Home » In-Nefqa tal-Gvern fuq il-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali: Jannar-Ġunju 2024
In-nefqa tal-Gvern fuq il-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali
Fl-ewwel sitt xhur tal-2024, l-infiq kollu fuq il-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali laħaq is-€772.3 miljun, 13.4 fil-mija aktar mis-€680.8 miljun li kienu rreġistrati fl-aħħar taʼ Ġunju 2023. Nefqiet ogħla kienu rreġistrati kemm fuq il-Benefiċċji Kontributorji (€56.5 miljun) u kemm fuq il-Benefiċċji Mhux Kontributorji (€35.0 miljun) (Tabella nru 1).
L-infiq tal-Gvern fuq il-Benefiċċji Kontributorji laħaq is-€605.0 miljuni, li hija żieda taʼ 10.3 fil-mija fuq l-2023. Il-Pensjonijiet tal-Irtirar irreġistraw l-akbar żieda, li kienet taʼ €35.7 miljun, bħala riżultat taż-żieda taʼ 2,152 persuna li bdew jieħdu l-Pensjoni taż-Żewġ Terzi. Aktar żidiet kienu rreġistrati fil-Bonus Kontributorju (€12.3-il miljun), il-Pensjonijiet tar-Romol (€7.6 miljuni), Benefiċċji Oħra (€1.0 miljun), u l-Benefiċċji u l-Għotjiet għall-Korrimenti fuq ix-Xogħol (€0.1 miljun). Bil-maqlub taʼ dan, il-Pensjonijiet tal-Invalidità naqsu b’€0.1 miljun (Tabella nru 2).
Sa tmiem Ġunju 2024, €167.3 miljun intefqu fuq il-Benefiċċji Mhux Kontributorji, żieda taʼ 26.5 fil-mija meta mqabbla mas-sena taʼ qabel. Iż-żieda kienet ġejja l-aktar miż-żieda taʼ 15.5-il miljun fil-Benefiċċju għall-Ogħli tal-Ħajja Addizzjonali u ż-żieda taʼ €13.5-il miljun fl-Allowance tat-Tfal. Din tal-aħħar tinkludi l-Allowance Speċjali tal-Istudenti postsekondarji (€5.3 miljuni), li titħallas lill-ġenituri li uliedhom jkunu baqgħu l-iskola wara l-età tal-obbligu (Tabella nru 3).
Fit-tieni kwart tal-2024, in-nefqa fuq il-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali laħqet it-€374.5 miljun, li tirrifletti żieda ta’ €53.3 miljun mis-sena ta’ qabel. Żidiet simili kienu rrappurtati kemm fil-Benefiċċji Kontributorji (€26.6 miljun) kif ukoll fil-Benefiċċji Mhux Kontributorji (€26.7 miljun). Il-Pensjonijiet tal-Irtirar irreġistraw l-akbar żieda fil-benefiċċji kontributorji, li kienet ta’ €15.8-il miljun (Tabella nru 4), filwaqt li l-akbar żieda fin-nefqa Mhux Kontributorja kienet irreġistrata mill-Benefiċċju għall-Ogħli tal-Ħajja Addizzjonali (€15.5-il miljun) (Tabella nru 5).
Il-benefiċjarji tas-Sigurtà Soċjali
Fl-ewwel nofs taʼ din is-sena, il-pensjonanti taż-Żewġ Terzi għoddew 59,901, li jiġu 2,152 benefiċjarju iżjed mill-istess żmien fl-2023. Dan il-benefiċċju rrapporta l-ogħla żieda fost il-benefiċjarji tal-Benefiċċji Kontributorji, filwaqt li l-akbar tnaqqis kien irreġistrat fil-Benefiċċju tal-Mard (756) (Tabella nru 2).
L-ogħla numru ta’ benefiċjarji Mhux Kontributorji kien irrappurtat mill-Benefiċċju għall-Ogħli tal-Ħajja Addizzjonali (98,272), l-akbar żieda rrappurtata fil-Benefiċċji Mhux Kontributorji (92,005). Barra minn hekk, kien hemm 43,748 familja li kienu qegħdin jieħdu l-Allowance tat-Tfal, 704 aktar mis-sena taʼ qabel. L-akbar tnaqqis fir-riċevituri deher fl-Allowance Supplimentari (626) (Tabella nru 3).
Fit-tieni kwart tas-sena, il-Pensjoni taż-Żewġ Terzi (57,619) u l-Benefiċċju għall-Ogħli tal-Ħajja Addizzjonali (98,259) kienu l-aktar benefiċċji Kontributorji u Mhux Kontributorji mħallsa, rispettivament (Tabelli nri 4 u 5).
Jannar-Ġunju fʼmiljuni tal-ewro
No Data Found
Ċart nru 2. In-nefqa fuq il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali bil-funzjonijiet tal-ESSPROS1
Benefiċċji Kontributorji
Jannar-Ġunju 2024
Benefiċċji Mhux Kontributorji
Jannar-Ġunju 2024
10. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
11. For further assistance send your request through our online request form.