the value of goods and services at market prices produced in the economy over a period of time. The GDP is estimated in nominal terms using the production approach, aggregating the output of the various productive sectors net of the cost of intermediate inputs. The expenditure approach is reconciled with the production approach both in nominal and volume terms. GDP in volume terms excludes the effects of price inflation on market prices. The income approach shows how GDP is distributed into compensation of employees, operating surplus of enterprises and taxes on production and imports net of subsidies.
 
5. Data in this news release should be considered as provisional for 2020 to date.
 
6. Data users must be aware that the industrial activities of General government are spread over 21 different NACE categories (at A88 division) and include local councils and extra-budgetary units that are financially dependent on the government. Public administration and defence; compulsory social security (NACE 84) is the largest category in terms of gross value added.
 
7. The ESA 2010 GNI Inventory provides a detailed explanation of sources and methods used for estimating GNI in Malta. It is the basis for the Eurostat assessment of the quality and exhaustiveness of GNI data and their compliance with ESA 2010 in the context of the GNI for own resources purposes. The Inventory is a reference document that is kept up-to-date to reflect the latest methodology in place. The GNI Inventory is available online.
 

8. Quarterly data for the reference period 1995 to 1999 will be disseminated through the Eurostat website.

 

9. More information relating to this news release may be accessed at:
 

10. The data contained in this release is subject to revision. For an updated time-series which includes past data, please refer to the Statistical Indicators for this domain

11.  A detailed news release calendar is available online.

12. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

13. For further assistance send your request through our online request form.

Il-Prodott Domestiku Gross (PDG): K2/2024  

NR 159/2024
Data tal-Ħruġ: 28 taʼ Awwissu 2024
Data tal-Għeluq: 26 taʼ Awwissu 2024
Errata Corrige: 26 ta’ Awwissu 2024 fis-sebgħa neqsin kwart taʼ filgħaxija

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għamel reviżjoni tal-punti taʼ riferenza tal-Kontijiet Nazzjonali, li r-riżultati tagħha qed joħorġu fʼdin l-istqarrija tal-aħbarijiet. It-titjib ewlieni miġjub bʼdin ir-reviżjoni jinkludu l-integrazzjoni tat-Tabelli tal-Provvista u l-Użu tal-2019 u ċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u d-Djar tal-2021, fost oħrajn.

Errata Corrige: Tabella nru 8 reġgħet ittellgħet wara aġġornament li sar wara l-pubblikazzjoni tal-Istqarrija. Barra minn hekk, is-sitt ringiela fit-Tabella nru 1 li turi d-deflatur tal-PDG ġiet riveduta. L-ebda tibdil fil-kummentarju ma kien meħtieġ. Id-dokumenti online ġew emendati fit-28 ta' Awwissu 2024 fis-sebgħa neqsin kwart taʼ filgħaxija.

Wood letter of GDP abbreviation with hand writing definition
  • Fit-K2 2024, il-Prodott Domestiku Gross (PDG) kiber bʼ4.4 fil-mija f’termini reali.
  • Id-domanda domestika finali kkontribwiet bʼmod pożittiv għat-tkabbir tal-PDG (1.1 punti perċentwali).
  • Il-kummerċ barrani wkoll kellu sehem pożittiv għat-tkabbir tal-PDG (3.5 punti perċentwali).

Il-Prodott Domestiku Gross (PDG): K2/2024

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content