Home » In-Nefqa tal-Gvern fuq il-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali: Jannar-Marzu 2024
In-nefqa tal-Gvern fuq il-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali
Fl-ewwel kwart tal-2024, l-infiq kollu fuq il-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali laħaq it-€397.8 miljun, 10.6 fil-mija aktar mit-€359.6 miljun li kienu rreġistrati fl-aħħar taʼ Marzu 2023. Nefqiet ogħla kienu rreġistrati kemm fuq il-Benefiċċji Kontributorji (€29.9 miljun) u kemm fuq il-Benefiċċji Mhux Kontributorji (€8.4 miljuni) (Tabella nru 1).
L-infiq tal-Gvern fuq il-Benefiċċji Kontributorji laħaq it-€317.3-il miljun, li hija żieda taʼ 10.4 fil-mija fuq l-2023. Il-Pensjonijiet tal-Irtirar irreġistraw l-akbar żieda, li kienet taʼ €19.9-il miljun, bħala riżultat taż-żieda taʼ 2,207 persuna li bdew jieħdu l-Pensjoni taż-Żewġ Terzi. Aktar żidiet kienu rreġistrati fil-Bonus Kontributorju (€6.9 miljuni), il-Pensjonijiet tar-Romol (€2.9 miljuni) u Benefiċċji Oħra (€0.2 miljun) (Tabella nru 2).
Sa tmiem Marzu 2024, €80.5 miljun intefqu fuq il-Benefiċċji Mhux Kontributorji, żieda taʼ 11.6 fil-mija meta mqabbla mas-sena taʼ qabel. Bʼ4.1 miljuni, l-Allowance tat-Tfal irreġistra l-ogħla żieda qabel l-Għotja għal Ċittadin Anzjan (€1.8 miljun) u l-Allowances/Għotjiet għall-Carer (€0.8 miljun) (Tabella nru 3).
Il-benefiċjarji tas-Sigurtà Soċjali
Fl-ewwel tliet xhur tal-2024, il-pensjonanti taż-Żewġ Terzi għoddew 58,541, li jiġu 2,207 benefiċjarji iżjed mill-istess żmien fl-2023. Dan il-benefiċċju rrapporta l-ogħla żieda fost il-benefiċjarji tal-Benefiċċji Kontributorji, filwaqt li min-naħa l-oħra, l-akbar tnaqqis kien irreġistrat fil-Pensjoni Bikrija tar-Romol (229) (Tabella nru 2).
L-ogħla numru ta’ benefiċjarji Mhux Kontributorji kien irrappurtat fl-Allowance tat-Tfal (42,510). Barra minn hekk, kien hemm 41,053 persuna taʼ 75 sena jew iżjed li kienu qegħdin jieħdu l-Għotja għal Ċittadin Anzjan. Il-familji li kienu qegħdin jieħdu s-Suppliment taʼ Allowance tat-Tfal għoddew 774 iżjed mis-sena taʼ qabel, l-akbar żieda fost il-Benefiċċji Mhux Kontributorji. Bʼkuntrast, l-akbar tnaqqis fir-riċevituri deher fil-Benefiċċju taʼ Waqt l-Impjieg (1,066) (Tabella nru 3).
Jannar-Marzu fʼmiljuni tal-ewro
No Data Found
Ċart nru 2. In-nefqa fuq il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali bil-funzjonijiet tal-ESSPROS1
Benefiċċji Kontributorji
Jannar-Marzu 2024
Benefiċċji Mhux Kontributorji
Jannar-Marzu 2024
1 Ara n-nota metodoloġika nru 5.
10. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
11. For further assistance send your request through our online request form.