Home » Il-Prodott Domestiku Gross (PDG): K3/2024
Fit-tielet kwart tal-2024, il-Prodott Domestiku Gross (PDG) tal-ekonomija Maltija rreġistra rata taʼ tkabbir pożittiva taʼ 4.9 fil-mija fʼtermini reali, fuq bażi annwali.
Id-deflatur tal-PDG żdied bi 2.9 fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Dan huwa tnaqqis ta’ 2.6 punti perċentwali meta mqabbel mar-rata rrekordjata fit-tielet kwart tal-2023.
Q3 2023 | Q4 2023 | Q1 2024 | Q2 2024 | Q3 2024 | ||
Gross domestic product (nominal) | € 000's | 5,440,403 | 5,329,496 | 5,271,819 | 5,670,551 | 5,875,375 |
Gross national income (nominal) | € 000's | 4,746,058 | 4,625,913 | 4,460,687 | 4,985,699 | 5,163,470 |
Gross domestic product (deflator) | 2020=100 | 114.2 | 114.8 | 114.9 | 117.9 | 117.6 |
Gross domestic product per capita (nominal) | € | 9,782 | 9,489 | 9,289 | 9,951 | 10,261 |
Gross national income per capita (nominal) | € | 8,533 | 8,237 | 7,860 | 8,749 | 9,018 |
Ir-rati tat-tkabbir fuq bażi annwali
No Data Found
Il-PDG mill-aspett tal-produzzjoni
Il-PDG jitkejjel billi jingħadd il-Valur Miżjud Gross (VMG) tal-ekonomija mad-differenza bejn it-Taxxi u s-sussidji fuq il-prodotti. Il-VMG huwa d-differenza bejn il-produzzjoni u l-konsum intermedju ta’ kull attività tal-ekonomija.
Matul it-tielet kwart tal-2024, il-VMG kiber b’5.7 fil-mija fʼtermini reali meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2023.
Is-Servizzi (Taqsimiet tan-NACE minn G sa U), l-Industrija (Taqsimiet tan-NACE minn B sa F) u l-Agrikoltura u s-sajd (Taqsima tan-NACE A) ilkoll irreġistraw kontribut pożittiv għar-rata tat-tkabbir tal-VMG f’termini reali ta’ 3.4, 1.3 u 1.0 punti perċentwali, rispettivament.
It-tkabbir fis-Servizzi kien dovut l-aktar għar-rati tat-tkabbir fʼdawn l-oqsma: l-Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi (9.3 fil-mija), l-Attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u tal-ikel (18.0 fil-mija) u l-Attivitajiet tal-proprjetà immobbli (5.7 fil-mija).
Q3 2023 | Q4 2023 | Q1 2024 | Q2 2024 | Q3 2024 | ||
Gross value added | p.p. | 2.5 | 4.6 | 5.6 | 4.6 | 5.2 |
Agriculture and fishing | p.p. | -2.0 | -0.4 | 0.0 | 0.2 | 0.9 |
Industry | p.p. | 0.3 | 1.1 | 0.6 | 0.6 | 1.2 |
Services | p.p. | 4.1 | 3.9 | 5.0 | 3.8 | 3.1 |
Taxes less subsidies on products | p.p. | 4.9 | 1.4 | 2.5 | 3.4 | -0.2 |
Nota: Il-kontribuzzjonijiet jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.
Il-PDG mill-aspett tan-nefqa
Il-PDG jiġi kkalkulat ukoll billi jingħaddu flimkien in-Nefqa fuq il-konsum finali, il-Formazzjoni ta’ kapital gross, u l-Esportazzjoni netta.
Id-domanda domestika kellha sehem pożittiv taʼ 4.9 punti perċentwali fuq ir-rata tat-tkabbir tal-PDG fʼtermini reali meta mqabbla mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Id-domanda esterna kellha kontribut newtrali.
Fit-tielet kwart tal-2024, in-Nefqa fuq il-konsum finali kibret bʼ6.3 fil-mija fʼtermini reali. Dan kien dovut l-aktar għaż-żidiet taʼ 5.1 fil-mija u taʼ 10.5 fil-mija fin-nefqa tal-Households u tal-Gvern Ġenerali, rispettivament. Għall-kuntrarju taʼ dan, in-nefqa tal-konsum finali tal-NPISHs naqset bʼ1.4 fil-mija.
Fʼtermini reali, il-Formazzjoni taʼ kapital fiss gross żdiedet bʼ5.3 fil-mija, filwaqt li l-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-merkanzija u tas-servizzi żdiedu bi 3.8 fil-mija u bʼ4.4 fil-mija, rispettivament.
Q3 2023 | Q4 2023 | Q1 2024 | Q2 2024 | Q3 2024 | ||
Final consumption expenditure | p.p. | 6.3 | 6.7 | 4.3 | 4.0 | 4.0 |
Private | p.p. | 5.6 | 5.3 | 4.1 | 3.1 | 2.4 |
Government | p.p. | 0.7 | 1.4 | 0.2 | 0.9 | 1.6 |
Gross capital formation | p.p. | -5.0 | -6.1 | 1.1 | 0.8 | 1.0 |
Fixed assets | p.p. | -4.9 | -6.1 | 1.1 | 0.8 | 0.9 |
Inventories and valuables | p.p. | -0.1 | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.1 |
Exports of goods and services | p.p. | 1.8 | 5.8 | 9.4 | 6.8 | 4.7 |
Imports of goods and services | p.p. | -4.3 | 0.4 | 6.7 | 3.5 | 4.7 |
Nota: Il-kontribuzzjonijiet jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.
Il-PDG mill-aspett tad-dħul
Il-PDG jiġi kkalkulat ukoll permezz tad-dħul, li huwa magħmul mill-Kumpens tal-impjegati, il-Qligħ mill-operat tal-intrapriżi u t-Taxxi netti fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni.
Meta mqabbla mat-tielet kwart tal-2023, iż-żieda taʼ €435.0 miljun fil-PDG fʼtermini nominali kienet magħmula miż-żieda taʼ €223.6 miljun fil-Kumpens tal-impjegati, miż-żieda taʼ €211.0-il miljun fil-Qligħ mill-operat tal-intrapriżi u l-Introjtu mħallat gross u miż-żieda taʼ €0.3 miljuni fʼTaxxi netti fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni.
Q3 2023 | Q4 2023 | Q1 2024 | Q2 2024 | Q3 2024 | ||
Compensation of employees | p.p. | 3.9 | 2.6 | 4.5 | 4.0 | 4.1 |
Agriculture and fishing | p.p. | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 |
Industry | p.p. | 0.3 | 0.2 | 0.4 | 0.6 | 0.5 |
Services | p.p. | 3.6 | 2.3 | 4.0 | 3.4 | 3.6 |
Gross operating surplus and mixed income | p.p. | 6.0 | 7.9 | 6.1 | 4.2 | 3.9 |
Taxes less subsidies on production | p.p. | 3.4 | 0.7 | 1.9 | 3.3 | 0.0 |
Nota: Il-kontribuzzjonijiet jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.
Id-Dħul Nazzjonali Gross (DNG)
Il-DNG huwa kejl differenti mill-PDG minħabba dħul barrani nett relatat mal-Kumpens tal-impjegati, Introjtu mill-proprjetà u Taxxi netti fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni.
Meta jkunu kkunsidrati l-effetti tal-introjtu u t-taxxa mħallsa u rċevuta mir-residenti lejn u mill-bqija tad-dinja, id-DNG f’termini nominali għat-tielet kwart tal-2024 huwa stmat li ammonta għal €5.2 biljuni.
L-istimi tal-kontijiet nazzjonali f’termini nominali għas-sena ta’ riferenza 2020 għadhom jitqiesu bħala proviżorji. Għalhekk, il-valuri tas-serje f’termini reali sa jkunu riveduti sakemm is-sena ta’ riferenza titqies bħala finali. Madankollu, dan ma jaffettwax ir-rati ta’ tkabbir f’termini reali għas-snin magħluqa (mill-2000 sal-2019).
1. The chain-linked volume indices have been re-referenced to 2020=100 (Tables 6 and 8).
10. The data contained in this release is subject to revision. For an updated time-series which includes past data, please refer to the Statistical Indicators for this domain.
11. A detailed news release calendar is available online.
12. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
13. For further assistance send your request through our online request form.