In-Nefqa tal-Gvern fuq il-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali: Jannar-Ġunju 2026
- Sa tmiem Ġunju 2026, in-nefqa fuq il-Benefiċċji Kontributorji laħqet is-€732.1 miljun, żieda taʼ 9.5 fil-mija fuq l-2025.
- Fost il-kategoriji Kontributorji, il-Pensjonijiet tal-Irtirar irreġistraw l-akbar żieda, €42.2 miljun.
- L-akbar numru taʼ benefiċjarji Kontributorji kien irrappurtat fil-Pensjoni taż-Żewġ Terzi (64,537).
- In-nefqa fuq il-benefiċċji li mhumiex Kontributorji kienet taʼ €214.0-il miljun, żieda taʼ 13.2 fil-mija mis-sena taʼ qabel.
- Bejn Jannar u Ġunju 2026, kien hemm 101,270 familja li ħadu l-Benefiċċju għall-Għoli tal-Ħajja Addizzjonali. Barra minn hekk, kien hemm 45,392 persuna li ħadu l-Assistenza biex Tgħin lill-Anzjani Jgħixu bʼmod Indipendenti.
In-Nefqa tal-Gvern fuq il-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali: Jannar-Ġunju 2026
In-Nefqa tal-Gvern fuq il-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali: Jannar-Ġunju 2026
In-nefqa fuq il-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali
Minn Jannar sa Ġunju 2026, l-infiq fuq il-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali laħaq id-€946.1 miljun, 10.3 fil-mija aktar mit-€857.8 miljun li kienu rreġistrati fi tmiem Ġunju 2025. Nefqiet ogħla kienu rreġistrati kemm fuq il-Benefiċċji Kontributorji (€63.4 miljun) u kemm fuq il-Benefiċċji Mhux Kontributorji (€24.9 miljun) (Tabella nru 1).
L-infiq tal-Gvern fuq il-Benefiċċji Kontributorji laħaq is-€732.1 miljun, li huwa żieda taʼ 9.5 fil-mija fuq is-sena taʼ qabel. Il-Pensjonijiet tal-Irtirar irreġistraw l-akbar żieda, li kienet taʼ €42.2 miljun, bħala riżultat taż-żieda taʼ €53.8 miljun fin-nefqa fuq il-Pensjoni taż-Żewġ Terzi. Aktar żidiet kienu rreġistrati fil-Pensjonijiet tar-Romol (€14.1-il miljun), fil-Bonus Kontributorju (€4.9 miljuni), fʼBenefiċċji Oħra (€1.3 miljun), fil-Bonus Kontributorju taʼ Defiċjenza (€0.7 taʼ miljun) u fil-Pensjonijiet tal-Invalidità (€0.2 taʼ miljun) (Tabella nru 2).
Fʼgħeluq Ġunju 2026, €214.0-il miljun marru għall-Benefiċċji Mhux Kontributorji, żieda taʼ 13.2 fil-mija meta mqabblin mas-sena taʼ qabel. L-akbar żieda marret għall-Allowance Tat-Tfal (€9.0 miljuni), li tinkludi l-ħlasijiet ġodda tal-Għotja lill-Familji bi Tfal fl-10 u l-11-il Sena (€4.2 miljuni). Warajha kien hemm il-Benefiċċju għall-Għoli tal-Ħajja Addizzjonali (€4.5 miljuni) u l-Assistenza biex Tgħin lill-Anzjani Jgħixu bʼmod Indipendenti (€4.3 miljuni). Min-naħa l-oħra, kien irreġistrat tnaqqis fl-Għajnuna Soċjali Sħiħa (€0.2 taʼ miljun) u fl-Għajnuna Medika (€0.1 taʼ miljun) (Tabella nru 3).
Il-benefiċjarji tas-Sigurtà Soċjali
Minn Jannar sa Ġunju 2026, l-għadd ta’ pensjonanti taż-Żewġ Terzi laħaq bʼkollox l-64,537, żieda taʼ 4,031 benefiċjarju fuq l-2025. Din kienet l-akbar żieda fil-Benefiċċji Kontributorji. Min-naħa l-oħra, l-akbar tnaqqis kien irreġistrat fil-Pensjoni Minima Nazzjonali Miżjuda (1,636) (Tabella nru 2).
L-akbar għadd taʼ benefiċjarji mhux kontributorji kien irrappurtat fil-Benefiċċju għall-Għoli tal-Ħajja Addizzjonali (101,270), żieda taʼ 4,133 familja fuq is-sena taʼ qabel, l-akbar żieda fil-Benefiċċji Mhux Kontributorji. Min-naħa l-oħra, l-akbar tnaqqis fir-riċevituri kien irreġistrat fil-Benefiċċju taʼ Waqt l-Impjieg (1,078) (Tabella nru 3).
1 Ara nota nru 5 fil-metodoloġija.
Additional Tables and Charts
Tables
Methodological Notes
9. A detailed news release calendar is available online.
10. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
11. For further assistance send your request through our online request form.
