Stqarrijiet tal-aħbarijiet

In-Nefqa tal-Gvern fuq il-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali: Jannar-Diċembru 2025

NR 057/2026
Data tal-Ħruġ: 09 taʼ April 2026

Aerial,View,Of,People,And,Social,Security,Concepts
  • Fl-2025, in-nefqa fuq il-Benefiċċji Kontributorji laħqet l-€1,254.1 miljun, żieda taʼ 9.3 fil-mija fuq l-2024.
  • Fost il-kategoriji Kontributorji, il-Pensjonijiet tal-Irtirar irreġistraw l-akbar żieda, €77.7 miljun.
  • L-akbar ġemgħa taʼ benefiċjarji Kontributorji kienet irrappurtata fil-Pensjoni taż-Żewġ Terzi (63,872).
  • In-nefqa fuq il-benefiċċji li mhumiex Kontributorji kienet taʼ €362.5 miljun, żieda taʼ 11.1 fil-mija mis-sena taʼ qabel.
  • Bejn Jannar u Diċembru 2025, kien hemm 107,774 persuna li ħadu l-Benefiċċju għall-Ogħli tal-Ħajja Addizzjonali. Barra minn hekk, kien hemm 46,447 familja li ħadu l-Allowance tat-Tfal.

In-Nefqa tal-Gvern fuq il-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali: Jannar-Diċembru 2025

In-Nefqa tal-Gvern fuq il-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali: Jannar-Diċembru 2025

NR 057/2026
Data tal-Ħruġ: 09 taʼ April 2026

Matul l-2025, in-nefqa tal-Gvern fuq il-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali telgħet bʼ€142.6 miljun meta mqabbla mal-2024.
Aerial,View,Of,People,And,Social,Security,Concepts

In-nefqa tal-Gvern fuq il-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali

Fl-2025, l-infiq fuq il-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali laħaq l-€1,616.7-il miljun, 9.7 fil-mija aktar mill-€1,474.1 miljun li kienu rreġistrati fi tmiem l-2024. Nefqiet ogħla kienu rreġistrati kemm fuq il-Benefiċċji Kontributorji (€106.3 miljuni) u kemm fuq il-Benefiċċji Mhux Kontributorji (€36.3 miljun) (Tabella nru 1).

L-infiq tal-Gvern fuq il-Benefiċċji Kontributorji laħaq l-€1,254.1 miljun, li huwa żieda taʼ 9.3 fil-mija fuq is-sena taʼ qabel. Il-Pensjonijiet tal-Irtirar irreġistraw l-akbar żieda, li kienet taʼ €77.7 miljun, bħala riżultat taż-żieda taʼ €73.7 miljun fin-nefqa fuq il-Pensjoni taż-Żewġ Terzi. Aktar żidiet kienu rreġistrati fil-Pensjonijiet tar-Romol (€16.5-il miljun), fil-Bonus Kontributorju (€7.6 miljuni), fil-Bonus Kontributorju taʼ Defiċjenza (€3.0 miljuni), fʼBenefiċċji Oħra (€1.0 miljun) u fil-Pensjonijiet tal-Invalidità (€0.6 taʼ miljun) (Tabella nru 2).

Fʼgħeluq l-2025, €362.5 miljun marru għall-Benefiċċji Mhux Kontributorji, żieda taʼ 11.1 fil-mija meta mqabblin mas-sena taʼ qabel. L-akbar żieda marret għall-Allowance Tat-Tfal (€16.0-il miljun), il-Benefiċċju għall-Ogħli tal-Ħajja Addizzjonali (€9.2 miljuni) u l-Pensjonijiet/l-Allowance tad-Diżabbiltà (€6.2 miljuni). L-akbar tnaqqis kien irreġistrat fl-Għajnuna Soċjali Sħiħa (€0.7 taʼ miljun) (Tabella nru 3).

Il-benefiċjarji tas-Sigurtà Soċjali

Bejn Jannar u Diċembru tal-2025, l-għadd ta’ pensjonanti taż-Żewġ Terzi laħaq bʼkollox it-63,872, żieda taʼ 1,924 benefiċjarju fuq l-2024. Din kienet l-akbar żieda fil-Benefiċċji Kontributorji. Min-naħa l-oħra, l-akbar tnaqqis fir-riċevituri kien irreġistrat fil-Benefiċċju tal-Mard (1,819) (Tabella nru 2).

L-akbar għadd taʼ benefiċjarji mhux kontributorji kien irrappurtat fil-Benefiċċju għall-Ogħli tal-Ħajja Addizzjonali (107,774), żieda taʼ 1,030 persuna fuq is-sena taʼ qabel. L-akbar żieda fuq is-sena taʼ qabel kienet irreġistrata fl-Allowance Speċjali tal-Istudenti postsekondarji, bʼżieda ta 2,042 applikant. Min-naħa l-oħra, l-akbar tnaqqis fir-riċevituri kien irreġistrat fl-Assistenza għal Mard (453) (Tabella nru 3).

Benefits (2016–2025)
Ċart nru 2. In-nefqa fuq il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali bil-funzjonijiet tal-ESSPROS1

1 Ara nota nru 5 fil-metodoloġija.

Methodological Notes

1. Expenditure data provided in this news release is extracted from the administrative records of the Department of Social Security, and is based on the Government’s Consolidated Fund.
 
2. Beneficiaries data is obtained from the Department of Social Security’s Unique Beneficiaries Report.
 
3. In 2022, a complete revamp of the In-Work Benefit (IWB) was carried out by the Income Support and Compliance Division, with payments being made to all eligible parents irrespective of application status. Payments are made in arrears, hence the reporting period for reference year N is being covered by payments made between April of year N to March of year N+1. Due to the differences in reporting methods between the data sources listed in Notes 1 and 2, and to maintain consistency in line with the restructuring performed, from 2023 the Unique Beneficiaries Report has been used to extract both the expenditure and beneficiaries data for the IWB.
 
4. For every benefit, the corresponding beneficiaries reflect any person who has received the benefit at least once during the reference period. The number of beneficiaries may not be aggregated since persons obtaining two or more different benefits during the same period are listed once under each benefit. It should also be noted that the annual number of beneficiaries is not equal to the sum of the quarters since beneficiaries obtaining the same benefit in more than one quarter are only counted once. Furthermore, bonus recipients are not reported separately but captured within relative benefits, reflecting their role as secondary payments made to beneficiaries of Pensions in respect of Retirement and Social Assistance, among others.
 
5. The functions provided in charts 2 and 3 are in line with the European System of Integrated Social Protection Statistics (ESSPROS) Manual 2026 Edition (ISBN 978-92-68-31289-6). This methodology is mandatory for all EU Member States. A detailed breakdown of which benefits are classified under each function is provided in the Social Security Benefits Glossary that can be accessed from the ‘Sources and Methods’ link listed in note 8.
 
6. Expenditure data is not normally subject to revision, while beneficiaries data may be revised. As of 2023, latest figures for the IWB are to be taken as provisional and subject to revision.
 
7. Figures may not add up exactly due to rounding.
 
8. More information relating to this news release may be accessed at:
 

9. A detailed news release calendar is available online.

10. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

11. For further assistance send your request through our online request form.

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content