News Releases

Il-Prodott Domestiku Gross Reġjonali: 2023  

NR243/2024
Data tal-Ħruġ: 19 taʼ Diċembru 2024

Is-serje kronoloġika kienet imwaqqfa mill-ġdid mis-sena 2000 ’il quddiem wara reviżjonijiet magħmulin bir-reviżjoni tal-punti taʼ riferenza tad-data tal-Kontijiet Nazzjonali kif maħruġa fl-Istqarrija tal-Aħbarijiet Nru 159/2024.

business man Hand change wood cube block with GDP text (Gross domestic product) to UP and Down arrow symbol icon. Financial, Management, Economic and business concepts
  • Stimi għall-2023 juru li sehem ir-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna fil-PDG nazzjonali kien taʼ 4.2 fil-mija.
  • Fl-2023, il-VMG bi prezzijiet bażiċi fir-reġjuni ta’ Malta u, Għawdex u Kemmuna żdied bi 12.6 fil-mija u 11.8 fil-mija, rispettivament, fuq l-2022.
  • Fl-2023, il-PDG ras għal ras fir-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna kien ta’ 58.2 fil-mija meta mqabbel mal-livell nazzjonali, filwaqt li dak tar-reġjun ta’ Malta kien ta’ 103.1 fil-mija.
  • Meta mqabbla mar-reġjun ta’ Malta, l-ekonomija ta’ Għawdex u Kemmuna hija kkaratterizzata minn proporzjon ogħla ta’ attivitajiet ekonomiċi li jirriżultaw mill-Amministrazzjoni pubblika u d-difiża; is-sigurtà soċjali obbligatorja; l-Edukazzjoni; u l-Attivitajiet tas-saħħa tal-bniedem u ħidma soċjali (Taqsimiet tan-NACE O, P u Q).

Il-Prodott Domestiku Gross Reġjonali: 2023

Il-Prodott Domestiku Gross Reġjonali: 2023

NR243/2024
Data tal-Ħruġ: 19 taʼ Diċembru 2024

Is-serje kronoloġika kienet imwaqqfa mill-ġdid mis-sena 2000 ’il quddiem wara reviżjonijiet magħmulin bir-reviżjoni tal-punti taʼ riferenza tad-data tal-Kontijiet Nazzjonali kif maħruġa fl-Istqarrija tal-Aħbarijiet Nru 159/2024.

Stimi proviżorji għall-2023 juru li sehem Għawdex u Kemmuna fil-Prodott Domestiku Gross nazzjonali, bil-prezzijiet tas-suq, kien taʼ 4.2 fil-mija jew €869.0 miljun.
business man Hand change wood cube block with GDP text (Gross domestic product) to UP and Down arrow symbol icon. Financial, Management, Economic and business concepts

Fl-2023, il-VMG bi prezzijiet bażiċi fir-reġjuni ta’ Malta, u Għawdex u Kemmuna kien stmat  €18,250.1 u €807.2 miljuni rispettivament; li jirrifletti żidiet korrispondenti ta’ 12.6 u 11.8 fil-mija fuq l-2022 (Tabella nru 1). Ċart nru 1 turi analiżi tal-kontribuzzjonijiet għall-VMG nazzjonali bl-industrija (A*10/11) u r-reġjun (NUTS 3).

Ċart nru 1. Sehem ir-reġjuni għall-VMG (B.1g) bl-industrija A-*10/11 u r-reġjun (NUTS 3)

No Data Found

Nota: Għal tagħrif dwar il-klassifikazzjonijiet tan-NACE Rev. 2, li jidhru fʼdin iċ-ċart, ara nota nru 10 tal-metodoloġija.

Ir-reġjun taʼ Malta

Fl-2023, l-industriji kollha rreġistraw żidiet fil-VMG meta mqabblin mas-sena taʼ qabel, għajr għall-industriji tal-Agrikoltura, forestrija u sajd (Taqsima tan-NACE A). L-industrija tal-Attivitajiet tal-proprjetà immobbli (Taqsima tan-NACE L) irreġistrat l-akbar tkabbir bʼ44.6 fil-mija fuq l-2022, filwaqt li l-industriji tal-Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi; l-Attivitajiet ta’ servizz amministrattiv u ta’ sostenn (Taqsimiet tan-NACE M u N) kienu jirrappreżentaw l-akbar biċċa mill-VMG bi 19.3 fil-mija. L-oqsma li jinkludu l-Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi; it-Trasport u l-ħażna; l-Attivitajiet ta’ akkomodazzjoni u servizzi tal-ikel (Taqsimiet tan-NACE G, H u I) ikkontribwew għat-tieni l-akbar sehem tal-VMG (16.9 fil-mija). Dawn l-industriji rreġistraw tkabbir ta’ 9.1 fil-mija fil-VMG meta mqabblin mal-2022 (Tabella nru 1, Ċart nru 2).

Ċart nru 2. Is-sehem perċentwali tal-industriji għall-VMG bl-industrija A*10/11 u r-reġjun (NUTS 3)

No Data Found

Nota: Għal tagħrif dwar il-klassifikazzjonijiet tan-NACE Rev. 2, li jidhru fʼdin iċ-ċart, ara nota nru 10 tal-metodoloġija.

Ir-reġjun taʼ Għawdex u Kemmuna

Fl-2023, il-maġġoranza tal-industriji rreġistraw żidiet fil-VMG meta mqabblin mas-sena taʼ qabel, għajr għal tnaqqis żgħir fl-industrija tal-Informatika u komunikazzjoni (Taqsima tan-NACE J). L-oqsma tal-Amministrazzjoni pubblika u d-difiża; is-sigurtà soċjali obbligatorja; l-Edukazzjoni; l-Attivitajiet tas-saħħa tal-bniedem u l-ħidma soċjali (Taqsimiet tan-NACE O, P u Q) kienu jirrappreżentaw l-akbar sehem tal-VMG b’20.8 fil-mija u rreġistraw żieda ta’ 4.5 fil-mija fuq l-2022. L-industriji li jinkludu l-Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi; it-Trasport u l-ħażna; l-Attivitajiet ta’ akkomodazzjoni u ta’ servizz tal-ikel (Taqsimiet tan-NACE G, H u I) kienu jirrappreżentaw it-tieni l-akbar sehem tal-VMG bi 19.0 fil-mija u rreġistraw tkabbir ta’ 11.9 fil-mija fuq l-2022 (Tabella nru 1, Ċart nru 2).

Il-Prodott Domestiku Gross Reġjonali

Fl-2023, il-PDG bil-prezzijiet tas-suq fir-reġjuni ta’ Malta, u Għawdex u Kemmuna kien stmat taʼ €19,646.8 miljun u €869.0 miljun rispettivament, li jikkorris pondu għal 95.6 u 4.2 fil-mija tal-PDG nazzjonali bil-prezzijiet tas-suq. Matul l-2023, il-PDG ras għal ras bil-prezzijiet tas-suq żdied fiż-żewġ reġjuni. Il-PDG ras għal ras bil-prezzijiet tas-suq għar-reġjun ta’ Malta bħala persentaġġ taʼ dak nazzjonali kien ta’ 103.1 fil-mija filwaqt li dak tar-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna kien ta’ 58.2 fil-mija. Il-PDG reġjonali ras għal ras ma jirriflettix id-dħul disponibbli għall-households privati ta’ kull reġjun rispettiv, iżda huwa strettament relatat mal-attivitajiet ekonomiċi prevalenti f’kull wieħed mir-reġjuni (Tabella nru 2, Ċart nru 3).

L-Impjiegi

Fl-2023, l-industriji kollha fir-reġjun ta’ Malta rreġistraw żidiet fl-impjiegi meta mqabblin mas-sena ta’ qabel. L-akbar żidiet perċentwali rriżultaw fl-attivitajiet ekonomiċi relatati mal-Attivitajiet tal-proprjetà immobbli (Taqsima tan-NACE L); u l-Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi; l-Attivitajiet ta’ servizz amministrattiv u ta’ sostenn (Taqsimiet tan-NACE M u N), li rreġistraw tkabbir ta’ 12.5 u 10.3 fil-mija rispettivament (Tabella nru 3).

Fir-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna, l-industriji kollha rreġistraw żidiet fl-impjiegi matul l-2023. L-akbar żieda kienet irreġistrata fl-attività ekonomika relatata mal-Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni (Taqsima tan-NACE K) bʼrata ta’ tkabbir 18.2 fil-mija (Tabella nru 3).

Tables

Tables

Is-serje kronoloġika kienet imwaqqfa mill-ġdid mis-sena 2000 ’il quddiem wara reviżjonijiet magħmulin bir-reviżjoni tal-punti taʼ riferenza tad-data tal-Kontijiet Nazzjonali kif maħruġa fl-Istqarrija tal-Aħbarijiet Nru 159/2024.

Methodological Notes

1. All data in this news release is in line with the European System of Accounts (ESA 2010) (ISBN 978-92-79-31242-7) and the manual on Regional Accounts Methods (ISBN 978-92-79-32357-7). The European System of National and Regional Accounts is an internationally compatible accounting framework for a systematic and detailed description of a total economy (whether this is a region, a country, or a group of countries), its components, and its relations with other total economies. Regional accounts are a regional specification of the corresponding accounts of the total economy.

2. The estimates of the national Gross Value Added (GVA) correspond to the news release Gross Domestic Product: Q2/2024 – NR159/2024 for 2000-2019 and Gross Domestic Product: Q3/2024 – NR225/2024 for 2020-2023. Data in this news release, Regional Gross Domestic Product: 2023, should be considered as final up till 2019 and provisional for 2020 to 2023.

3. Time-series was restored from the year 2000 onwards following revisions effected in the benchmark revision of National Accounts data.

4. GVA estimates in this news release are based on the Production Approach. The estimates of regional GVA at basic prices using the Production Approach is equivalent to the difference between output at basic prices and intermediate consumption at purchasers’ prices of industries physically located in each of the respective regions. Regional GDP is defined as regional GVA plus taxes less subsidies on products. Regional GDP is not a measure of income or financial well-being but strictly relates to the economic activity prevailing in a particular region.

 
5.  The nomenclature of territorial units for statistics (NUTS) provides a uniform breakdown of the economic territory of the European Union. The NUTS is the territorial classification for the compilation of regional accounts. The economic territory of a country can be divided into regional territories and the extra-regio territory. For the purpose of regional accounts, MALTA is divided as follows:
NUTS 0 NUTS 1 NUTS 2 NUTS 3
MALTA MTMT0 MT00
      Malta MT001
      Gozo and Comino MT002
      Extra-Regio MTZMTZZMTZZZ
The regional territory includes the region that is part of the geographic territory of a country and any free zones, including bonded warehouses and factories under customs control in the region. The extra-regio territory is made up of parts of the economic territory of a country that cannot be attached directly to a single region.
 
6. Data users must be aware that the industrial activities of the General Government at national level are spread over 21 different NACE categories (at A88 divisions) and include local councils and extra-budgetary units that are financially dependent on Government. Public administration and defence; compulsory social security (NACE 84) is the largest division and, in terms of GVA, represented approximately 42.1 per cent of the General Government sector in 2023.
 
7. Total employed persons (Table 3) includes full-time employees, employees with a part-time job as their primary occupation, and self-employed. Employment data is based on administrative records from JobsPlus. Employment data at national level for years 2000-2012 correspond with Table 3 of news release Regional Gross Domestic Product: 2014-2019 – NR206/2020, employment data for years 2013-2018 correspond with Table 2 of news release Regional Labour Supply by Place of Residence and Work: 2018-2020 – NR179/2021, employment data for year 2019 correspond with Table 2 of news release Regional Labour Supply by Place of Residence and Work: 2021 – NR175/2022, employment data for year 2020 correspond with Table 2 of news release Regional Labour Supply by Place of Residence and Work: 2022 – NR174/2023, while employment data for years 2021-2023 correspond with Table 2 of news release Regional Labour Supply by Place of Residence and Work: 2023 – NR180/2024.
 
8. This news release is being published at NACE Rev. 2 at A*10/11. Employment data provided by JobsPlus are subject to revision.
 
9. Statistics in this news release for reference years 2020, 2021 and 2022 should be interpreted in the context of the COVID-19 situation.
 
10. More information relating to this news release may be accessed at:
 
11. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
 
12.  A detailed news release calendar is available online.
 
13. European statistics related to Regional GVA and GDP are available here.
 
14. For further assistance send your request through our online request form.
Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content