In-Nefqa tal-Gvern fuq il-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali: Jannar-Settembru 2025
- Sal-aħħar taʼ Settembru 2025, in-nefqa fuq il-Benefiċċji Kontributorji laħqet id-€951.6 miljun, żieda taʼ 9.0 fil-mija fuq l-2024.
- Fost il-kategoriji Kontributorji, il-Pensjonijiet tal-Irtirar irreġistraw l-akbar żieda, €56.6 miljun.
- L-akbar ġemgħa taʼ benefiċjarji Kontributorji kienet irrappurtata fil-Pensjoni taż-Żewġ Terzi (62,851).
- In-nefqa fuq il-benefiċċji li mhumiex Kontributorji kienet taʼ €256.4 miljun, żieda taʼ 11.9 fil-mija mis-sena taʼ qabel.
- Bejn Jannar u Settembru 2025, kien hemm 97,637 persuna li ħadu l-Benefiċċju għall-Ogħli tal-Ħajja Addizzjonali. Barra minn hekk, kien hemm 45,066 familja li ħadu l-Allowance tat-Tfal.
In-Nefqa tal-Gvern fuq il-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali: Jannar-Settembru 2025
In-Nefqa tal-Gvern fuq il-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali: Jannar-Settembru 2025
In-nefqa tal-Gvern fuq il-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali
Bejn Jannar u Settembru 2025, l-infiq fuq il-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali laħaq l-€1,207.9 miljuni, 9.6 fil-mija aktar mill-1,101.8 miljun li kienu rreġistrati sal-aħħar taʼ Settembru 2024. Nefqiet ogħla kienu rreġistrati kemm fuq il-Benefiċċji Kontributorji (€78.7 miljun) u kemm fuq il-Benefiċċji Mhux Kontributorji (€27.3 miljun) (Tabella nru 1).
L-infiq tal-Gvern fuq il-Benefiċċji Kontributorji laħaq id-€951.6 miljun, li huwa żieda taʼ 9.0 fil-mija fuq is-sena taʼ qabel. Il-Pensjonijiet tal-Irtirar irreġistraw l-akbar żieda, li kienet taʼ €56.6 miljun, bħala riżultat taż-żieda taʼ €47.1 miljun fin-nefqa fuq il-Pensjoni taż-Żewġ Terzi. Aktar żidiet kienu rreġistrati fil-Pensjonijiet tar-Romol (€12.4-il miljun), fil-Bonus Kontributorju (€5.7 miljuni), fil-Bonus Kontributorju taʼ Defiċjenza (€3.0 miljuni), fil-Pensjonijiet tal-Invalidità (€0.6 taʼ miljun) u fʼBenefiċċji Oħra (€0.5 taʼ miljun) (Tabella nru 2).
Fʼgħeluq Settembru 2025, €256.4 miljun marru għall-Benefiċċji Mhux Kontributorji, żieda taʼ 11.9 fil-mija meta mqabblin mas-sena taʼ qabel. L-akbar żieda marret għall-Allowance Tat-Tfal (€13.5-il miljun), il-Benefiċċju għall-Ogħli tal-Ħajja Addizzjonali (€6.7 miljuni) u l-Pensjonijiet/Għotja tad-Diżabbiltà (€4.5 miljuni). Bil-maqlub taʼ dawn, l-akbar tnaqqis kien irreġistrat fl-Allowance Supplementari Sħiħa (€0.6 taʼ miljun) (Tabella nru 3).
Il-benefiċjarji tas-Sigurtà Soċjali
Fi tmiem Settembru tal-2025, l-għadd ta’ pensjonanti taż-Żewġ Terzi laħaq bʼkollox it-62,851, żieda taʼ 1,868 benefiċjarju fuq l-2024. Din kienet l-akbar żieda fil-Benefiċċji Kontributorji. Min-naħa l-oħra, l-akbar tnaqqis fir-riċevituri kien irreġistrat fil-Benefiċċju tal-Mard (1,685) (Tabella nru 2).
L-akbar għadd taʼ benefiċjarji mhux kontributorji kien irrappurtat fil-Benefiċċju għall-Ogħli tal-Ħajja Addizzjonali (97,637). Dan ġara minkejja li kien hemm tnaqqis (1,144) mill-2024. Min-naħa l-oħra, l-akbar żieda fl-applikanti, li laħqu l-2,051, kienet irreġistrata fl-Allowance Speċjali tal-Istudenti postsekondarji (Tabella nru 3).
Ċart nru 1. In-nefqa fuq il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali
Jannar-Settembru fʼmiljuni tal-ewro
Ċart nru 2. In-nefqa fuq il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali bil-funzjonijiet tal-ESSPROS1
Benefiċċji Kontributorji
Jannar-Settembru 2025
Benefiċċji Mhux Kontributorji
Jannar-Settembru 2025
1 Ara n-nota metodoloġika nru 5.
Additional Tables and Charts
Tables
Methodological Notes
9. A detailed news release calendar is available online.
10. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
11. For further assistance send your request through our online request form.
