Home » Social Protection » In-Nefqa tal-Gvern fuq il-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali: Jannar-Settembru 2024
In-nefqa tal-Gvern fuq il-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali
Fl-ewwel tliet kwarti tal-2024, l-infiq kollu fuq il-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali laħaq l-€1,101.6 miljun, 12.3 fil-mija aktar mid-€980.8 miljun li kienu rreġistrati fl-aħħar taʼ Settembru 2023. Nefqiet ogħla kienu rreġistrati kemm fuq il-Benefiċċji Kontributorji (€81.6 miljun) u kemm fuq il-Benefiċċji Mhux Kontributorji (€39.2 miljun) (Tabella nru 1).
L-infiq tal-Gvern fuq il-Benefiċċji Kontributorji laħaq it-€872.8 miljun, 10.3 fil-mija aktar mill-2023. L-aktar li kibru kienu l-Pensjonijiet tal-Irtirar, li żdiedu bʼ€51.9 miljun bħala riżultat taż-żieda taʼ 2,159 persuna li bdew jieħduhom. Aktar tkabbir kien irreġistrat fil-Bonus Kontributorju (€16.3-il miljun), il-Pensjonijiet tar-Romol (€11.6-il miljun), Benefiċċji Oħra (€1.7 miljun) u l-Bonus Kontributorju taʼ Defiċjenza (€0.9 miljun). Bil-maqlub taʼ dan, il-Pensjonijiet tal-Invalidità naqsu b’€0.9 miljun (Tabella nru 2).
Sa tmiem Settembru 2024, €228.7 miljun intefqu fuq il-Benefiċċji Mhux Kontributorji, li bʼhekk tellgħu din in-nefqa bʼ20.7 fil-mija meta mqabbla mas-sena taʼ qabel. Din kienet ġejja l-aktar miż-żieda taʼ 18.0-il miljun fl-Allowance tat-Tfal u ż-żieda taʼ €13.1-il miljun fil-Benefiċċju għall-Ogħli tal-Ħajja Addizzjonali. Tal-ewwel, tinkludi l-Allowance Speċjali tal-Istudenti postsekondarji (€5.8 miljuni), li titħallas lill-ġenituri li uliedhom jkunu baqgħu l-iskola wara l-età tal-obbligu (Tabella nru 3).
Fit-tielet kwart tal-2024, in-nefqa fuq il-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali laħqet it-€329.2 miljun, €29.3 miljun aktar mis-sena ta’ qabel. Infiq akbar kien irrappurtat kemm fil-Benefiċċji Kontributorji (€25.1 miljun) kif ukoll fil-Benefiċċji Mhux Kontributorji (€4.1 miljuni). Il-Pensjonijiet tal-Irtirar irreġistraw l-akbar żieda fil-benefiċċji kontributorji, li kienet ta’ €16.1-il miljun (Tabella nru 4), filwaqt li l-akbar tiżjida fin-nefqa Mhux Kontributorja kienet irreġistrata fl-Allowance tat-Tfal (€4.5 miljuni) (Tabella nru 5).
Il-benefiċjarji tas-Sigurtà Soċjali
Fl-ewwel disaʼ xhur taʼ din is-sena, il-pensjonanti taż-Żewġ Terzi għoddew 60,982, li jiġu 2,159 benefiċjarju iżjed mill-istess perjodu fl-2023. Dan il-benefiċċju rrapporta l-ogħla żieda fost il-benefiċjarji tal-Benefiċċji Kontributorji, filwaqt li l-akbar tnaqqis kien irreġistrat fil-Pensjoni Minima Nazzjonali tar-Romol (264) (Tabella nru 2).
L-ogħla numru ta’ benefiċjarji Mhux Kontributorji kien irrappurtat mill-Benefiċċju għall-Ogħli tal-Ħajja Addizzjonali (98,769), l-akbar żieda rrappurtata fil-Benefiċċji Mhux Kontributorji (87,599). Barra minn hekk, kien hemm 44,640 familja li kienu qegħdin jieħdu l-Allowance tat-Tfal, 622 aktar mis-sena taʼ qabel. L-akbar tnaqqis fir-riċevituri deher fl-Allowance Supplimentari (575) (Tabella nru 3).
Fit-tielet kwart tas-sena, il-Pensjoni taż-Żewġ Terzi (57,216) u l-Allowance tat-Tfal (42,751) kienu l-aktar benefiċċji Kontributorji u Mhux Kontributorji mħallsa, rispettivament (Tabelli nri 4 u 5).
Jannar-Settembru fʼmiljuni tal-ewro
No Data Found
Ċart nru 2. In-nefqa fuq il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali bil-funzjonijiet tal-ESSPROS1
Benefiċċji Kontributorji
Jannar-Settembru 2024
Benefiċċji Mhux Kontributorji
Jannar-Settembru 2024
1 Ara n-nota metodoloġika nru 5.
10. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
11. For further assistance send your request through our online request form.