Stqarrijiet tal-aħbarijiet

In-Nefqa tal-Gvern fuq il-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali: Jannar-Ġunju 2025

NR 134/2025
Data tal-Ħruġ: 28 taʼ Lulju 2025

Businessman,On,Blurred,Background,Holding,Family,Interface,In,His,Hand
  • Sal-aħħar taʼ Ġunju 2025, in-nefqa fuq il-Benefiċċji Kontributorji laħqet is-€668.7 miljun, żieda taʼ 10.5 fil-mija fuq l-2024.
  • Fost il-kategoriji Kontributorji, il-Pensjonijiet tal-Irtirar irreġistraw l-akbar żieda, €45.1 miljun.
  • L-akbar ġemgħa taʼ benefiċjarji Kontributorji kienet irrappurtata fil-Pensjoni taż-Żewġ Terzi (60,505).
  • In-nefqa fuq il-benefiċċji li mhumiex Kontributorji kienet taʼ €188.9 miljun, żieda taʼ 12.9 fil-mija mis-sena taʼ qabel.
  • Bejn Jannar u Ġunju 2025, kien hemm 97,115-il persuna li ħadu l-Benefiċċju għall-Ogħli tal-Ħajja Addizzjonali. Barra minn hekk, kien hemm 44,307 familji li ħadu l-Allowance tat-Tfal.

In-Nefqa tal-Gvern fuq il-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali: Jannar-Ġunju 2025

In-Nefqa tal-Gvern fuq il-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali: Jannar-Ġunju 2025

NR 134/2025
Data tal-Ħruġ: 28 taʼ Lulju 2025

Minn Jannar sa Ġunju 2025, in-nefqa tal-Gvern fuq il-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali telgħet bʼ€85.3 miljun meta mqabbla mal-2024.
Businessman,On,Blurred,Background,Holding,Family,Interface,In,His,Hand

In-nefqa tal-Gvern fuq il-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali

Fl-ewwel nofs taʼ din is-sena, l-infiq fuq il-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali kien taʼ €857.6 miljun, 11.0 fil-mija aktar mis-€772.3 miljun irreġistrati fl-aħħar taʼ Ġunju 2024. Nefqiet ogħla kienu rreġistrati fuq il-Benefiċċji Kontributorji (€63.7 miljun) u fuq il-Benefiċċji Mhux Kontributorji (€21.6 miljun) (Tabella nru 1).

L-infiq tal-Gvern fuq il-Benefiċċji Kontributorji ammonta għal €668.7 miljun, 10.5 fil-mija aktar mis-sena taʼ qabel. L-aktar li żdiedu kienu l-Pensjonijiet tal-Irtirar, li żdiedu bʼ€45.1 miljun, wara żieda taʼ €28.0 miljun fin-nefqa fuq il-Pensjoni taż-Żewġ Terzi. Aktar żidiet kienu rreġistrati fil-Pensjonijiet tar-Romol (€9.4 miljuni), fil-Bonus Kontributorju (€4.7 miljuni), fil-Bonus Kontributorju taʼ Defiċjenza (€3.0 miljuni), fil-Pensjonijiet tal-Invalidità (€1.3 miljun) u Benefiċċji Oħra (€0.3 taʼ miljun) (Tabella nru 2).

Bejn Jannar u Ġunju 2025, l-infiq fuq il-Benefiċċji Mhux Kontributorji laħaq il-€188.9 miljun, żieda taʼ 12.9 fil-mija meta mqabbel mas-sena taʼ qabel. L-akbar żidiet kienu rreġistrati fl-Allowance tat-Tfal (€9.7 miljuni), fil-Benefiċċju għall-Ogħli tal-Ħajja Addizzjonali (€6.4 miljuni) u fl-Allowance/Pensjoni tad-Diżabbiltà (€3.0 miljuni). Bʼkuntrast, l-akbar tnaqqis deher fl-Għajnuna Soċjali Sħiħa (€0.4 taʼ miljun) (Tabella nru 3).

Il-benefiċjarji tas-Sigurtà Soċjali

Sal-aħħar taʼ Ġunju 2025, il-pensjonanti taż-Żewġ Terzi għoddew 60,505, li jiġu 605 benefiċjarji iżjed mill-istess perjodu taʼ sena qabel. Il-Pensjoni Minima Nazzjonali Miżjuda rrappurtat l-ogħla żieda fost il-Benefiċċji Kontributorji (1,014), filwaqt li l-akbar tnaqqis kien irreġistrat fil-Benefiċċju tal-Mard (645) (Tabella nru 2). 

L-ogħla numru ta’ benefiċjarji Mhux Kontributorji kien irrappurtat fil-Benefiċċju għall-Ogħli tal-Ħajja Addizzjonali (97,115), minkejja li rrapporta l-akbar tnaqqis (1,179) fir-riċevituri. Min-naħa l-oħra, l-akbar żieda, dik taʼ 2,680 applikant, kienet irrappurtata fl-Allowance Speċjali tal-Istudenti postsekondarji (Tabella nru 3).

Drag to view in full

Ċart nru 2. In-nefqa fuq il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali bil-funzjonijiet tal-ESSPROS1

Benefiċċji Kontributorji

Jannar-Ġunju 2025

Old Age
Survivors
Disability
Other
Sickness

Benefiċċji Mhux Kontributorji

Jannar-Ġunju 2025

Family & Children
Old Age
Social Exclusion n.e.c
Disability
Sickness
Unemployment

1Ara n-nota metodoloġika nru 5.

Methodological Notes

1. Expenditure data provided in this news release is extracted from the administrative records of the Department of Social Security, and is based on the Government’s Consolidated Fund.
 
2. Beneficiaries data is obtained from the Department of Social Security’s Unique Beneficiaries Report.
 
3. In 2022, a complete revamp of the In-Work Benefit (IWB) was carried out by the Income Support and Compliance Division, with payments being made to all eligible parents irrespective of application status. Payments are made in arrears, hence the reporting period for reference year N is being covered by payments made between April of year N to March of year N+1. Due to the differences in reporting methods between the data sources listed in Notes 1 and 2, and to maintain consistency in line with the restructuring performed, from 2023 the Unique Beneficiaries Report has been used to extract both the expenditure and beneficiaries data for the IWB.
 
4. For every benefit, the corresponding beneficiaries reflect any person who has received the benefit at least once during the reference period. The number of beneficiaries may not be aggregated since persons obtaining two or more different benefits during the same period are listed once under each benefit. It should also be noted that the annual number of beneficiaries is not equal to the sum of the quarters since beneficiaries obtaining the same benefit in more than one quarter are only counted once. Furthermore, bonus recipients are not reported separately but captured within relative benefits, reflecting their role as secondary payments made to beneficiaries of Pensions in respect of Retirement and Social Assistance, among others.
 
5. The functions provided in charts 2 and 3 are in line with the European System of Integrated Social Protection Statistics (ESSPROS) Manual 2022 Edition (ISBN 978-92-76-58596-1). This methodology is mandatory for all EU Member States. A detailed breakdown of which benefits are classified under each function is provided in the Social Security Benefits Glossary that can be accessed from the ‘Sources and Methods’ link listed in note 8.
 
6. Expenditure data is not normally subject to revision, while beneficiaries data may be revised. As of 2023, latest figures for the IWB are to be taken as provisional and subject to revision.
 
7. Figures may not add up exactly due to rounding.
 
8. More information relating to this news release may be accessed at:
 

9. A detailed news release calendar is available online.

10. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

11. For further assistance send your request through our online request form.

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content