Home » Population » Il-Popolazzjoni u l-Migrazzjoni: 2012-2022 (inklużi r-reviżjonijiet bejn ċensiment u ieħor)
Il-popolazzjoni
Mill-2012 għall-2022, il-popolazzjoni residenzjali taʼ Malta kibret bi 28.6 fil-mija u telgħet minn 421,464 għal 542,051. Din iż-żieda fil-popolazzjoni kienet prinċipalment riżultat ta’ tkabbir fil-popolazzjoni barranija. Filwaqt li l-popolazzjoni tal-Maltin żdiedet biss bʼ1.7 fil-mija — minn 398,099 għal 404,675, il-popolazzjoni tal-barranin kibret bʼħames darbiet, sabiex telgħet minn 23,365 fl-2012 għal 137,376 fl-2022 (Ċart nru 1).
No Data Found
Filwaqt li l-età medja tal-popolazzjoni fl-2022 baqgħet l-istess meta mqabbla mal-2012 — 39 sena, is-sehem tat-tfal u l-anzjani fil-popolazzjoni ċċaqlaq. Filwaqt li fl-2012 is-sehem tal-popolazzjoni minn 65 sena ’l fuq kien ta’ 17.1 fil-mija, dan żdied għal 18.6 fil-mija fl-2022. Min-naħa l-oħra, is-sehem tat-tfal ta’ 14-il sena jew inqas naqas minn 14.6 fil-mija fl-2012 għal 12.7 fil-mija fl-2022. Fl-2012, is-sehem tan-nisa kien kemxejn ogħla minn dak tal-irġiel: 50.2 fil-mija nisa u 49.8 fil-mija rġiel. Fl-2022, din ix-xejra inqalbet bis-sehem tal-irġiel li issa qiegħed jaqbeż ʼil dak tan-nisa: 52.5 fil-mija rġiel u 47.5 fil-mija nisa (Tabelli nri 1a-1c, Ċarts 2a u 2b).
Ċart nru 2a. Il-popolazzjoni totali bil-grupp tal-età u s-sess fil-31 taʼ Diċembru 2012