Il-Prodott Domestiku Gross (PDG): K2/2025
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għamel reviżjoni kbira tal-Kontijiet Nazzjonali, li r-riżultati tagħha qegħdin joħorġu fʼdin l-istqarrija. It-titjib ewlien huma ż-żieda tat-Tabelli tal-Provvista u l-Użu tal-2020 u ż-żieda tad-data tal-istħarriġ tal-Istatistika Strutturali tan-Negozju (SBS) tal-2022, u d-data tal-2023 bʼmod parzjali.
Fit-tieni kwart tal-2025, il-Prodott Domestiku Gross (PDG) tal-ekonomija Maltija rreġistra rata taʼ tkabbir pożittiva taʼ 2.7 fil-mija fʼtermini reali, fuq bażi annwali.
Id-deflatur tal-PDG żdied bi 2.4 fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena taʼ qabel. Dan ma jirrappreżentax tibdil meta mqabbel mar-rata sena għal sena li kienet irrekordjata fl-ewwel kwart tal-2025.
Tabella nru 1. Għażla ta’ indikaturi
| Q2 2024 | Q3 2024 | Q4 2024 | Q1 2025 | Q2 2025 | ||
| Gross domestic product (nominal) | € 000 | 5,811,052 | 5,976,452 | 5,853,098 | 5,764,475 | 6,106,843 |
| Gross national income (nominal) | € 000 | 5,132,821 | 5,298,372 | 5,082,544 | 5,126,340 | 5,514,273 |
| Gross domestic product (deflator) | 2020=100 | 117.8 | 117.5 | 117.6 | 117.7 | 120.6 |
| Gross domestic product per capita (nominal) | € | 10,233 | 10,474 | 10,208 | 9,975 | 10,496 |
| Gross national income per capita (nominal) | € | 9,039 | 9,286 | 8,864 | 8,870 | 9,478 |
Ċart nru 1. Il-Prodott Domestiku Gross
Ir-rati tat-tkabbir fuq bażi annwali
No Data Found
Il-PDG mill-aspett tal-produzzjoni
Il-PDG jitkejjel billi jingħadd il-Valur Miżjud Gross (VMG) tal-ekonomija mad-differenza bejn it-Taxxi u s-sussidji fuq il-prodotti. Il-VMG huwa d-differenza bejn il-produzzjoni u l-konsum intermedju ta’ kull attività tal-ekonomija.
Matul it-tieni kwart tal-2025, il-VMG kiber bi 3.8 fil-mija fʼtermini reali meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2024.
L-Industrija (Taqsimiet tan-NACE minn B sa F) u l-Attivitajiet tas-Servizzi (Taqsimiet tan-NACE minn G sa U) irreġistraw kontribut pożittiv ta’ 0.4 u 3.5 punti perċentwali, rispettivament, għar-rata tat-tkabbir tal-VMG f’termini reali. L-Agrikoltura u s-sajd (Taqsima tan-NACE A) kellhom kontribut negattiv ta’ 0.1 punti perċentwali.
It-tkabbir fis-Servizzi kien dovut l-aktar għar-rati tat-tkabbir fʼdawn l-oqsma: l-Informazzjoni u l-komunikazzjoni (8.1 fil-mija), l-Attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u tal-ikel (11.5 fil-mija) u l-Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni (5.4 fil-mija).
Tabella nru 2. Il-produzzjoni, is-sehem fit-tkabbir tal-PDG f’termini reali
| Q2 2024 | Q3 2024 | Q4 2024 | Q1 2025 | Q2 2025 | ||
| Gross value added | p.p. | 5.4 | 4.8 | 3.4 | 4.4 | 3.5 |
| Agriculture and fishing | p.p. | 0.5 | 0.5 | -0.6 | -0.1 | -0.1 |
| Industry | p.p. | 0.3 | 1.0 | 0.7 | 0.1 | 0.3 |
| Services | p.p. | 4.6 | 3.4 | 3.3 | 4.3 | 3.3 |
| Taxes less subsidies on products | p.p. | 2.9 | 0.7 | 2.0 | -0.7 | -0.9 |
Nota: Il-kontribuzzjonijiet jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.
Il-PDG mill-aspett tan-nefqa
Il-PDG jiġi kkalkulat ukoll billi jingħaddu flimkien in-Nefqa fuq il-konsum finali, il-Formazzjoni ta’ kapital gross, u l-Esportazzjoni netta.
Id-domanda domestika kellha sehem pożittiv taʼ 2.0 punti perċentwali fuq ir-rata tat-tkabbir tal-PDG fʼtermini reali meta mqabbla mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Id-domanda esterna kellha sehem pożittiv taʼ 0.7 punti perċentwali.
Fit-tieni kwart tal-2025, in-Nefqa fuq il-konsum finali kibret bi 2.2 fil-mija fʼtermini reali. Dan kien dovut l-aktar għaż-żieda taʼ 2.2 fil-mija kemm fin-nefqa tal-Households kif ukoll fin-nefqa tal-konsum finali tal-Gvern Ġenerali. L-NPISHs1 żdiedu bʼ1.3 fil-mija.
Il-Formazzjoni taʼ kapital fiss gross żdiedet b’1.9 fil-mija fʼtermini reali.
Fʼtermini reali, l-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-merkanzija u s-servizzi telgħu bʼ7.1 fil-mija u bʼ7.9 fil-mija, rispettivament.
1Istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu l-households.
Tabella nru 3. In-nefqa, is-sehem fit-tkabbir tal-PDG fʼtermini reali
| Q2 2024 | Q3 2024 | Q4 2024 | Q1 2025 | Q2 2025 | ||
| Final consumption expenditure | p.p. | 3.9 | 3.7 | 5.4 | 3.1 | 1.3 |
| Private | p.p. | 2.9 | 2.0 | 2.4 | 1.5 | 1.0 |
| Government | p.p. | 1.0 | 1.8 | 3.0 | 1.5 | 0.4 |
| Gross capital formation | p.p. | 0.7 | 1.2 | -0.7 | 0.1 | 0.7 |
| Fixed assets | p.p. | 0.9 | 1.4 | -0.5 | -0.4 | 0.3 |
| Inventories and valuables | p.p. | -0.2 | -0.2 | -0.2 | 0.5 | 0.4 |
| Exports of goods and services | p.p. | 7.3 | 5.2 | 7.1 | 3.8 | 8.3 |
| Imports of goods and services | p.p. | 3.6 | 4.6 | 6.4 | 3.4 | 7.7 |
Nota: Il-kontribuzzjonijiet jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.
Il-PDG mill-aspett tad-dħul
Il-PDG jiġi kkalkulat ukoll permezz tad-dħul, li huwa magħmul mill-Kumpens tal-impjegati, il-Qligħ mill-operat tal-intrapriżi u t-Taxxi netti fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni.
Meta mqabbla mat-tieni kwart tal-2024, iż-żieda taʼ €295.8 miljun fil-PDG fʼtermini nominali kienet magħmula miż-żieda taʼ €222.3 miljun fil-Kumpens tal-impjegati, miż-żieda taʼ €94.1 miljuni fil-Qligħ mill-operat tal-intrapriżi u l-Introjtu mħallat gross u mit-tnaqqis taʼ €20.6 miljun fʼTaxxi netti fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni.
Tabella nru 4. Id-dħul, is-sehem fit-tkabbir tal-PDG fʼtermini nominali
| Q2 2024 | Q3 2024 | Q4 2024 | Q1 2025 | Q2 2025 | ||
| Compensation of employees | p.p. | 4.3 | 4.7 | 7.0 | 4.0 | 3.8 |
| Agriculture and fishing | p.p. | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 |
| Industry | p.p. | 0.3 | 0.3 | 0.3 | 0.1 | 0.2 |
| Services | p.p. | 4.0 | 4.3 | 6.7 | 3.9 | 3.6 |
| Gross operating surplus and mixed income | p.p. | 4.8 | 3.6 | 0.2 | 1.8 | 1.6 |
| Taxes less subsidies on production | p.p. | 2.7 | 0.5 | 1.2 | 0.3 | -0.4 |
Nota: Il-kontribuzzjonijiet jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.
Id-Dħul Nazzjonali Gross (DNG)
Il-DNG huwa kejl differenti mill-PDG minħabba dħul barrani nett relatat mal-Kumpens tal-impjegati, Introjtu mill-proprjetà u Taxxi netti fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni.
Meta jkunu kkunsidrati l-effetti tal-introjtu u t-taxxa mħallsa u rċevuta mir-residenti lejn u mill-bqija tad-dinja, id-DNG f’termini nominali għat-tieni kwart tal-2025 huwa stmat li ammonta għal €5.5 biljuni.
Tables
Tables
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għamel reviżjoni kbira tal-Kontijiet Nazzjonali, li r-riżultati tagħha qegħdin joħorġu fʼdin l-istqarrija. It-titjib ewlien huma ż-żieda tat-Tabelli tal-Provvista u l-Użu tal-2020 u ż-żieda tad-data tal-istħarriġ tal-Istatistika Strutturali tan-Negozju (SBS) tal-2022, u d-data tal-2023 bʼmod parzjali.
Methodological Notes
1. The chain-linked volume indices have been re-referenced to 2020=100 (Tables 6 and 8).
2. Data in this news release is unadjusted. Seasonally adjusted data is available in the table (namq_10_gdp) accessible here.
7. The ESA 2010 GNI Inventory provides a detailed explanation of sources and methods used for estimating GNI in Malta. It is the basis for the Eurostat assessment of the quality and exhaustiveness of GNI data and their compliance with ESA 2010 in the context of the GNI for own resources purposes. The Inventory is a reference document that is kept up-to-date to reflect the latest methodology in place. The GNI Inventory is available online.
8. More information relating to this news release may be accessed at:
9. The data contained in this release is subject to revision. For an updated time-series which includes past data, please refer to the Statistical Indicators for this domain.
10. A detailed news release calendar is available online.
11. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
12. For further assistance send your request through our online request form.
Il-Prodott Domestiku Gross (PDG): K2/2025
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għamel reviżjoni kbira tal-Kontijiet Nazzjonali, li r-riżultati tagħha qegħdin joħorġu fʼdin l-istqarrija. It-titjib ewlien huma ż-żieda tat-Tabelli tal-Provvista u l-Użu tal-2020 u ż-żieda tad-data tal-istħarriġ tal-Istatistika Strutturali tan-Negozju (SBS) tal-2022, u d-data tal-2023 bʼmod parzjali.
- Fit-tieni kwart tal-2025, il-Prodott Domestiku Gross (PDG) kiber bi 2.7 fil-mija f’termini reali.
- Id-domanda domestika kkontribwiet bʼmod pożittiv għat-tkabbir tal-PDG f’termini reali (2.0 punti perċentwali).
- Il-kummerċ barrani kellu kontribut pożittiv għat-tkabbir tal-PDG f’termini reali (0.7 punti perċentwali).
- Id-deflatur tal-PDG telaʼ bi 2.4 fil-mija meta mqabbel mat-tieni kwart tal-2024.
