Il-Punti ewlenin
- Meta mqabbel mal-2026, kienet irrappurtata nefqa ogħla kemm fuq il-Benefiċċji Kontributorji (9.5 fil-mija) kif ukoll fuq il-Benefiċċji Mhux Kontributorji (11.8 fil-mija).
- Fost il-kategoriji Kontributorji, il-Pensjonijiet tal-Irtirar irreġistraw l-akbar żieda, €60.3 miljun.
- L-akbar numru taʼ benefiċjarji Kontributorji kien irrappurtat fil-Pensjoni taż-Żewġ Terzi (65,543).
- Minn Jannar sa Settembru 2026, kien hemm 101,445 familja li ħadu l-Benefiċċju Addizzjonali għall-Għoli tal-Ħajja.
Il-Kummentarju
In-nefqa fuq il-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali
Minn Jannar sa Settembru 2026, l-infiq fuq il-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali laħaq l-€1,329.2 miljun, 10.0 fil-mija aktar mill-€1,208.2 miljuni li kienu rreġistrati fi tmiem Settembru 2025. Nefqiet ogħla kienu rreġistrati kemm fuq il-Benefiċċji Kontributorji (€90.8 miljun) u kemm fuq il-Benefiċċji Mhux Kontributorji (€30.2 miljun) (Tabella nru 1).
L-infiq tal-Gvern fuq il-Benefiċċji Kontributorji laħaq l-€1,042.4 miljun, li huwa żieda taʼ 9.5 fil-mija fuq is-sena taʼ qabel. Il-Pensjonijiet tal-Irtirar irreġistraw l-akbar żieda, li kienet taʼ €60.3 miljun, bħala riżultat taż-żieda taʼ €73.5 miljun fin-nefqa fuq il-Pensjoni taż-Żewġ Terzi. Aktar żidiet kienu rreġistrati fil-Pensjonijiet tar-Romol (€20.4 miljun), fil-Bonus Kontributorju (€7.0 miljuni), fʼBenefiċċji Oħra (€2.1 miljuni), fil-Bonus Kontributorju taʼ Defiċjenza (€0.6 taʼ miljun) u fil-Pensjonijiet tal-Invalidità (€0.4 taʼ miljun) (Tabella nru 2).
Fʼgħeluq Settembru 2026, €286.8 miljun marru għall-Benefiċċji Mhux Kontributorji, żieda taʼ 11.8 fil-mija meta mqabblin mas-sena taʼ qabel. L-akbar żieda marret għall-Allowance Tat-Tfal (€10.9 miljuni), li tinkludi l-ħlasijiet ġodda tal-Għotja lill-Familji bi Tfal fl-10 u l-11-il Sena (€4.3 miljuni). Wara, kien hemm l-Assistenza biex Tgħin lill-Anzjani Jgħixu bʼmod Indipendenti (€4.3 miljuni) u l-Pensjoni/Allowance tad-Diżabbiltà (€4.2 miljuni). Min-naħa l-oħra, kien irreġistrat tnaqqis fl-Għajnuna Soċjali Sħiħa (€0.5 taʼ miljun) u fl-Għajnuna Medika (€0.2 taʼ miljun) (Tabella nru 3).
Il-benefiċjarji tas-Sigurtà Soċjali
Minn Jannar sa Settembru 2026, l-għadd ta’ pensjonanti taż-Żewġ Terzi laħaq bʼkollox il-65,543, żieda taʼ 2,690 benefiċjarju fuq l-2025. Din kienet l-akbar żieda fil-Benefiċċji Kontributorji. Min-naħa l-oħra, l-akbar tnaqqis kien irreġistrat fil-Pensjoni Minima Nazzjonali Miżjuda (1,703) (Tabella nru 2).
L-akbar għadd taʼ benefiċjarji mhux kontributorji kien irrappurtat fil-Benefiċċju Addizzjonali għall-Għoli tal-Ħajja (101,445), żieda taʼ 3,794 familja fuq is-sena taʼ qabel, l-akbar żieda fil-Benefiċċji Mhux Kontributorji. Min-naħa l-oħra, l-akbar tnaqqis fir-riċevituri kien irreġistrat fil-Benefiċċju taʼ Waqt l-Impjieg (1,138) (Tabella nru 3).
1 Ara nota nru 5 fil-metodoloġija.
Tables
- xlsx Table 1. Social Security Benefits Expenditure by period and description 16.86 KB
- xlsx Table 2. Social Security Contributory Benefits by period and description 19.61 KB
- xlsx Table 3. Social Security Non-Contributory Benefits by period and description 18.87 KB
- xlsx Table 4. Social Security Contributory Benefits by period and description 19.34 KB
- xlsx Table 5. Social Security Non-Contributory Benefits by period and description 21.15 KB
- xlsx All Tables 47.04 KB
Methodological Notes
9. A detailed news release calendar is available online.
10. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
11. For further assistance send your request through our online request form.
